Skip to main content

Posts

Showing posts with the label Fidi

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Diskors Bid-Dehen

“La taħsibx kif tagħmel il-ħsara lil għajrek huwa u qiegħed jgħammar bla biża’ miegħek. La tiġġieled ma’ ħadd għalxejn, jekk ma għamillek l-ebda deni. Ħu offiż hu aktar iebes biex jintrebaħ minn belt qawwija, u l-ġlied bejn l-aħwa qisu staneg ta’ kastell. Aħjar tgħammar f’rokna ta’ setaħ milli ma’ mara ġellieda f’dar kbira.” (Proverbji 3:29-30; 18:19; 25:24).  Matul l-Assedju l-Kbir fl-1565, il-qawwiet Ottomani tħabtu u ssieltu biex jirbħu lil pajjiżna taħt idejhom. Għalkemm kienu ferm aktar numerużi minna, it-Torok iġġieldu għalxejn għal erba’ xhur sħaħ. Il-bliet Maltin, fortifikati bis-swar u balwardi godlija, kienu virtwalment inespjunabbli. Hekk ukoll hu diffiċli tirbaħ lura l-ħbiberija ta’ ħu offiż. Anzi, dal-proverbju jwissina li hu aktar diffiċli tirbaħ lura lil ħuk milli tegħleb belt qawwija. Ma naħsibx li dan inkiteb biex naqtgħu qalbna milli nfittxu rikonċiljazzjoni f’waqtha. Jekk wieħed jistaqsi, x’inhi r-rikonċiljazzjoni? Hi t-tieni ħbiberija. Dan jibqa’ dmir...

Il-Fqir u s-Sinjur

“Min jgħakkes lill-fqir jagħmel għajb lill-Ħallieq tiegħu, izda min iweġġħu jħenn għall-miskin. Min jidħaq bil-fqir jgħajjar lill-Ħallieq tiegħu, u min jifraħ bil-ħsara ma jeħlishiex ħafif. Aħjar il-fqir li jimxi fis-sewwa tiegħu, minn wieħed imħassar fi kliemu, u iblah. Dak li hu mixtieq fi bniedem hu t-tjieba tiegħu, u aħjar fqir minn wieħed giddieb” (Proverbji 14:31; 17:5; 19:1,22).  Id-dinja normalment tqis il-valur ta’ persuna skont il-ġid li jippossiedi, il-ħwejjeġ li jilbes u l-karozza li jsuq. Alla għandu kriterji differenti; ma jkejjilx u ma jqisx bħalma tagħmel il-massa tan-nies. Alla jistmana skont il-karattru tagħna. Sta għalina, allura, illi nitgħallmu nistmaw bil-valuri t’Alla. Luteru darba qal, “Inroddlok ħajr, O Alla! illi għamiltni raġel fqajjar fuq l-art.” Meta l-elettur bagħatlu rigal prestiġjuż, kitiblu lura illi ma setax jirrifjuta dak li ngħatalu mill-prinċep, imma raħħam lill-altezza tiegħu biex ma jibgħatlu xejn aktar, u ma jagħtix widen għal dawk...

Alla u l-Atomu huma Inviżibbli

“Għax ir-rabja t’Alla qed tkun irrivelata mis-sema kontra kull empjetà u inġustizzja tal-bnedmin li jissopprimu l-verità fl-inġustizzja, għaliex dak li jista’ jkun magħruf dwar Alla hu evidenti għalihom, għax Alla lilhom immanifestah. Għax l-attributi inviżibbli tiegħu – kemm is-setgħa dejjiema kif ukoll in-natura divina tiegħu – jidhru distintivament mill-ħolqien tad-dinja, mifhuma mill-ħwejjeġ magħmula, tant li huma bla skuża” (Rumani 1:18-20). Alla mhu mkien, jew kullimkien? L-ateiżmu u l-Kristjaneżmu huma ż-żewġ pożizzjoni li ma jippretendu ebda inkonsistenza. Kwalunkwe filosofija bejniethom – deiżmu, anjostiċiżmu, edoniżmu, panteiżmu, u l-bqija – huma kollha kompromettenti. Jekk is-soċjetà tipprova tinbena fuq l-edoniżmu, pereżempju, ir-riżultat mhux diffiċli tindovinah bil-quddiem. Jirriżulta biss kaos u diżgwid.  Jekk Bin Marija mhuwiex ukoll Bin Alla, m’għandna ebda kawża soda kontra l-ateiżmu. Avolja xi atej huma biss atej fil-bnazzi, xorta rridu nkunu lesti nwa...

