Skip to main content

Posts

Showing posts from April, 2018

Dawl u Vista

“‘Għall-ġudizzju jien ġejt f’did-dinja,’ qal Ġesù, ‘sabiex dawk li ma jarawx jaraw, u dawk li jaraw isiru għomjin.’ Xi wħud mill-Fariżej li kienu miegħu semgħu dan u staqsewh, ‘Xiex? Jaqaw aħna wkoll għomjin?’ Ġesù qalilhom, ‘Kieku kontu għomjin, ma kienx ikollkom dnub; imma ladarba issa tikklejmjaw, “Aħna naraw,” dnubkom jibqa’” (Ġwanni 9:39-41). Kull meta ninġabru flimkien biex inlaqqtu xi verità pertinenti għalina mill-Iskrittura, bix-xieraq inkun persważ li l-katekeżi, l-ippritkar u kwalunkwe tagħlim qatt mhu suffiċjenti fih innifsu, avolja jista’ jkun ortodoss. It-tagħlim iressaq id-dawl, imma mhuwiex kompitu tiegħu jagħti l-vista. Il-mexxejja reliġjużi Lhud iċċassaw lejn id-Dawl tad-dinja karina sħiħa. Flok raw, sfaw ikkonfermati fl-għama tagħhom. Xokkanti l-ħsieb. “Kieku kontu għomjin, ma kienx ikollkom dnub; imma ladarba issa tikklejmjaw, ‘Aħna naraw,’ dnubkom jibqa’,” kien il-verdett finali fuqhom. Dawl u vista mhumiex sinonimi; għalkemm għandna x’nambuhom it-tnejn,

Il-Fidi u t-Tbatija

“Huma servi ta’ Kristu? (Nitkellem bħallikieku qed nherwel.) Jien iżjed minnhom: f’taħbitiet iżjed bil-kotra, fi priġuneriji aktar spiss, f’tiswit eċċessiv, u sikwit espost għall-mewt. Ħames darbiet laqqatt mingħand il-Lhud l-erbgħin daqqa neqsin waħda. Tliet darbiet kont imħattar, darba mħaġġar, tliet darbiet innawfragat; għaddejt lejl u jum fl-għammieq. Kont sikwit fuq vjaġġi, f’perikli mix-xmajjar, f’perikli mill-briganti, f’perikli min-nies ta’ ġensi stess, f’perikli mill-Ġentili; f’perikli fil-belt, f’perikli fil-barr, f’perikli fuq il-baħar, u f’perikli minn aħwa foloz. Kont fit-taħbit u fl-istrapazz, sikwit fi ljieli bla rqad; bil-ġuħ u l-għatx, sikwit għaddejt bla ikel; fil-ksieħ u l-għera. Apparti dawn il-ħwejjeġ esterni, hemm kuljum il-pressjoni fuqi, ċoè, l-ansjetà tiegħi għall-knejjes kollha” (2 Korintin 11:23-28). Il-Kristjan m’aħniex ngħidu li ma jiżbaljax, imma almenu jaf jipparaguna u kapaċi, jekk irid, jaġixxi skont id-dehen mogħti lilu. Il-ħwejjeġ temporali ma

Is-Siwi tas-Sinċerità

“Pawlu, appostlu ta’ Kristu Ġesù bil-volontà t’Alla, skont il-wegħda tal-ħajja fi Kristu Ġesù, lil Timotju, ibni l-maħbub: il-grazzja, il-ħniena u s-sliem migħand Alla l-Missier u Kristu Ġesù Sidna. Nirringrazzja ’l Alla, li naqdih b’kuxjenza pura bħalma għamlu l-antenati tiegħi, kif niftakar fik kontinwament fil-petizzjonijiet tiegħi lejl u nhar. Jien u niftakar fid-dmugħ tiegħek, nixxennaq biex narak, sabiex nimtela bil-ferħ. Niftakar fil-fidi sinċiera li tinsab fik, li għammret l-ewwel f’nanntek Lojde u f’ommok Ewnike, u ninsab persważ illi issa tgħammar ukoll fik” (2 Timotju 1:1-5). Għaliex jeħtieġ inkunu sinċieri? Kull grazzja Kristjana (umiltà, ħlewwa, ġenerożità, ferħ) tista’ tkun falsifikata mill-ipokritu, kif nintebħu mis-Salmi: “Xħin qered lil x’uħud minnhom, kienu jfittxuh; u nidmu, u reġgħu fittxew lil Alla. U ftakru li Alla hu l-blata tagħhom, u Alla l-Ogħla l-feddej tagħhom. Madankollu huma kienu jfaħħruh b’fommhom, u gidbulu b’ilsienhom, għax qalbhom ma kinitx sew

