Skip to main content

Posts

Showing posts from May, 2018

Bil-Fidi Nifhmu

“Issa l-fidi hi l-assigurazzjoni tal-ħwejjeġ ittamati, iċ-ċertezza t’affarijiet li ma narawx. B’dil-fidi kienu rrikmandati n-nies fl-antik. Bil-fidi nifhmu li l-univers kien ifformat bil-kelma t’Alla, tant li l-ħaġa li naraw ma saritx minn ħwejjeġ viżibbli. Bil-fidi Abel offra ’l Alla sagrifiċċju aħjar minn Kajjin. Permezz tagħha kien mixhud li hu ġust, billi Alla xehed dwar l-għotjiet tiegħu. U permezz tal-fidi għadu jitkellem, avolja miet” (Ebrej 11:1-4). Ultimament il-fidi hi l-uniku muftieħ li bih jiftiehem l-univers. L-intellett, il-fehma, il-loġika u r-raġuni għandhom posthom, naturalment, għax huma elementi preparatorji, imma bil-fidi nikkomprendu li d-dinjiet saru bil-Kelma t’Alla, u għalhekk il-viżibbli ma sarx minn ħwejjeġ viżibbli. Bix-xhieda inkonfutabbli tal-Kelma li ħarġet minn fomm Alla diġà għandna kors tajjeb fil-kosmoloġija u l-kosmogonija: Alla waħdu kien preżenti meta ngħata bidu għall-ħolqien. Allura hu waħdu xhud kompetenti biex jgħidilna l-kif u x’fatta d

Reklamar Tagħna Nfusna

“L-għaqli jagħmel kollox bil-ħsieb, iżda l-iblah jifrex bluhitu. Il-bniedem prudenti jaħbi għerfu, iżda qalb il-boloh ixxandar bluhithom. Għerf l-għaqli hu li jifhem triqtu, iżda l-bluha tal-boloh qerq. Min moħħu dgħajjef jemmen kollox, iżda r-raġel għaqli jqis il-mixi tiegħu. L-iblah ma jqisx twiddib missieru, iżda min jilqa’ t-twissija għaqli. Il-bniedem għaqli jara ġej l-għawġ, u jinħeba, iżda dawk li moħħhom dgħajjef jibqgħu sejrin u jkunu kkastigati” (Proverbji 12:23; 13:16; 14:8,15; 15:5; 22:3). Fil-knisja kultant nipparteċipa f’xi diskussjoni fuq xi punt ta’ teoloġija jew morali. Niskanta kif drabi minnhom xi ħadd, normalment Kristjan immatur, jasal għall-konklużjoniiet li nassigurakom l-awqa teologi tal-knisja jammettu li m’għandhomx tweġiba ċara. Jekk int wieħed li lsienek jaħrab bik, tgħallem kun prudenti; aħbi dak li taf. Tiddandanx bil-livell akkademiku tiegħek. Meta Lord Bacon sema’ lil Sir Edward Cooke jiftaħar bih innifsu, qallu, “Inqas ma tirreklama l-kobor t

Id-Dixxiplina u l-Benefiċċju Tagħha

“Għad-dixxiplina tissaportu; Alla qed jittratta magħkom bħala ma’ wlied. Għax liema iben hemm li missieru ma jiddixxiplinahx? Jekk intom mingħajr dixxiplina (li tagħha sirtu sħab ilkoll), mela intom tfal illeġittmi u mhux ulied. Barra minn hekk, kellna missirijiet umani bħala korretturi, u rrispettajnihom. Kemm aktar imissna nkunu sottomessi għal Missier l-ispirti, u ngħixu! Għax missirijietna ddixxiplinawna għal żmien qasir skont kif dehrilhom l-aħjar; imma Alla jiddixxiplinana għall-ġid tagħna, ħalli nixxerjaw fis-santità tiegħu. Kull dixxiplina dak il-mument ma tidhirx ħaġa ferrieħa, iżda nikkieta. Madankollu, aktar tard trodd il-frott sielem tal-ġustizzja ’l dawk ittrenjati minnha” (Ebrej 12:7-11). Il-Puritani għarfu illi eventwalment kull tbatija, jekk nilqgħuha b’atteġġjament tajjeb, ossija bil-fidi u s-sabar, tiżvolġi f’barkiet rikki għal dawk li l-Mulej laqa’ fi ħdanu. Jargumentaw illi r-reċipjenti tal-ħniena huma l-ewwel maħsula bl-afflizzjoni, biex imbagħad jitferra’ f