Is-Sunnara Mistura

“Tkunux idolatri, bħal xi wħud minnhom; bħalma hu miktub: ‘In-nies poġġew jieklu u jixorbu, u qamu jilagħbu.’ M’għandniex niffornikaw, bħalma xi wħud minnhom iffornikaw, u mietu tlieta u għoxrin elf f’jum wieħed. M’għandniex inġarrbu lis-Sid, bħalma xi wħud minnhom ġarrbuh, u kienu meqrudin mis-serpenti; lanqas tgemgmu, kif xi wħud minnhom gemgmu, u kienu meqrudin mill-anġlu qerried. Issa dawn il-ħwejjeġ ġraw lil dawk in-nies bħala eżempji, u nkitbu bħala ammoniment għalina, li fuqna wasal it-twettiq taż-żminijiet. Għalhekk min jidhirlu li jinsab wieqaf fis-sod għandu joqgħod attent li ma jaqax! Ebda tiġrib ma qabadkom ħlief dak li hu komuni għall-umanità. Però Alla hu fidil, u mhux se jħallikom tkunu mġarrbin lil hinn milli kapaċi tifilħu, iżda mat-tiġrib jipprovdi l-ħruġ ukoll, ħalli tkunu tistgħu tissaportuh” (1 Korintin 10:6-13). It-tiġrib jippreżenta ruħu attraenti; iwiegħed il-kuntentizza, almenu kuntentizza temporanja. Imma qatt ma jiġi b’idejh vojta – joffrili s-sodisfa...

Is-Solitudni

“Kollox għandu żmienu, u kull ħaġa għandha waqtha taħt is-sema: waqt biex titwieled u waqt biex tmut; waqt li tħawwel u waqt li taqla’ l-imħawwel; waqt li toqtol u waqt li tfejjaq; waqt li tibki u waqt li tidħaq; waqt li tagħmel il-vistu u waqt li tiżfen; waqt li tarmi l-ġebel u waqt li tgeddes il-ġebel; waqt li titgħannaq u waqt li titbiegħed mit-tgħanniq; waqt li tfittex u waqt li titlef; waqt li terfa’ u waqt li tarmi; waqt li tqatta’ u waqt li tħit; waqt li tiskot u waqt li titkellem; waqt li tħobb u waqt li tobgħod; waqt ta’ gwerra u waqt ta’ sliem” (Ekkleżjażti 3:1-8). Is-solitudni, bħal-lupi bir-ragħwa f’ħalqu, tissajja fid-dellijiet tal-avversità, lesta biex taqbeż fuqi. Jgħidu fjakkola mkebbsa tgerrex lil-lupu u ma jersaqx lejk. Jheddek, imma jibqa’ distakkat. Il-fjakkola hi biss il-komunjoni li nista’ mmantni kostantement, bla interruzzjoni, mal-Missier. Imma rrid inżommha f’idi, mhux nitlaqa’ quddiem l-għarix. U nieħu ħsiebha, mhux nittraskuraha.  Inġerragħ is...

