Skip to main content

Is-Sunnara Mistura

“Tkunux idolatri, bħal xi wħud minnhom; bħalma hu miktub: ‘In-nies poġġew jieklu u jixorbu, u qamu jilagħbu.’ M’għandniex niffornikaw, bħalma xi wħud minnhom iffornikaw, u mietu tlieta u għoxrin elf f’jum wieħed. M’għandniex inġarrbu lis-Sid, bħalma xi wħud minnhom ġarrbuh, u kienu meqrudin mis-serpenti; lanqas tgemgmu, kif xi wħud minnhom gemgmu, u kienu meqrudin mill-anġlu qerried. Issa dawn il-ħwejjeġ ġraw lil dawk in-nies bħala eżempji, u nkitbu bħala ammoniment għalina, li fuqna wasal it-twettiq taż-żminijiet. Għalhekk min jidhirlu li jinsab wieqaf fis-sod għandu joqgħod attent li ma jaqax! Ebda tiġrib ma qabadkom ħlief dak li hu komuni għall-umanità. Però Alla hu fidil, u mhux se jħallikom tkunu mġarrbin lil hinn milli kapaċi tifilħu, iżda mat-tiġrib jipprovdi l-ħruġ ukoll, ħalli tkunu tistgħu tissaportuh” (1 Korintin 10:6-13).

It-tiġrib jippreżenta ruħu attraenti; iwiegħed il-kuntentizza, almenu kuntentizza temporanja. Imma qatt ma jiġi b’idejh vojta – joffrili s-sodisfazzjon, jimlili xi vojt li nkun inħoss. Issa ilna nħawdu l-ħażin mat-tajjeb, u l-iswed insejħulu abjad, u l-imgħawweġ narawh dritt u viċe versa. Il-problema bażika ta’ Adam hi l-problema tiegħi llum, taħt suriet u forom differenti. Kieku t-tentazzjoni m’hemmx allaċċjata magħha l-wegħda li nista’ nsir aktar smart, it-tentazzjoni titlef il-karattru tagħha. Saħansitra l-Iskrittura tammetti li fid-dnub hemm il-pjaċir, għalkemm hu pjaċir transitorju. Hu gost għaddieni, imma reali għan-natura midinba tagħna. 

Ġieli f’portijiet barranin tara l-baħrin mill-bastimenti tagħhom jilliskaw il-gawwi u tjur oħra, jiffollaw mal-poppa. Is-sunnara jgħabbuha b’ċappa xaħam, u minnufih nofs tużżana gawwi jħebbu għaliha, u l-baħrin itellgħu t-tajriet waħda wara l-oħra. Minkejja l-issarar tal-maqbudin abbord, u minkejja l-istorbju tal-kru, it-tjur l-oħra baqgħu jittajru u jgħumu mal-poppa. Imqar dawk li nqabdu u ħarbu ma żammewx lura milli jerġgħu jipprovaw jirbħu x-xaħam għat-tieni darba. Hekk il-ħżiena jlebbtu biex jibilgħu l-liskiet ta’ Satana. Anke meta jaraw lil ħaddieħor jintilef diżastrożament, jibqgħu bla kont, u avolja jafu li għad jiddestruġġu lilhom infushom, jippersistu bl-infatwazzjoni miġnuna tagħhom. 

Allura x’inhi t-tarka tiegħi? Nagħraf u nkun persważ mill-estremità tal-imħabba divina, biex imbagħad nirrispondi għaliha b’imħabba minn qalbi. Imqar jekk tkun eku, biżżejjed, imma jrid ikun eku ġenwin. Jekk l-għożża tax-xirka tiegħi m’Alla mhix isħaħ mit-tentazzjoni, nieħu t-tuffieħa – bil-merkurju injettat fiha. 

Talba: “Ja Sid kumpassjonali, int tifhem minn xiex jien magħmul u x’insarraf. Mitluq waħdi nogħtor, naqa’ u nweġġa’; inkasbar ismek. Allura għattini b’rixek, u taħt ġwenħajk affordjali l-kenn; hu jkun is-sewwa tiegħek it-tarka u l-korazza tiegħi, biex hekk negħleb kontra kull qawwa tal-għadu, nirfes fuq l-iskorpjuni, u ebda lifgħa ma tagħmilli ħsara. F’isem Ġesù. Ammen.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Lejk Nerfa' Ħarsti

“Nerfa’ għajnejja lejn l-għoljiet, minn fejn tiġi l-għajnuna tiegħi. Mill-Mulej tiġi l-għajnuna tiegħi, hu li għamel is-sema u l-art. Hu ma jħallix lil riġlek jogħtor; dak li jħarsek ma jongħosx. Ara, dak li jħares lil Iżrael la jongħos u lanqas jorqod. Il-Mulej il-protettur tiegħek; il-Mulej hu dellek fuq lemintek. Ix-xemx ma tolqtokx binhar, lanqas il-qamar billejl. Il-Mulej iħarsek minn kull deni; hu iħarislek ruħek. Il-Mulej iħares il-ħruġ u d-dħul tiegħek, minn issa u għal dejjem ta’ dejjem” (Salmi 121:1-8). Huwa għaqal, anzi, dehen minn fuq, li nkunu kapaċi nagħtu direzzjoni korretta għall-mistennija u t-talb tagħna. Il-viżjoni tas-salmista hi ffokata strettament fuq id-destinazzjoni finali tiegħu, Ġerusalemm, u Sijon, l-għolja t’Alla. Mhux faċli twaħħal ħarstek fid-direzzjoni profitabbli, meta bosta attrazzjonijiet oħra jlellxu madwarna. Fi żmien il-prova, aħna ninstabu inklinati żżejjed biex niksbu għajnuna minn ħwejjeġ instabbli, biex insibuhom biss bħal qasba mġelġla l...

Alla u l-Atomu huma Inviżibbli

“Għax ir-rabja t’Alla qed tkun irrivelata mis-sema kontra kull empjetà u inġustizzja tal-bnedmin li jissopprimu l-verità fl-inġustizzja, għaliex dak li jista’ jkun magħruf dwar Alla hu evidenti għalihom, għax Alla lilhom immanifestah. Għax l-attributi inviżibbli tiegħu – kemm is-setgħa dejjiema kif ukoll in-natura divina tiegħu – jidhru distintivament mill-ħolqien tad-dinja, mifhuma mill-ħwejjeġ magħmula, tant li huma bla skuża” (Rumani 1:18-20). Alla mhu mkien, jew kullimkien? L-ateiżmu u l-Kristjaneżmu huma ż-żewġ pożizzjoni li ma jippretendu ebda inkonsistenza. Kwalunkwe filosofija bejniethom – deiżmu, anjostiċiżmu, edoniżmu, panteiżmu, u l-bqija – huma kollha kompromettenti. Jekk is-soċjetà tipprova tinbena fuq l-edoniżmu, pereżempju, ir-riżultat mhux diffiċli tindovinah bil-quddiem. Jirriżulta biss kaos u diżgwid.  Jekk Bin Marija mhuwiex ukoll Bin Alla, m’għandna ebda kawża soda kontra l-ateiżmu. Avolja xi atej huma biss atej fil-bnazzi, xorta rridu nkunu lesti nwa...