Ix-Xandir tal-Kelma

“Issa jien naf illi intom ilkoll, li fostkom għaddejt nipprietka s-saltna, mhux se taraw wiċċi iżjed. Allura naffermalkom fil-ġurnata tal-lum illi jien innoċenti minn demm kulħadd, għax m’eżitajtx milli niddikjaralkom il-fehma sħiħa t’Alla. Oqogħdu attenti għalikom infuskom u għall-merħla kollha, li fiha l-Ispirtu s-Santu qegħidkom sopristanti, biex tirgħu l-knisja t’Alla li akkwista b’demmu stess” (Atti 20:25-28). Il-kwistjoni mhix kemm il-predikatur għandu lsien ħafif, elokwenti u x’naf jien. Fjuri u tlellix verbali, espressjonijiet mingħajr impressjonijiet fit-talb jew fl-ippritkar, mhuma xejn ħobż nutrittiv, iżda biss ċimblu jżarżar. Il-predikatur jeħtieġ ikun imqanqal mill-verità li biħsiebu jwassal; jekk japprowċja l-ministeru tiegħu klinikament, postu mhux bħala ħabbar tal-evanġelju. Impossibbli xxandar l-evanġelju, bxara inkredibbilment eċċellenti, u tibqa’ passiv. Ħadida taħraq, avolja mhix misnuna, tinfed iżjed il-kuxjenza minn ħadida kiesħa, avolja tkun misnuna aktar

Siġra Għammiela

“Il-frott tal-ġust siġra tal-ħajja, u min hu għaref jirbaħ l-erwieħ. Meta l-ġusti għandhom is-setgħa, il-poplu jifraħ, iżda meta jaħkmu l-ħżiena l-poplu jitniegħed. Fit-triq il-ħażina tal-ħażin hemm nassa, iżda l-ġust jgħanni u jifraħ. Il-ġust jagħraf id-drittijiet tal-imsejknin, iżda l-ħażin la jifhimhom u lanqas jikkonoxxihom. Meta joktru l-ħżiena joktor il-ħażen, iżda l-ġusti jarawhom jaqgħu” (Proverbji 11:30; 29:2,6,7,16).  Bħalma siġra tagħmel it-tuffieħ, hekk il-ġust jipproduċi l-frott – ħidmietu, kliemu, talbu, it-tagħlim u l-eżempju li jagħti. Huwa siġra mtaqqla bi frott bnin li jservi ta’ nutriment għal min hu bil-ġuħ: jagħtihom il-ħajja, il-paċi, il-ferħ. Ġesù wegħidna illi jekk nibqgħu fih, ċoè, jekk nimxu miegħu f’intimità, b’fedeltà kontinwa, hu jibqa’ fina. Hekk nipproduċu ħafna frott, biex bih ikun imsebbaħ il-Missier. Hi ħaġa ta’ niket tinnota illi għadd ta’ nies li jridu jgħaddu lilhom infushom bħala dixxipli ta’ Ġesù huma bħal dik is-siġra taż-żebbuġ fil-Pa

Mibegħda u Mħabba

“Maħbubin, m’inix niktbilkom kmandament ġdid, anzi, hu kmandament qadim li kellkom mill-bidu. Il-kmandament il-qadim hu l-messaġġ li smajtu. Frattant qed niktbilkom kmandament ġdid, li hu veru fih u fikom, għax id-dalma tinsab għaddejja u d-dawl il-veru diġà qiegħed jiddi. Min jikklejmja li hu fid-dawl imma jobgħod lil ħuh għadu fid-dalma s’issa. Min iħobb lil ħuh jgħammar fid-dawl, u m’hemm ebda kawża t’offiża fih. Imma min jobgħod lil ħuh jinsab fid-dalma u jimxi fid-dalma; ma jafx fejn sejjer, għax id-dalma għamietlu għajnejh” (1 Ġwanni 2:7-11). Il-mibegħda, bil-biża’ u d-diżgust li jakkumpanjawha, b’tendenza li ttawwal l-espressjoni tagħha nfisha, ġiet deskritta bħala l-ġenn tal-qalb. Bil-mibegħda nikkastigaw lilna nfusna.  Bil-mibegħda nifhmu l-qagħda ta’ rieda ħażina u avversjoni lejn l-oġġett tal-mibegħda, biża’ jew għadab mar-resqa tiegħu, ferħ meta jisfa mweġġa’, u korla meta jirċievi favur. “Għesaw bagħad lil Ġakobb, minħabba l-barka li bierku biha missieru.” Did-d