Saċerdozju Sultani, Nazzjon Qaddis

“Dan ikun il-kastig tal-Eġittu u l-kastig tal-ġnus kollha li ma jitilgħux biex jiċċelebraw il-Festa tal-Għerejjex. F’dak il-jum ikun hemm miktub fuq il-ġlieġel taż-żwiemel: ‘Qaddis lill-Mulej.’ U l-borom f’dar il-Mulej ikunu bħall-bwieqi quddiem l-artal. U kull borma f’Ġerusalemm u f’Ġuda tkun ikkonsagrata lill-Mulej tal-eżerċti, u dawk kollha li joffru s-sagrifiċċji jiġu biex jieħdu minnhom, u jsajru fihom, u ma jkunx hemm iżjed Kagħnanin f’dak il-jum f’dar il-Mulej tal-eżerċti” (Żakkarija 14:19-21). Daqskemm il-profeti bassru l-ġudizzju ċert t’Alla, daqshekk ieħor semmgħu nota ta’ ġublew u hena. Ipenġulna stampa ta’ barka inesprimibbli li tnixxi mis-salib ta’ Kristu. X’jum ta’ ferħ meta l-ħwejjeġ kollha jkunu kkonsagrati, u saħansitra l-ġolġol m’għonq iż-żiemel isemma’ l-qdusija lill-Mulej!  Dak il-jum wasal għalina. Aħna, imweldin mill-ġdid u mogħtijin qalb li tagħraf lill-Mulej, diġà nagħmlu l-ħwejjeġ qaddisa lil Alla. L-ilbies li nxiddu filgħodu jfakkruna fil-qdusij...

Isma' d-Doppju ta' Kulma Tgħid

Jingħad li darba waħda ġuvnott mar għand Sokrate, il-filosfu Grieg, biex jgħallmu l-oratorja. Introduċewh miegħu, u baqa’ jredden u jreċpel strappata sħiħa. Sokrate talbu miżata doppja.  “Għaliex se tiċċarġjani żżejjed?” staqsieh mibluh.  It-tutur qallu, “Għax se jkolli ngħallmek żewġ sengħat: waħda kif tagħmel ilsienek bejn snienek, u l-oħra kif tħollu meta meħtieġ.” Żenone, qabel Sokrate, kien diġà għamel l-osservazzjoni li għandna par widnejn u fomm wieħed, biex inkunu konvinti li jmissna nisimgħu d-doppju ta’ kemm nitkellmu. Għalhekk, qatt mhu għaqli nagħtu libertà ġeneruża lil ilsienna stess, li ma jmurx jaqbadna priġunieri tiegħu. Kelma mhix imlissna għadha tiegħek, bħax-xabla f’għantha; jekk tħalliha titberraħ, sejfek issa qiegħed f’idejn ħaddieħor. Jekk nixtiequ li nkunu magħdudin għorrief, kun għaref biżżejjed hekk li trażżan ilsienek.  Talba: “Ma rridx niżloq f’diskorsi, Mgħallem tiegħi; għinni nżomm għassa ma’ lsieni. Agħmilni konxju ma’ min...

Il-Kelma bil-Kuraġġ

“Meta ġejt għandkom, l-aħwa, jien ma ġejtx innidilkom ix-xhieda t’Alla b’superjorità ta’ diskors jew ta’ għerf. Għax iddeterminajt li ma nkun naf ebda ħaġa fostkom ħlief lil Ġesù Kristu, u lilu imsallab. Jien kont magħkom bi dgħufija u b’biza’, u b’ħafna tregħid. Il-messaġġ u l-predikazzjoni tiegħi ma kinux bi kliem persważiv ta’ għerf, iżda f’dimostrazzjoni tal-Ispirtu u tas-setgħa, sabiex il-fidi tagħkom ma tkunx tistrieħ fuq l-għerf ta’ bnedmin, iżda fuq is-setgħa t’Alla” (1 Korintin 2:1-5). Kif nittrasmettu l-bxara t-tajba huwa kruċjali. Ma naffordjawx nippermettu l-moda filosofika moderna tiddettalna l-kontenut tal-messaġġ jew il-metodoloġija kif se nikkomunikawh.  Biex nillustra: kappella ċkejkna f’raħal Ingliż kellha l-ħitan tagħha miksija bil-liedna tradizzjonali. Fuq l-arkata tal-bieb kellha mnaqqxa s-sentenza Pawlina, “Aħna nippritkaw lil Kristu msallab.” Ġenerazzjoni ta’ nies twajba hekk għamlet, preċiżament: xejn u ħadd ma seta’ jfixkilhom milli jgħallmu lil ...