Iż-Żmien t'Issa u ż-Żmien li Ġej

“Għax nafu illi jekk it-tinda terrena, li hi darna, hi żarmata, għandna bini mingħand Alla, dar mhix magħmula bl-idejn, eterna fis-smewwiet. Sadattant f’dit-tinda nokorbu, imxennqin biex nitlibbsu bl-abitazzjoni tagħna mis-sema, billi, meta nitlibbsu, ma nkunux misjubin għarwenin. Għax waqt li qegħdin f’dit-tinda, nokorbu għax aħna mtaqqlin, peress li ma nixtiqux ninżgħu iżda nitlibbsu bl-għamara smewwitija, sabiex il-mortali jinbela’ mill-ħajja. Issa dak li ħejjiena għal dan l-istess għan hu Alla, u tana l-Ispirtu bħala kapparra. (2 Korintin 5:1-5). X’jissapportja lill-fidil waqt it-tbatija u l-prova? Il-fatt li bil-fidi jara ’l Alla inviżibbli u jara l-glorja li għad tiġi wara dan l-għomor qasir fuq l-art. It-tama konfidenti ta’ ħajja eterna u mbierka ma’ Kristu tagħtina l-fibra u l-grinta meħtieġa biex nissaportu u saħansitra nifirħu fil-gwaj t’issa, u tinkuraġġina nfittxu biss l-approvazzjoni tal-Mulej. X’inhi l-esperjenza normali tagħna f’daż-żmien preżenti? Għalkemm

Rikonċiljazzjoni

“Dan kollu hu mingħand Alla, li rrikonċiljana miegħu nnifsu permezz ta’ Kristu u tana l-ministeru tar-rikonċiljazzjoni, ċoè, Alla kien qed jirrikonċilja d-dinja miegħu nnifsu fi Kristu, bla ma jgħodd l-offiżi tagħhom kontrihom. U kkommettielna l-kelma tar-rikonċiljazzjoni. Mela aħna ambaxxaturi għal Kristu, bħallikieku Alla qed jappella permezz tagħna. Nimplorawkom għal Kristu: kunu rikonċiljati m’Alla. Lil dak li ma kienx jaf dnub Alla għamlu dnub għalina, sabiex aħna nsiru l-ġustizzja t’Alla fih” (2 Korintin 5:18-21). Fl-evanġelju, ir-rikonċiljazzjoni hi l-bidla ta’ relazzjoni bejn Alla u l-bniedem: fejn qabel kienet maqtugħa u diżastruża, issa r-relazzjoni hi msewwija. L-unika relazzjoni kienet dik bejn kriminal ħati quddiem l-Imħallef rett, li ma jinxtarax. Issa, bil-mewt ta' Kristu, il-qagħda t’Alla lejna nbidlet. Għaliex kien hemm bżonn ta’ rikonċiljazzjoni? L-għadwa u l-avversità tagħna kontra Alla, bid-dnub, qanqlet l-oppożizzjoni qaddisa t’Alla kontra kull dnew

Hu Jaqtagħlek Xewqtek

“Il-Mulej tal-ħaqq fi triqatu kollha, u qaddis fl-għemejjel kollha tiegħu. Il-Mulej qrib dawk kollha li jsejħulu, lil dawk kollha li jsejħulu fil-verità. Hu jaqta’ x-xewqa ta’ dawk li jibżgħu minnu, u jisma’ wkoll il-għatja tagħhom u jsalvahom. Il-Mulej iħares lil dawk kollha li jħobbuh, iżda jeqred lill-ħżiena kollha. Fommi jxandar tifħir il-Mulej; u ħa jbierek kull maħluq l-isem qaddis tiegħu għal dejjem ta’ dejjem” (Salmi 145:17-21). L-Ispirtu tiegħu stess kebbes dan id-desiderju fina, u allura hu wkoll jissodisfah. Il-ħajja tiegħu fina ġġegħilna ngħajtu, u allura hu jismagħna. Dawk li jibżgħu minnu, ċoè juruh riverenza u jobduh, huma nies taħt influwenza l-iżjed qaddisa. Għaldaqstant xewqithom hi li jsebbħu lill-Mulej u jgawduh fis-sħiħ għal dejjem. Bħal Danjel, huma nies ta’ xewqat, u l-Mulej jieħu ħsieb li l-aspirazzjonijiet tagħhom jitwettqu. Xewqat qaddisa huma bħal għalqa żara’ qed jikber. Il-Missier smewwieti, bħal bidwi, jikkoltiva l-qasam biex iż-żerriegħa tikber

Int u l-Midjun

“Min jagħmel tajjeb lil wieħed barrani jaħbat ħażin, u min jobgħod l-irbit moħħu mistrieħ. Wieħed nieqes mis-sens iħabbat idu, u jagħmel tajjeb għal għajru. La tkunx wieħed minn dawk li jħabbtu fuq idhom, u jagħmlu tajjeb għad-djun. Jekk ma jkollokx biex trodd, għax għandhom jeħdulek soddtek minn taħtek?” (Proverbji 11:15; 17:18; 22:26-27).  “Iħabbtu fiq idhom” kienet użanza orjentali. Illum dil-prattika hi ekwivalenti għal meta tiffirma kuntratt u tieħu b’idejn dak li tagħmel il-kuntratt miegħu. Mela t-tifsira ta’ dal-proverbju hi illi wieħed m’għandux jintrabat b’kuntratt biex jidħol garanzija personali għad-dejn ta’ ħaddieħor. Hawnhekk u f’passi oħra Alla jwissina bil-qawwa kontra dil-prattika. Dawn huma xi pariri dwar das-suġġett:  1. L-Iskrittura tagħmilha ċara li mhux sewwa li tagħmel tajjeb għal ħaddieħor. “Wieħed nieqes mis-sens iħabbat idu, u jagħmel tajjeb għal għajru” (Proverbji 17:18). 2. Ir-riżultat jista’ jkun rovina u nkwiet kbir għalik u l-familja tiegħek