Id-Dinja Li Ġejja

“Dan irrid infisser, l-aħwa: iż-żmien hu mqassar, sabiex għal li ġej dawk li għandhom in-nisa jgħixu bħallikieku m’għandhomx; dawk li jibku bħallikieku ma jibkux; dawk li jifirħu bħallikieku ma jifirħux; dawk li jixtru bħallikieku ma jippossedux; dawk li jużaw id-dinja bħallikieku ma jużawhiex għalkollox. Għax il-forma ta’ did-dinja preżenti qed tgħaddi ’l hemm” (1 Korintin 7:29-31). Hemm is-saltna ta’ din l-art u s-saltna tas-sema. L-Imgħallem spjegalna illi s-segwaċi tiegħu, għalkemm jinsabu fid-dinja, ma jappartenux għad-dinja (Ġwanni 15:18-19). Aħna nies magħmulin mit-trab tal-art, iżda s-sejħa u d-destin tagħna mhumiex għal hawn. Is-saltna preżenti hi transitorja; is-saltna ta’ Kristu hi għal dejjem, għax “il-Mulej Alla jagħtih it-tron ta’ David missieru, u jsaltan għal dejjem fuq id-dar ta’ Ġakobb, u għal saltnatu ma jkunx hemm tmiem” (Luqa 1:32-33). Mela jekk id-dinja preżenti ttellifna milli naraw u napprezzaw “id-dinja li ġejja,” inkunu tabilħaqq qed nagħmu lilna nf

Il-Qalb

“Ewwilla ma tifhmux illi kulma jidħol fil-ħalq imur fl-istonku u mbagħad jinxteħet ’il barra fil-latrina? Imma l-ħwejjeġ li jipproċiedu mill-ħalq joħorġu mill-qalb, u dawk iniġġsu l-bniedem. Għax mill-qalb joħorġu l-ħsibijiet ħżiena, l-omiċidji, l-adulterji, il-fornikazzjonijiet, il-ħelliet, it-testimonjanzi foloz u l-kalunnji. Dawn huma l-ħwejjeġ li jniġġsu l-bniedem; imma li tiekol b’idejn mhux maħsulin ma jniġġisx lill-bniedem” (Mattew 15:17-20). Il-fidi tagħna, kif gwidata mill-Iskritturi, mhi offruta ebda psikoloġija sistematizzata jew xjentifika tal-qalb. Bħala bnedmin m’aħniex ġisem u ruħ, imma entità ħajja ta’ qawwa vitali, organiżmu psikofiżiku. Indubjament, aħna influwenzati esternament – mix-xitan u spirti mniġġsa, jew inkella mill-Ispirtu s-Santu. Fil-psikoloġija moderna l-enfasi tinsab fuq fatturi dinamiċi li joperaw internament, għalkemm interess ġdid huwa evokat minn studji ta’ forzi ambjentali bħala fatturi li jinfluwenzaw il-komportament uman.  F’sens ġenera

Fi Kristu

“Imbierek ikun Alla u Missier Sidna Ġesù Kristu, li berikna b’kull barka spiritwali fl-imkejjen smewwitin fi Kristu. Għax għażilna fih qabel il-ħolqien tad-dinja ħalli nkunu qaddisin u bla difett f’għajnejh. Fl-imħabba ppredestinana għall-adozzjoni bħala wliedu permezz ta’ Ġesù Kristu għalih innifsu, skont l-intenzjoni tajba tal-volontà tiegħu – għat-tifħir tal-grazzja glorjuża tiegħu, li biha ffavoriena fil-Maħbub. Fih għandna l-fidwa permezz ta’ demmu, il-maħfra tad-dnubiet, skont l-għana tal-grazzja tiegħu li fawwar ġenerożament fuqna. B’kull għerf u fehma għarrfilna l-misterju tal-volontà tiegħu skont l-għoġba tiegħu, li intenzjona fi Kristu, għall-amministrazzjoni adatta għall-milja taż-żminijiet, ċoè, li jiġbor kollox flimkien fi Kristu, il-ħwejjeġ fis-smewwiet u l-ħwejjeġ fuq l-art; iva, fih. Fih konna magħmulin werrieta, billi konna ppredestinati skont il-pjan ta’ dak li jopera kollox f’konformità mal-għan tal-volontà tiegħu, ħalli aħna, li ttamajna l-ewwel fi Kristu, inkunu