Ħniena mal-Ħalliel

“Wieħed mill-kriminali mdendla hemm insultah, ‘Ewwilla m’intix il-Messija, int? Salva lilek innifsek u lilna!’ Imma l-malefattur l-ieħor ċanfru. ‘Int lanqas tibża’ minn Alla,’ qallu, ‘ladarba tinsab taħt l-istess sentenza ta’ kundanna? Aħna tabilħaqq ġustament, għax qegħdin nirċievu lura x’ħaqqna għal li għamilna, imma dan ebda misfatt m’għamel.’ Imbagħad qal, ‘Ġesù, ftakar fija meta tiġi f’saltnatek!’ Ġesù wieġbu, ‘Tassew ngħidlek, illum se tkun miegħi fil-Ġenna’” (Luqa 23:39-43). L-iblah jgħid, “Meta jfettilli nista’ naqta’ l-vizzju u nerġa’ għan-normal.” Xi stupidaġni! Ma jafx illi l-indiema, daqskemm hi obbligu u dmir tiegħu, hi wkoll għotja minn fuq. Il-Mulej ta wegħda għall-indiema mwaħħra, iżda mkien u qatt ma lissen wegħda ta’ ndiema mwaħħra.  Ħadd m’għandu għalfejn jinganna bih innifsu billi jirreferi għall-każ tal-ħalliel penitenti, salvat fl-aħħar siegħa fuq is-salib, u meħud il-Ġenna dakinhar stess ma’ Kristu. Dan l-att kien turija speċjali tal-grazzja t’Alla...

Adottat minn Alla

“Irrid ngħid, illi sakemm idum iż-żmien li l-werriet għadu minorenni, mhu differenti xejn minn ilsir, għalkemm ikun il-padrun ta’ kollox, iżda hu taħt il-ħarsien ta’ indokraturi u fiduċjarji sad-data ffissata mill-missier. Hekk ukoll aħna, meta konna tfal, konna mjassrin taħt il-prinċipji elementari tad-dinja.Meta ġiet il-milja taż-żmien, Alla bagħat lil Ibnu, imwieled minn mara, imwieled taħt il-liġi, sabiex jifdi ’l dawk taħt il-liġi, sabiex nirċievu l-adozzjoni bħala wlied. U għax intom ulied, Alla bagħat l-Ispirtu t’Ibnu fi qlubna, jgħajjat, ‘Abba! Missier!’ Għalhekk m’għadikx iżjed ilsir, iżda iben; u ladarba iben, werriet ukoll permezz t’Alla” (Galatin 4:1-7). L-adozzjoni hi azzjoni li biha raġel jilqa’ lil xi ħadd fil-familja tiegħu, biex jagħmlu parti minnha. Jagħtih il-jedd u l-privileġġi kollha ta’ wliedu. Bint Faragħun adottat iċ-ċkejken Mosè, u Mordekaj għamel l-istess ma’ Ester.  Teoloġikament, l-adozzjoni hi dak l-att divin li bih dawk li darba kienu aljena...

O Alla, Inqimek u Nadurak

“Għaldaqstant, neħħu kull ħmieġ morali u ħażen tant prevalenti, u bil-manswetudini ilqgħu l-kelma mħawla fikom, li kapaċi ssalva erwieħkom. Imma siru għammiela tal-kelma, u mhux sempliċement semmiegħa, altrimenti tilludu lilkom infuskom. Għax jekk xi ħadd hu semmiegħ tal-kelma u mhux għammiel, dan donnu raġel li jikkonsidra l-wiċċ naturali tiegħu f’mera: appena ħares lejh innifsu, telaq, u malajr nesa liema speċi ta’ persuna kien. Imma min jittawwal b’attenzjoni fil-liġi perfetta, il-liġi tal-libertà, u jkompli fiha, mhux isir semmiegħ li jinsa iżda jpoġġiha fil-prattika, dan se jkun imbierek f’għemilu” (Ġakbu 1:21-25). Prijorità numru wieħed: nitgħallem insir qejjiem. “Adoro Te.” Hi ċentrali, u kollox suppost jirrivolvi magħha, bħalma l-pjaneti jduru max-xemx. Attwalment mhuwiex hekk. Għad hemm x’wieħed jaqdef. Sakemm nibqgħu naduraw xogħolna b’tant impenn, u naħdmu b’tant serjetà fil-logħob tagħna, il-probabbiltà tkun li nibqgħu nilagħbu fil-qima tagħna. Frattant Alla Tr...