Ħa Nersqu B'Qalb Sinċiera

“Mela, l-aħwa, ladarba għandna l-kunfidenza biex nidħlu fil-Qaddis tal-Qaddisin bid-demm ta’ Ġesù, bi triq ġdida u ħajja li inawgura għalina mill-purtiera, voldiri laħmu, u ladarba għandna saċerdot kbir fuq id-dar t’Alla, ħa nersqu b’qalb sinċiera bl-assigurazzjoni sħiħa tal-fidi, bi qlubna mraxxin minn kuxjenza ħażina u l-ġisem maħsul b’ilma pur. Ħa nżommu sħiħ l-istqarrija ta’ tamitna bla ma nivvaċillaw, għax fidil hu dak li wiegħed. U ħa nikkonsidraw kif nistimulaw lil xulxin għall-imħabba u l-opri t-tajba,” (Ebrej 10:19-24). M’hemm ebda perjodu tul ħajtek li fih m’għandikx bżonn lil Ġesù, il-ħobż ħaj li niżel mis-sema biex wieħed jiekol minnu u ma jmutx. L-istess medjatur tiegħek xerred demmu għalik, biex jagħmlek tiegħu. Hu wkoll il-qasssis il-kbir tiegħek li dejjem jinterċiedi għall-benefiċċju tiegħek. Irid illi dak mibdi fik jasal fit-tmiem xieraq tiegħu. Ġesù ottiena għalik dil-ħniena, kiseb għalik grazzja, dispensata mit-tron tal-Missier.  Bħala midneb teħtieġ urġen

Il-Mixja Mal-Mulej

“Ħenok għex ħamsa u sittin sena, u wiled lil Metuselaħ. Imbagħad Ħenok, wara li wiled lil Metuselaħ, mexa ma’ Alla għal tliet mitt sena, u wiled bniet u subien. U l-jiem kollha ta’ Ħenok kienu tliet mija u ħamsa u sittin sena. U Ħenok kien jimxi m’Alla, u ma għadux iżjed, għax Alla ħadu” (Ġenesi 5:21-24) Mhux xi azzjoni jew tnejn illi jixhdu favorevolment li t-tali hu Kristjan. Aktarx, trid tkun il-kondotta evanġelika fit-totalità tagħha illi biha tingħaraf l-identità vera tiegħu. Il-kredenti, imnissel mill-Ispirtu tal-ħajja, jixbah il-pjaneti fis-sistema solari: kostanti u bla għejja jkompli fid-dawrien tiegħu max-Xemx tal-Ġustizzja. Jibqa’ fedelment fl-orbitu maħtur għalih.  Il-Bibbja talludi spiss għall-mixja, ossija, l-istil distintiv ta’ ħajja illi wlied Alla jadottaw voluntarjament u bil-ferħa. Bħal Ħenok fl-antik, huma “jimxu m’Alla.” B’mixja mhix l-istess bħal meta l-individwu jagħmel xi pass jew tnejn. Le, hu denominat “fil-mixja” b’moviment kontinwu, bi progress u

Evita l-Għażż

“Jiftaqar min jaħdem b’id għażżiena, iżda id il-bieżel tagħni. Min jaħżen fis-sajf hu iben għaqli, iżda min jorqod fil-ħsad hu iben li jġib għajb. L-għażżien ma jaħratx minħabba l-bard; għalhekk jittallab fi żmien il-ħsad u ma jaqla’ xejn. La tħobbx in-ngħas, li ma tiftaqarx; iftaħ għajnejk, u jkollok ħobż bix-xaba’. L-għażżien jgħid: ‘Hemm iljun barra; f’nofs it-triq inkun maqtul’” (Proverbji 10:4-5; 20:4,13; 22:13).  Dawn il-proverbji jiddeskrivu lil dak li meta jiġi wiċċ imb wiċċ mal-problemi, perikli u diffikoltajiet, jaqta’ qalbu u jirrassenja ruħu għall-konsegwenzi. Jgħid: “Hemm iljun barra, f’nofs it-triq inkun maqtul.” Tant hu għażżien li minflok jaħseb x’se jagħmel biex igerrxu ’l hemm jew jaħrab minnu, diġà ddeċieda li l-iljun se jiżbranah. Bħala illustrazzjoni ta’ għażż estrem, l-Għarab isemmu r-raġel li ma jdawwarx rasu fuq l-imħadda, avolja l-ilma mtajjen joqtor mis-saqaf ikun qed iqattar preċiżament f’għajnu. L-għażż hu tabilħaqq is-semm għall-ġisem u r-ruħ, l-