Ġenituri u Wlied

“Tfal, obdu lill-ġenituri tagħkom fis-Sid, għax dan hu sewwa. ‘Onora ’l missierek u ’l ommok’ – li hu l-ewwel kmandament b’wegħda – ‘sabiex jaħbatlek tajjeb u jtul għomrok fuq l-art.’ Missirijiet, teżasperawx it-tfal tagħkom; minflok, rabbuhom fid-dixxiplina u l-istruzzjoni tas-Sid” (Efesin 6:1-4). Jekk il-ġenituri jridu jaraw lil uliedhom imbierka fil-knisja u fl-iskola, ħa joqogħdu b’seba’ għajnejn biex ma jagħtuhomx eżempji mħassra d-dar bi kwalunkwe komportament traskurat jew profan. Altrimenti, il-ġenituri jagħmlulhom aktar ħsara d-dar milli kemm il-pastor kif ukoll is-surmast jistgħu jagħmlulhom fl-isfera tagħhom. Għax l-eżempju korrott ta’ dawn jikkontradixxi u jinnega l-istruzzjoni tajba ta’ dawk. L-influwenza ħażina tal-ġenituri hi aktar perikoluża peress li huma armati min-natura biex jiġbdu l-affezzjonijiet ta’ wliedhom fuq in-naħa tagħhom.  L-għożża hi mandatorja, iżda l-fsied żejjed jista’ jkun detrimentali. It-tfal taħt is-saqaf tagħna qed ikunu trenjati għall-

Minn Issa 'l Quddiem

“Is-sommu saċerdot qallu, ‘Aħlifli b’Alla l-ħaj: għidilna jekk intix il-Messija, Bin Alla.’ ‘Iva, int innifsek għidt,’ wieġbu Ġesù. ‘Madankollu ngħidilkom: mil-lum ’il quddiem għad taraw lil Bin il-Bniedem bilqiegħda fuq il-leminija tas-Setgħa’ u ‘ġej fuq sħab is-sema.’ Imbagħad is-sommu saċerdot ċarrat ilbiesu u qal, ‘Dagħa! Xi bżonn għandna iżjed ta’ xhieda? Araw, issa smajtuha d-dagħwa tiegħu’” (Mattew 26:63-65). Xi kliem hu dan, “Madankollu...mil-lum ’il quddiem”! Nixtieq nimita ċ-ċarezza fil-vista ta’ Sidna, u f’nofs il-faqar, jew mard, jew tqasqis kontrija, jien ukoll ngħid: “Madankollu...mil-lum ’il quddiem.”  Minflok dgħufija, għandu kull setgħa; minflok għajb, kull glorja; minflok żufjett, kull qima. Is-salib tiegħu ma tefiex l-isplendur tal-kuruna tiegħu, u l-bżieq li beżqu fuq wiċċu ma tellifx il-ġmiel ta’ wiċċu. Anzi, hu iżjed eżaltat u mweġġaħ minħabba l-passjoni tiegħu. Għalhekk irrid jien ukoll nagħmel il-qalb minn dik il-kelma, “mil-lum ’il quddiem.” Nins

Is-Siwi tas-Sofferenza

“Jien ngħallmek u nurik it-triq li minnha għandek tgħaddi; inwissik u nżomm għajnejja fuqek. La tkunx bħaż-żiemel jew bħall-bagħal, li m'għandhomx sens, li ħalqhom jinżamm bl-ilġiem u r-riedni, altrimenti ma jersqux lejk. Ħafna duluri jiġu fuq il-ħażin, iżda min jittama fil-Mulej il-ħniena tal-Mulej iddur miegħu. Kunu henjin fil-Mulej u ifirħu, intom il-ġusti, u għajtu bil-ferħ, intom ilkoll ta’ qalbkom safja!” (Salmi 32:8-11). Il-fjuri, nosservaw, ifuħu l-aktar wara tiswita minn ħalba xita. Il-vinja tirrendi l-aktar meta fiha jitħaddem l-imqass taż-żabra. B’mod simili, il-qaddisin javvanzaw u jkunu l-aktar produttivi internament, fil-qagħda ruħana tagħhom mal-Feddej, meta jkunu l-aktar afflitti esternament. L-iżvintura taf tkun omm il-virtù. Paradossalment, nistagħew bil-faqar, nitqawwew bid-debolizza, nissaħħu bil-mard, niġġeddu bħall-ajkla bl-avvanz tax-xjuħija. Meta s-Sultan Manasse safa afflitt, għamel tfittxija serja għall-Mulej Alla tiegħu. Il-katina tiegħu saritl