Mosè Mudell

“Bil-fidi Mosè, meta twieled, kien moħbi għal tliet xhur mill-ġenituri tiegħu, għax raw li t-tifel kien sabiħ, u ma beżgħux mill-editt tas-sultan. Bil-fidi Mosè, meta kiber, irrifjuta milli jkun imsejjaħ iben bint Faragħun. Ħatar aktarx li jkun immaltrattat mal-poplu t’Alla milli temporanjament ikollu t-tgawdija tad-dnub. Ikkonsidra l-għajb ta’ Kristu bħala għana ikbar mit-teżori tal-Eġittu, għax kien qed iħares lejn il-premju. Bil-fidi ħalla l-Eġittu warajh, bla ma beża’ minn għadab is-sultan, għax issaporta, bħallikieku qed jara lill-Inviżibbli. Bil-fidi għamel l-Għid u t-traxxix tad-demm, sabiex il-qerried ma jmissx il-primoġeniti tagħhom.” (Ebrej 11:23-28). Id-dnub hu kkastigat bid-dnub. Sikwit Alla sempliċement iħalli r-reprobati jgħassdu aktar fl-inikwità li fiha xibilku lilhom infushom, bla rażan. Aktar ma wieħed jogħdos fil-konkupixxenza u l-laxxivja aktar jitmewwet għas-safa u l-qdusija. Bħalma l-lebbruż ma jibqax iħoss l-uġigħ tal-ġrieħi, hekk ukoll jitlef is-setgħa bi...

Il-Mezzi tal-Grazzja

“‘B’ħafna kliem ieħor xehed solennement u kompla jeżortahom, billi qal, “Kunu salvati minn dil-ġenerazzjoni perversa!’ Għalhekk dawk li aċċettaw kelmtu tgħammdu, u żdiedu dak il-jum madwar tlett elef ruħ. Iddedikaw irwieħhom għat-tagħlim tal-appostli u għax-xirka, fi qsim il-ħobż u fit-talb. Kull ruħ inħakmet mit-timenza, u kienu jsiru qabda għeġubijiet u sinjali mirakolużi permezz tal-appostli. Dawk kollha li emmnu kienu flimkien u kellhom kollox komuni” (Atti 2:40-44). Meta Eliżew idderieġa lil Nagħman biex jinħasel mill-ġdiem tiegħu fix-Xmara Ġurdan, il-ġeneral Sirjan għall-ewwel tkaża b’dan ir-rimedju, u qabad jikkavilla. “X’inhu l-Ġurdan biex ninħasel fih?” U ġab ukoll l-argument li x-Xmara Farfar f’pajjiżu hi aktar nadifa, u sebaħ u dalam.  Ħafna nies illum jagħmlu l-istess bil-mezzi tal-grazzja. “X’inhu l-ippritkar biex nattendih? Qatt ma nisma’ xi ħaġa li ma nkunx diġà naf biha!” U inkwantu s-sagramenti għandhom l-istess atteġġjament fjakk. “X’inhuma dawn l-elem...

Il-Wegħda tal-Ħajja

“Hu jqabbad l-anġli jieħdu ħsiebek, biex iħarsuk fi triqatek kollha. Huma jerfgħuk fuq idejhom, li ma taħbatx riġlek ma’ xi ġebla. Int timxi fuq l-iljun u l-lifgħa; ferħ ta’ ljun u serp int tirfes taħt riġlejk. La ħabbni jien neħilsu; naqbeż għalih, la għaraf ismi. Hu jsejjaħli, u jien inwieġbu; inkun miegħu fil-għali; neħilsu u nerfagħlu ġieħu. B’għomor twil nimlieh u nurih is-salvazzoni tiegħi” (Salmi 91:11-16). Hemm ħajja tripla: il-ħajja naturali, meta nitnisslu f’ġuf ommna, u nibdew l-eżistenza tagħna f’did-dinja; il-ħajja spiritwali, meta nitwieldu mill-Ispirtu t’Alla, u nsibu ruħna fis-saltna ta’ Kristu; u l-ħajja eterna, meta nsibu ruħna fil-Ġenna. Il-ħajja, fl-aqwa sens tagħha, mela, hi eċċellenza miżjuda mal-eżistenza. Il-ħajja naturali hi tant qasira, illi nikkonfondu nsejħulhiex ħajja qed tmut, jew mewt qed tgħix. Għomor il-bniedem hu biss dell ta’ daħna, ħolma f’illużjoni. Ma jmissniex inkejluh bis-snin, imma kkalkolat bl-azzjoni: wieħed jista’ jmut xiħ ta’ tlet...