Ħolqien Ġdid

“Għalhekk aħna, minn issa ’l quddiem, ma nistmaw lil ebda wieħed minn perspettiva mondana. Għalkemm darba stmajna lil Kristu minn perspettiva mondana, madankollu issa ma nafuhx iżjed hekk. Għalhekk, jekk xi ħadd hu fi Kristu, hu ħolqien ġdid. Il-ħwejjeġ qodma għaddew; ara, saru ġodda! Dan kollu hu mingħand Alla, li rrikonċiljana miegħu nnifsu permezz ta’ Kristu u tana l-ministeru tar-rikonċiljazzjoni” (2 Korintin 5:16-18). Irridu nitgħallmu nagħmlu enfasi fuq ġudizzju spiritwali u dixxerniment spiritwali fil-ħajja tan-nies u fis-sitwazzjonijiet li nkunu involuti fihom.  Pawlu tgħallem hu nnifsu u jgħallem lilna biex ma nistmawx u ma nirrikonoxxux lill-bnedmin skont kejl naturali. Intix dixxendent ta’ Abraham, ċirkonċiż, edukat, sinjur, donat, dgħajjef, marradi, injorant – ma tagħmel ebda differenza. Kristu neħħa kull distinzjoni u introduċiena fis-saltna spiritwali tiegħu. L-esperjenza tal-imħabba ta’ Kristu lejna twassalna biex nehdew milli nivvalutaw lill-oħrajn skont l-is

Imħabba Permanenti

“‘Għal ħin wieħed tlaqtek, iżda bi ħniena kbira niġbrok. F’fawra ta’ għadab ħbejt għal ftit wiċċi minnek, iżda bi ħniena għal dejjem nitħassrek,’ jgħid i-Feddej tiegħek, il-Mulej. ‘Għax dan hu bħall-ilmijiet ta’ Noè għalija: għax bħalma ħlift li l-ilmijiet ta’ Noè ma jitilgħux iktar fuq l-art, hekk ħlift li ma nerġax iżjed nagħdab għalik, u lanqas inċanfrek. Għax il-muntanji jistgħu jitilqu, u l-għoljiet jitheżhżu; iżda l-imħabba tiegħi ma titħarrikx minn miegħek, u lanqas ir-rabta tas-sliem tiegħi ma titħarrek,’ jgħid il-Mulej li jħenn għalik” (Isaija 54:7-10). Waħda mill-isbaħ kwalitajiet tal-imħabba divina hi l-permanenza tagħha. “Il-Mulej deherli bħal dari, jgħidli: ‘Iva, jien ħabbejtek bi mħabba eterna, għalhekk jien komplejt inżomm għalik il-fedeltà tiegħi” (Ġeremija 31:3). Il-kolonni tal-art jistgħu jiċċaqilqu minn posthom, iżda l-ħniena u l-benninità u l-patt tal-Mulej ħanin tagħna ma jitilqux lil niesu. Kemm inħossni ferħan f’ruħi meta nemmen din id-dikjarazzjoni! 

L-Art Hi Tal-Mulej

“L-art tal-Mulej, u kulma fiha; id-dinja, u dawk li jgħammru fiha. Fuq l-ibħra għamel is-sisien tagħha, u fis-sod waqqafha fuq ix-xmajjar. Min jitla’ fuq l-għolja tal-Mulej? Jew min joqgħod fil-post imqaddes tiegħu? Min għandu jdejh indaf u qalbu safja; min ma jagħtix ruħu għall-frugħa, u lanqas jaħlef bil-qerq. Bniedem bħal dan ikollu l-barka tal-Mulej, u l-ħaqq minn Alla tas-salvazzjoni tiegħu” (Salmi 24:1-5).  Ir-rivelazzjoni speċjali tikkonvinċini dwar is-saltna universali, u s-saltna ta’ ġustizzja, sliem u ferħ fl-Ispirtu. Ladarba Alla Trinità ħalaq kollox skont ir-rieda tiegħu, mela d-dinja, dak kollu viżibbli u inviżibbli, huwa tiegħu! La oriġinatur, pussessur! Dal-pilastru tal-verità jeħtieġ jibqa’ bla mittiefes, altrimenti r-reliġjon tagħna tisfa materjalista. Il-Mulej huwa Kreatur, mhux għas-sebħ u l-unur ta’ xi razza partikolari, jew imqar għall-bnedmin, imma għalih innifsu, u sekondarjament għall-ġid u l-barka tagħna. Distinzjonijiet u privileġġi pekuljari, nazzj

Is-Siwi Tas-Sabar

“Minħabba f’hekk, mill-jum li smajna bikom, aħna ma hedejniex nitolbu għalikom u nissupplikaw ’l Alla sabiex timtlew bit-tagħrif tal-volontà tiegħu f’kull għerf u fehma spiritwali, ħalli timxu denjament tas-Sid u togħġbuh f’kull rispett billi tagħmlu l-frott f’kull opra tajba u tikbru fil-konoxxenza t’Alla; imsaħħin b’kull setgħa, skont il-potenza glorjuża tiegħu ħalli tiksbu kull perseveranza u paċenzja, u bil-ferħ tirringrazzjaw lill-Missier, li kkwalifikakom biex tixxerjaw fil-wirt tal-qaddisin fis-saltna tad-dawl” (Kolossin 1:9-12). Is-sabar hu s-saborra għar-ruħ, illi jżommha milli titgerbeb u tinqaleb fil-maltempati l-kbar; u min jissogra jbaħħar mingħajru ċ-ċattra tiegħu ċertament illum jew għada ssofri nawfraġju u jegħreq, l-ewwel fl-inkwiet u d-duluri ta’ did-dinja, u mbagħad fit-telfien etern.  Mhuwiex faċli u lanqas ħaġa awtomatika tissaħħaħ fis-sabar. Kalvinu nnifsu ammetta, “M’għandix serriegħa kbira mal-vizzji tiegħi, kbar u numerużi daqskemm huma, aktar milli

