Skip to main content

Reklamar Tagħna Nfusna

“L-għaqli jagħmel kollox bil-ħsieb, iżda l-iblah jifrex bluhitu. Il-bniedem prudenti jaħbi għerfu, iżda qalb il-boloh ixxandar bluhithom. Għerf l-għaqli hu li jifhem triqtu, iżda l-bluha tal-boloh qerq. Min moħħu dgħajjef jemmen kollox, iżda r-raġel għaqli jqis il-mixi tiegħu. L-iblah ma jqisx twiddib missieru, iżda min jilqa’ t-twissija għaqli. Il-bniedem għaqli jara ġej l-għawġ, u jinħeba, iżda dawk li moħħhom dgħajjef jibqgħu sejrin u jkunu kkastigati” (Proverbji 12:23; 13:16; 14:8,15; 15:5; 22:3).

Fil-knisja kultant nipparteċipa f’xi diskussjoni fuq xi punt ta’ teoloġija jew morali. Niskanta kif drabi minnhom xi ħadd, normalment Kristjan immatur, jasal għall-konklużjoniiet li nassigurakom l-awqa teologi tal-knisja jammettu li m’għandhomx tweġiba ċara.

Jekk int wieħed li lsienek jaħrab bik, tgħallem kun prudenti; aħbi dak li taf. Tiddandanx bil-livell akkademiku tiegħek. Meta Lord Bacon sema’ lil Sir Edward Cooke jiftaħar bih innifsu, qallu, “Inqas ma tirreklama l-kobor tiegħek, aktar naħseb dwaru.” Il-mirjiet huma l-akkumpanjamenti tal-elegantuni, mhux tal-eroj. L-irġiel ta’ stoffa li jżenju r-rakkont tal-ġrajja tal-ġens uman ma ħlewx ħinhom jiċċassaw lejn il-mera biex jassiguraw irwieħhom mill-istatura tagħhom. Assorbiti f’xogħolhom, wettquh. Wettquh b’eċċellenza u d-dinja mmeraviljat ruħha kif rathom daqshekk kbar. Għaldaqstant tathom it-tikketta ta’ nies kbar, eroj taċ-ċiviltà. 

John Newton, sobriju u sensibbli, qal, “M’inix dak li suppost jien, m’inix dak li nixtieq inkun, m’inix dak li nittama li għad inkun, iżda bil-grazzja t’Alla m’inix dak li kont.”

Talba: “Rażżanni, ja Sidi, milli nkunu prużuntuż, ħsiebni biex nirreklama lili nnifsi. O kieku nitgħallem ninħeba warajk: int l-Imgħallem, jien sempliċi serv tiegħek. Aħfirli l-ardità, it-tostaġni, is-suppervja sigrieta, l-atteġġjament medjokri, u kull vizzju li jgħaddasni fil-ħama minflok ma ngawdi r-relazzjoni miegħek kif tixtieqha int.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Lejk Nerfa' Ħarsti

“Nerfa’ għajnejja lejn l-għoljiet, minn fejn tiġi l-għajnuna tiegħi. Mill-Mulej tiġi l-għajnuna tiegħi, hu li għamel is-sema u l-art. Hu ma jħallix lil riġlek jogħtor; dak li jħarsek ma jongħosx. Ara, dak li jħares lil Iżrael la jongħos u lanqas jorqod. Il-Mulej il-protettur tiegħek; il-Mulej hu dellek fuq lemintek. Ix-xemx ma tolqtokx binhar, lanqas il-qamar billejl. Il-Mulej iħarsek minn kull deni; hu iħarislek ruħek. Il-Mulej iħares il-ħruġ u d-dħul tiegħek, minn issa u għal dejjem ta’ dejjem” (Salmi 121:1-8). Huwa għaqal, anzi, dehen minn fuq, li nkunu kapaċi nagħtu direzzjoni korretta għall-mistennija u t-talb tagħna. Il-viżjoni tas-salmista hi ffokata strettament fuq id-destinazzjoni finali tiegħu, Ġerusalemm, u Sijon, l-għolja t’Alla. Mhux faċli twaħħal ħarstek fid-direzzjoni profitabbli, meta bosta attrazzjonijiet oħra jlellxu madwarna. Fi żmien il-prova, aħna ninstabu inklinati żżejjed biex niksbu għajnuna minn ħwejjeġ instabbli, biex insibuhom biss bħal qasba mġelġla l...

O Alla, Inqimek u Nadurak

“Għaldaqstant, neħħu kull ħmieġ morali u ħażen tant prevalenti, u bil-manswetudini ilqgħu l-kelma mħawla fikom, li kapaċi ssalva erwieħkom. Imma siru għammiela tal-kelma, u mhux sempliċement semmiegħa, altrimenti tilludu lilkom infuskom. Għax jekk xi ħadd hu semmiegħ tal-kelma u mhux għammiel, dan donnu raġel li jikkonsidra l-wiċċ naturali tiegħu f’mera: appena ħares lejh innifsu, telaq, u malajr nesa liema speċi ta’ persuna kien. Imma min jittawwal b’attenzjoni fil-liġi perfetta, il-liġi tal-libertà, u jkompli fiha, mhux isir semmiegħ li jinsa iżda jpoġġiha fil-prattika, dan se jkun imbierek f’għemilu” (Ġakbu 1:21-25). Prijorità numru wieħed: nitgħallem insir qejjiem. “Adoro Te.” Hi ċentrali, u kollox suppost jirrivolvi magħha, bħalma l-pjaneti jduru max-xemx. Attwalment mhuwiex hekk. Għad hemm x’wieħed jaqdef. Sakemm nibqgħu naduraw xogħolna b’tant impenn, u naħdmu b’tant serjetà fil-logħob tagħna, il-probabbiltà tkun li nibqgħu nilagħbu fil-qima tagħna. Frattant Alla Tr...