Tama Tajba

“Bit-tama, kontra kull tama, Abraħam emmen, ħalli jsir missier ħafna ġnus, skont dak li ntqal lilu, ‘Hekk se jkun nislek.’ Bla ma ddgħajjef fil-fidi kkonsidra l-ġisem tiegħu nnifsu, issa mmewwet – billi kellu madwar mitt sena – u l-isterilità ukoll ta’ ġuf Sara. Frattant, inkwantu l-wegħda t’Alla, ma qagħadx indeċiż bl-inkredulità, iżda kien imsaħħaħ fil-fidi tiegħu, waqt li ta glorja ’l Alla, u kien persważ kompletament illi dak li wiegħed, Alla kien kapaċi wkoll jagħmlu. Konsegwentement il-fidi tiegħu ‘kienet kreditata lilu għall-ġustifikazzjoni tiegħu’” (Rumani 4:18-22). It-tama hi verġni ta’ bixra sabiħa u attraenti: il-maqgħad proprju tagħha hu fuq l-art, l-oġġett proprju tagħha fis-sema. Il-fidi hi d-difensur tagħha, it-talb l-avukat tagħha, is-sabar it-tabib, il-karità l-almoner tagħha, il-gratitudni t-teżorier tagħha, il-konfidenza l-viċi-ammirall, il-wegħda divina l-ankra tagħha, is-sliem it-tron statali tagħha, u l-glorja eterna l-kuruna tagħha.  Dit-tama, imse...

Alla Fidil

“Hu bi grazzja tal-Mulej li aħna ma ntemmejniex għalkollox, għax il-ħniniet tiegħu ma jonqsu qatt; jiġġeddu kull filgħodu. Kbira l-fedeltà tiegħek! Il-Mulej sehmi, tgħid ruħi; għalhekk nittama fih. Tajjeb il-Mulej għal dawk li jittamaw fih, għar-ruħ li tfittxu. Tajjeb li wieħed jittama u jistenna bil-kwiet is-salvazzjoni tal-Mulej. Tajjeb għal wieħed li jerfa’ l-madmad minn żgħożitu. Ħa joqgħod waħdu u ma jitkellimx xħin il-Mulej jgħabbihulu!” (Lamentazzjonijiet 3:22-28). Il-fedeltà t’Alla! Hi ogħla mis-sħab, ifnad mill-oċean immens. Il-fidi tagħna tista’ togħtor kultant, u niddiżappuntaw imqar lilna nfusna; iżda l-fedeltà t’Alla ma tfalli qatt. Bħal ħnientu, hi ġdida kull filgħodu. Kbira hi l-fedeltà tiegħu! Għax bħalma Alla fil-bidu m’għażilnix għax kont fl-għoli, hekk issa ma jabbandunax ħidmietu fija għax ninsab fil-baxx. Alla jżomm Kelmtu, iżomm il-patt; mhuwiex bniedem bħalna biex jigdeb, jew instabbli bħalna biex jerġa’ jibdielu. “Alla hu fidil, li bih intom issejjaħtu għ...