Fit-Triq Tas-Sewwa

“Fi triq is-sewwa hemm il-ħajja, u fil-mogħdija tagħha m’hemmx il-mewt. F’dar il-ġust hemm ġid kbir, iżda fil-qliegħ tal-ħażin hemm it-taħbit. Xofftejn l-għorrief ixerrdu l-għerf, iżda qalb il-boloh ma tagħmilx hekk. Il-Mulej jistkerrah is-sagrifiċċju tal-ħżiena, iżda t-talb tan-nies retti hu l-għaxqa tiegħu. L-imġiba tal-ħażin jistkerrahha l-Mulej, iżda jħobb lil min jimxi wara s-sewwa. Triq l-għażżien qisha ħajt tax-xewk, iżda l-mogħdija tan-nies retti watja” (Proverbji 12:28; 15:6-9,19).  Din il-verità Alla għarrafielna kemm fil-kuxjenza kif ukoll fl-Iskrittura. Meta wieħed jgħix sewwa, tajjeb u ġust, ikollu l-ħajja ġenwina u l-barka t’Alla. Mhux dak li kultant jagħmel xi opra ta’ karità, imma dak li kuljum ifittex jagħmel ix-xieraq u n-nobbli quddiem il-Mulej. It-tali bniedem iduq il-Ġenna fuq din l-art. Madankollu, il-bniedem jibqa’ ma jemminx li “fi triq is-sewwa hemm il-ħajja.” Qalbu tassew żonqrija – igiddeb lil Alla, iwarrab il-verità u jfittex il-ħajja f’lok ieħor.

Vapur fl-Ilma Jew Ilma fil-Vapur?

“Tħobbux id-dinja, lanqas il-ħwejjeġ fid-dinja. Jekk xi ħadd iħobb id-dinja, l-imħabba tal-Missier mhix fih. Għax kulma hu fid-dinja - il-leblieba tal-bniedem midneb u l-leblieba tal-għajnejn u l-kburija faħħarija tal-ħajja - mhux mill-Missier iżda hu mid-dinja. U d-dinja tgħaddi, u l-leblibiet tagħha wkoll, imma min jagħmel il-volontà t’Alla jgħix għal dejjem” (1 Ġwanni 2:15-17). Kemm jiġina f’moħħna li spirtu mondan hu żvijjatura gravi inkwantu r-relazzjoni tagħna mal-Feddej, “li ta lilu nnifsu biex jeħlisna minn did-dinja preżenti”? (Galatin 1:4). Fih ħtija serja inkwantu Alla, u weġgħa inkalkolabbli inkwantu aħna nfusna. Alla jittimbra t-tali spirtu, li jiġi espress sikwit f’rgħiba bla kontroll, bħala idolatrija (Efesin 5:5), u l-idolatrija hi l-ewwel dnub tal-ewwel tavla tal-liġi.  Il-periklu jinsab meta nħallu d-dinja tidħol fil-qalb. L-ilma jiswa għat-tbaħħir ta’ bastiment; mingħajru ma jittraġġittax minn port għall-ieħor. Iżda gwaj għall-bastiment, dak il-mument illi

Minnu, Bih u Għalih

“O, il-fond tal-għana kemm tal-għerf kif ukoll tat-tagħrif t’Alla! Kemm huma inskrutabbli l-ġudizzji tiegħu u intraċċabbli triqatu! Għax ‘Min kien jaf moħħ is-Sid? Jew min sar kunsulier tiegħu?’ Jew ‘Min qatt tah minn qabel biex ikun irrikompensat lilu?’ Għax minnu u permezz tiegħu u għalih huma l-ħwejjeġ kollha. Lilu l-glorja għal dejjem! Ammen” (Rumani 11:33-36). Is-sentenza l-aktar profonda li nsib fl-Iskrittura kollha indubjament hi din: “Minnu, bih u għalih, huma l-ħwejjeġ kollha. Lilu tingħata glorja għal dejjem.” F’nifs wieħed għandek il-medda infinita tal-għan divin.  Jekk neħduha kontra dir-rieda, li infallibbilment isseħħ, inġibu diżastru fuqna nfusna. Kemm jaqblilna tabilħaqq ikunu sottomessi għall-volontà tiegħu, dipendenti fuq is-Sultan, misjuba miexja fil-mogħdija mfassla għalina, mimlija bl-Ispirtu li jgħajjex u jippriżerva, sensibbli dejjem għan-namur ta’ mħabbtu.  Kemm messna nkunu mbellha bid-differenza bejn x’nirċievu u x’ħaqqna, bejn l-istat li fih ni