Jien m'inix Int

“B’dan hi pperfezzjonata l-imħabba fostna, sabiex ikollna kunfidenza f’jum il-ġudizzju, għax bħalma hu Ġesù, aħna wkoll aħna f’did-dinja. M’hemmx biża’ fl-imħabba, anzi l-imħabba perfetta tixħet ’il barra l-biża’, għax il-biża’ jinvolvi l-kastig, u min jibża’ mhux ipperfezzjonat fl-imħabba. Aħna nħobbu għax hu ħabbna l-ewwel. Jekk xi ħadd jikklejmja, ‘Inħobb ’l Alla,’ u frattant jobgħod lil ħuh, hu giddieb, għax min ma jħobbx lil ħuh li ra ma jistax iħobb ’l Alla li ma rax. U dal-kmandament għandna mingħandu: min iħobb ’l Alla jmissu jħobb ukoll lil ħuh” (1 Ġwanni 4:17-21).  Kull wieħed minna intenzjonat biex jesibixxi l-karattru tiegħu nnifsu, ikun dak li ħaddieħor mhuwiex, u jagħmel dak li ħaddieħor mhux imsejjaħ biex jagħmel. Meta jien trasparenti miegħi nnifsi, u nagħraf l-identità partikolari tiegħi, imbagħad iseħħ dak li naqraw f’Shakespeare:  “Fuq kollox dan – kun veru miegħek innifsek,  U jirriżulta, bħalma l-lejl wara n-nhar jiġi,  Illi ma tku...

Lejk Nerfa' Ħarsti

“Nerfa’ għajnejja lejn l-għoljiet, minn fejn tiġi l-għajnuna tiegħi. Mill-Mulej tiġi l-għajnuna tiegħi, hu li għamel is-sema u l-art. Hu ma jħallix lil riġlek jogħtor; dak li jħarsek ma jongħosx. Ara, dak li jħares lil Iżrael la jongħos u lanqas jorqod. Il-Mulej il-protettur tiegħek; il-Mulej hu dellek fuq lemintek. Ix-xemx ma tolqtokx binhar, lanqas il-qamar billejl. Il-Mulej iħarsek minn kull deni; hu iħarislek ruħek. Il-Mulej iħares il-ħruġ u d-dħul tiegħek, minn issa u għal dejjem ta’ dejjem” (Salmi 121:1-8). Huwa għaqal, anzi, dehen minn fuq, li nkunu kapaċi nagħtu direzzjoni korretta għall-mistennija u t-talb tagħna. Il-viżjoni tas-salmista hi ffokata strettament fuq id-destinazzjoni finali tiegħu, Ġerusalemm, u Sijon, l-għolja t’Alla. Mhux faċli twaħħal ħarstek fid-direzzjoni profitabbli, meta bosta attrazzjonijiet oħra jlellxu madwarna. Fi żmien il-prova, aħna ninstabu inklinati żżejjed biex niksbu għajnuna minn ħwejjeġ instabbli, biex insibuhom biss bħal qasba mġelġla l...

Sħab Sewdieni u Sabiħ

“Meta s-sħab ikun mimli xita, iferrgħuha fuq l-art; u jekk taqa’ siġra, lejn Nofsinhar jew lejn it-Tramuntana, fejn taqa’ tibqa’. Min joqgħod għassa tar-riħ ma jiżra’ qatt; u min joqgħod iħares lejn is-sħab, ma jaħsadx. Bħalma ma tafx it-triq tar-riħ u kif isir l-għadam fil-ġuf ta’ mara tqila, hekk int ma tafx għemil Alla li jagħmel kollox” (Ekkleżjażti 11:3-5). Għaliex, mela, nitkexkxu mis-sħab li bħalissa qed idallam is-sema tagħna? Veru, għal ftit ħin jaħbi x-xemx, iżda b’daqshekk ix-xemx ma tintefiex. Ma jdumx ma terġa’ tiddi. Sadattant dak is-sħab iswed hu mimli xita. Iżjed mhu suwed, iżjed irodd raxxiet kotrana. Kif jista’ jkollna xita mingħajr sħab? Il-gwaj tagħna dejjem ġabilna barkiet, u jibqa’ jipproduċilna barkiet. Huwa l-karru mudlam tal-grazzja leqqiena. Dan is-sħab jitbattal fi żmien qasir, u kull ħaxixa tar-raba’ tistejqer bl-ilma tiegħu. Alla tagħna jista’ jxarrabna għasra bl-għali, iżda ma jgħarraqniex bl-għadab; anzi, jiffriskana bil-ħniena.  Aktar ...