Barka Fuq Barka

“Intom li tibżgħu mill-Mulej, ittamaw fil-Mulej; hu l-għajnuna tagħhom u t-tarka tagħhom. Il-Mulej ħa ħsiebna: iberikna. Ibierek dar Iżrael u jbierek dar Arun. Hu jbierek lil dawk li jibżgħu mill-Mulej, sew żgħar u sew kbar. Il-Mulej ikattarkom iżjed u iżjed, lilkom u lil uliedkom. Kunu mberkin mill-Mulej, li għamel is-sema u l-art” (Salmi 115:11-15).  Min-naħa tiegħi, kapaċi ngħid, “Din hi kelma vera.” Xi tgħid int? Iva, Jaħwe ħaseb għalina; provdielna, farraġna, ħelisna u gwidana. Fil-movimenti kollha tal-providenza tiegħu indokrana u qatt ma nesa l-qagħda baxxa tagħna. Ħsiebu hu mimli bina, kull ħin u kull mument, bla ebda interruzzjoni. Fi żminijet speċjali, ġie li rajna l-interess t’Alla fina b’mod iżjed distint, u kull meta niftakru f’dawk l-avvenimenti, qalbna tfur b’radd il-ħajr. Iva, il-Mulej ħa ħsiebna. Is-salmista kompla jgħid, “Iberikna,” bħallikieku din hi l-konklużjoni loġika ta’ dak li qal qabel. Ladarba Alla hu immutabbli (ma jinbidilx), ikompli jieħu ħsiebna

L-Ippritkar tal-Kelma

“Għalhekk ħalli ebda wieħed ma jiftaħar bil-bnedmin! Għax kollox hu tagħkom, sew jekk Pawlu jew Apollo jew Kefa jew id-dinja jew il-ħajja jew il-mewt jew il-ħwejjeġ preżenti jew il-ħwejjeġ li ġejjin – kollox tagħkom, u intom ta’ Kristu, u Kristu t’Alla. Hekk mela l-bnedmin imisshom jikkonsidrawna, bħala servi ta’ Kristu u amministraturi tal-misterji t’Alla. F’dar-rigward hu rikjest mill-amministraturi li wieħed jinstab fidil” (1 Korintin 3:21-4:2). Tħallix lit-tentatur jipperswadik biex tilqa’ biċ-ċiera l-Kelma tal-ħajja minħabba l-element ta’ korruzzjoni li xi ftit jew wisq jirkaċċa fil-predikatur. Jekk twarrab il-Kelma minħabba d-debolizza tal-kelliem tkun qisek qed tirrifjuta ambaxxatur mibgħut mingħand sultan grazzjuż, kollu aħbarijiet sbieħ, sempliċement għax il-persuna u l-kwalitajiet tal-ambaxxatur ma jinżlulikx.  Apparti minn hekk, tkun qed tikkontradixxi l-amar espliċitu tas-Salvatur tagħna, illi b’awtorità divina tiegħu eżortana biex nisimgħu mqar l-iskribi u l-F

Meħlusa Biex Inħobbu

“Intom, l-aħwa, kontu msejħin għal-libertà. Biss tużawx il-libertà tagħkom bħala okkażżjoni għan-natura midinba; aktarx, aqdu ’l xulxin bl-imħabba. Għax il-liġi kollha hi miġbura f’kelma waħda, f’dal-kmand: ‘Ħobb il-proxxmu tiegħek bħalek innifsek.’ Imma jekk tkomplu tigdmu u tiddevoraw lil xulxin, oqogħdu attenti li ma tkunux ikkonsmati minn xulxin” (Galatin 5:13-15). L-imħabba lejn il-proxxmu neċessarjament titqanqal mill-imħabba tiegħi lejn Alla, bħalma din hi l-konsegwenza ta’ mħabbtu lejja. L-imħabba lejn il-ħlejqa hi biss il-korollarja għall-imħabba lejn il-Ħallieq. Infatti kull Kristjan invarjabbilment jasal għal dil-konklużjoni fl-esperjenza tiegħu. Qalbu hi ċċarġjata żżejjed bl-imħabba t’Alla, dik l-imħabba mferra’ profużament fina bl-Ispirtu s-Santu mogħti lilna.  Insibu illi s-servizz dirett tagħna għal Alla ma jistax ma jkunx estensiv. Inqimuh pubblikament fil-miġemgħa tal-qaddisin tiegħu. Insebbħuh fis-sigriet fit-taħrik kostanti fi qlubna, bi gratitudni u ferħ

Konfidenza f'Alla

“Għax int Alla li fik nistkenn; għaliex warrabtni? Għaliex jien imlibbes l-iswed minħabba l-moħqrija tal-għadu? Ibgħat id-dawl u s-sewwa tiegħek; ħallihom imexxuni; ħa jwassluni fuq l-għolja mqaddsa tiegħek, sal-għerejjex tiegħek. Imbagħad nidħol lejn l-artal ta’ Alla, dak Alla li hu l-ferħ u l-hena tiegħi; iva, fuq iċ-ċetra nroddlok ħajr, o Alla, Alla tiegħi. Għaliex int mifnija, ruħ tiegħi? Għaliex int hekk imħawda fija? Ittama f’Alla, għax jien nibqa’ nfaħħru, hu l-għajnuna tiegħi u Alla tiegħi” (Salmi 43:2-5). Jaqbillek titgħallem l-għerf minn dit-testimonjanza sabiħa. L-istat tar-ruħ jista’ jvarja, iżda l-pedament tal-imħabba divina jibqa’ bla mittiefes. Il-wegħdi tal-Missier ma jfallux. Il-Kelma tal-verità, il-ħalfa ta’ Jaħwe, huma ingaġġati għall-konsolazzjoni ta’ dawk li ħarbu lejn Ġesù għar-rifuġju (Ebrej 6:18). Tul għomrok tista’ tiltaqa’ ma’ diversi impedimenti, tfixkil minn ġewwa u minn barra; tista’ tkun mormi, distressat u ansjuż.  L-istedina tibqa’ l-istess: i

F'Għajnejn l-Iblah, Triqtu Tajba

“F’għajnejn l-iblah, triqtu tajba, iżda min jisma’ l-parir għaref. Hemm triq li tidher dritta lil xi ħadd, iżda hemm triqat il-mewt fl-aħħar tagħha. Min jobgħod juri ħaġa b’oħra, u ġewwa fih ibejjet il-qerq. Meta jitkellem bil-ħlewwa la temmnux, għax seba’ saħtiet hemm ġo qalbu. Il-mibegħda tiegħu moħbija taħt il-qerq; ħżunitu tinkixef quddiem il-ġemgħa kollha” (Proverbji 12:15; 14:12; 26:24-26). Malajr inpoġġu subgħajna fuq l-iżbalji ta’ ħaddieħor, il-karattru diffiċli li għandhom, ilsienhom iweġġa’, l-atteġġjament negattiv, u r-ras stinata tal-oħrajn. B’hekk donna niskużaw irwieħna mill-fallimenti tagħna, ma narawx li l-karattru tagħna wkoll hu skabruż, biex ma ngħidx antipatiku, li aħna wkoll nużaw ilsienna bħal stallett.  Kultant nammettu li niżbaljaw. Imma donnu nħossuna kburin meta nammettu xi żball tagħna, għax hekk nesibixxu l-umiltà kbira tagħna. Il-problemi li jinqalgħu, però huma bażikament ħtija ta’ ħaddieħor. U aħna, msieken, vittmi taċ-ċirkostanzi.  Ħafna j

L-Eċċellenza tal-Mara

“Mara virtuża kuruna għal żewġha, iżda l-mara bla mistħija hi bħal taħsir f’għadmu. Mara tajba min jista’ jsibha? Għax wisq aktar mill-qroll hi tiswa. Qalb żewġha tafda fiha, u l-ebda ġid qatt ma jonqsu. Ġid u mhux deni tagħmillu l-jiem kollha ta’ ħajjitha...Qerq hi l-ħlewwa, u frugħa l-ġmiel, iżda l-mara li tibża’ mill-Mulej hi dik li tkun imfaħħra. Agħtuha mix-xogħol ta’ jdejha, u ħa jfaħħruha fi bwieb il-belt l-għemejjel tagħha stess” (Proverbji 12:4; 31:10-12,30-31). Hawn ninġiebu wiċċ imb wiċċ maż-żwieġ, istituzzjoni li waqqaf Alla għall-ġid u l-avvanz tal-bniedem. L-iskop oriġinali t’Alla kien li jirregala sieħba lir-raġel biex tkun il-kumpanija sodisfaċenti tiegħu, li f’kull aspett tikkorrispondi għal miegħu, u flimkien ikunu jistgħu jfasslu u jgħixu ħajjithom. L-isqof Anglikan, Taylor, iddiskorra fuq il-vantaġġi taż-żwieġ. “Jekk int trid il-pjaċir, iżżewweġ; jekk tapprezza s-saħħa robusta, iżżewweġ. Mara twajba hi l-aħħar u l-aħjar għotja tas-sema lill-bniedem. Għali

Stqarrija u Maħfra

“Stqarrejtlek dnubi u l-ħażen tiegħi jien ma ħbejtx. Jien għidt, ‘Nistqarr ħtijieti lill-Mulej,’ u int ħfirtli l-ħażen ta’ dnubi. Għalhekk kull min hu twajjeb jitlob lilek f’kull ħin li int tista’ tinstab, u l-ilmijiet kotrana jekk ifuru qatt ma jilħquh. Int il-kenn tiegħi; int tħarisni mit-taħbit. Int iddawwarni bl-għana tal-ħelsien. Jien ngħallmek u nurik it-triq li minnha għandek tgħaddi; inwissik, u nżomm għajnejja fuqek. La tkunux bħaż-żiemel jew bħall-bagħal, li m’għandhomx sens, li ħalqhom jinżamm bl-ilġiem u r-riedni, altrimenti ma jersqux lejk” (Salmi 32:5-9). L-istqarrija ġġib il-maħfra, u ferħ mal-maħfra. X’inhi l-istqarrija tad-dnub? Hi parti mill- homologia , jew għarfien, tas-sovranità t’Alla. Hi l-ammissjoni tal-ħtija meta kkonfrontat bil-karattru u r-rieda rivelata t’Alla, irrispettiv tirriżultax fil-maħfra jew le. Se nikkonċentraw fuq ir-relazzjoni tal-fidil m’Alla. Il-fidil, li żvijja, jerġa’ jikseb il-qagħda mbierka tiegħu, billi jagħraf li diġà hu ġustifi

Il-Wirja t'Alla

“Għax ir-rabja t’Alla qed tkun irrivelata mis-sema kontra kull empjetà u inġustizzja tal-bnedmin li jissopprimu l-verità fl-inġustizzja, għaliex dak li jista’ jkun magħruf dwar Alla hu evidenti għalihom, għax Alla lilhom immanifestah. Għax l-attributi inviżibbli tiegħu - kemm is-setgħa dejjiema kif ukoll in-natura divina tiegħu - jidhru distintivament mill-ħolqien tad-dinja, mifhuma mill-ħwejjeġ magħmula, tant li huma bla skuża. Għaliex avolja kienu jafu ’l Alla, la gglorifikawh bħala Alla u lanqas irringrazzjawh, iżda friegħu fi ħsibijiethom, u qalbhom bla sens iddalmet” (Rumani 1:18-21). Jekk ma nassumux l-enti t’Alla, ebda rendikont tollerabbli ma jista’ jingħata għal kwalunkwe ħaġa oħra. L-istess smewwiet u kulma fihom jixhdu l-glorja tas-Suprem; bla ma jitkellmu x-xemx, il-qamar u l-kwiekeb huma elokwenti fit-testimonjanza armonjuża tagħhom. Apparti minn hekk, għandna wkoll testimonjanza permanenti fina; għax jekk fil-bniedem hemm kuxjenza, kollox jindika illi hemm Alla f

Imħabba Straordinarja

“Imbagħad Ġuda (mhux l-Iskarjota) qallu, ‘Ja Sid, allura x’ġara illi biħsiebek timmanifesta lilek innifsek lilna u mhux lid-dinja?’ Ġesù wieġbu, ‘Jekk xi ħadd iħobbni, iżomm kelmti; u Missieri jħobbu, u niġu għandu, u nagħmlu l-għamara tagħna miegħu. Min ma jħobbnix ma jżommx kliemi, u l-kelma li tisimgħu mhix tiegħi, iżda tal-Missier li bagħatni. Għidtilkom dan kollu meta għadni magħkom. Imma l-Paraklitu, l-Ispirtu s-Santu, li l-Missier se jibgħat f’ismi, hu se jgħallimkom kollox u jfakkarkom kulma għidtilkom jien’” (Ġwanni 14:22-26). X’hemm oħla milli Alla jagħmel l-għamara tiegħu miegħek? X’timmaġina aktar sublimi milli tgħum fl-imħabba t’Alla esperjenzata minn ġurnata għall-oħra? Jekk tixtieq tgawdi s-sens tal-imħabba divina, immedita spiss fuqha, irrifletti fuqha kuljum, qis x’wasal biex għamel fi mħabbtu, ċoè bagħat lill-istess Iben uniku tiegħu biex bih ikollna l-ħajja eterna. Bit-tpattija tiegħu onora l-liġi miksura, ottiena l-maħfra għal niesu u ġġustifikahom bis-sewwa

Nibqgħu fid-Dnub?

“Imma jekk l-inġustizzja tagħna sservi biex tiddimostra l-ġustizzja t’Alla, x’se ngħidu? Jaqaw inġust Alla li jixħet ir-rabja fuqna? (Qed nuża’ argument uman.) Ċertament li le! Altrimenti Alla kif se jiġġudika d-dinja? Wieħed jista’ jargumenta, ‘Jekk bil-falsità tiegħi l-verità t’Alla kotrot għall-glorja tiegħu, għaliex għadni jien ikkundannat bħala midneb?’ Għax ma tgħidx - bħalma aħna rapportati b’mod kalunnjuż u bħalma xi wħud jikklejmjaw li aħna ngħidu - “Ħa nagħmlu l-ħażen sabiex jirriżulta t-tajjeb”? Il-kundanna tagħhom hi ġusta” (Rumani 3:5-8). Huwa fatt stabbilit fit-teoloġija tal-Kristjan illi Alla kapaċi u sikwit jaqleb id-dnub għall-ġid. Ladarba dan minnu, allura m’hemmx iċ-ċans illi nsiru traskurati dwar il-fallimenti tagħna? Inizjalment jista’ jgħaddilek dal-ħsieb, iżda fir-realtà l-omnipotenza u s-sapjenza t’Alla qatt ma jistgħu jsiru skuża biex inkomplu noffenduh.  Għall-persuna mhix penitenti, id-dnub jaħdem għad-dannazzjoni tagħha. Għal dawk li jħobbu ’l All