Il-Kristjan u d-Dnub

“Hekk jgħid il-Mulej, ‘Minħabba tliet dnubiet ta’ Gaża, anzi minħabba erbgħa, ma nbiddilx il-kastig tagħha…Minħabba tliet dnubiet ta’ Tir, anzi minħabba erbgħa, ma nraġġax lura l-kastig tagħha…Minħabba tliet dnubiet ta’ Iżrael, anzi minħabba erbgħa, ma nraġġax lura l-kastig tiegħu, għax huma jbiegħu l-ġust għall-flus, u l-fqir għal par sandli, u jirfsu ras l-imsieken fuq it-trab tal-art, u jgħawġu triq il-ġwejdin (Għamos 1:6,9; 2:6-7). Id-dnub jiddomanda prezz għoli, imqar minn dawk mifdija minnu. Avolja m’għadhomx taħt il-kundanna u s-saħta tiegħu, ulied Alla xorta waħda jbatu l-konsegwenzi skabrużi tiegħu fuq l-art. Sawl, meta kkomprometta ruħu b’Agag, tilef il-kuruna u s-saltna. Sansun, bl-iċċaċċrar tiegħu ma’ Delila, tilef saħħtu, il-vista, il-libertà u ħajtu stess.  Imma x’inhuma dawn id-disfatti għaċ-ċediment tal-qawwa spiritwali, għat-telfa ta’ komunjoni m’Alla, għat-telfa tal-Ispirtu tad-dawl, tal-ħajja, il-libertà u l-glorja? X’inhuma meta mqabbla mat-telfa tal-fer

Alla Personali Jisma' Talbi

“‘Ħa jkollkom fidi f’Alla,’ weġibhom Ġesù. ‘Tassew ngħidilkom, kull min jgħid lil dil-muntanja, “Inqala’ u nxteħet fil-baħar,” u ma jiddubitax f’qalbu, iżda jemmen illi dak li jgħid se jiġri, ikunlu hekk. Minħabba f’hekk ngħidilkom, kull ħaġa kwalunkwe li għaliha titolbu u tissupplikaw, emmnu illi rċivejtuha, u tkunilkom. U kull meta toqogħdu bilwieqfa biex titolbu, aħfru, jekk għandkom xi ħaġa kontra xi ħadd, sabiex Missierkom fis-smewwiet ukoll jaħfrilkom l-offiżi tagħkom’” (Mark 11:22-25). Missierna ngaġġa ruħu illi jwieġeb għat-talb tal-fidili u “jwettaq ix-xewqat ta’ dawk li jibżgħu minnu.” Iżda kultant hemm vjaġġ twil qabel ma l-kredenti jara l-bastiment jirritorna mill-avventura tiegħu. Hemm intervent ta’ xitwa qalila bejn iż-żrigħ tat-talb, u l-ħsad tiegħu. Alla tabilħaqq jismagħna malli nitolbu, iżda spiss ma nisimgħux mingħandu daqstant malajr.  Bħala evidenza niċċitaw il-każ tal-profeta. Darba minnhom intbagħtitlu dit-tagħrifa: “La tibżax, Danjel, għax mill-ewwel

Skużi!

“Tissupponi dan, o bniedem – li tiġġudika ’l dawk li jipprattikaw ħwejjeġ bħal dawn, u frattant tagħmilhom int innifsek – illi int se tiskappa l-ġudizzju t’Alla? Jew tiddisprezza l-għana tal-beninnità, it-tolleranza u l-paċenzja tiegħu, bla ma tirrealizza illi l-beninnità t’Alla hi maħsuba biex tmexxik lejn l-indiema? Imma minħabba l-ebusija tiegħek u l-qalb bla ndiema qed taħżen ir-rabja għalik innifsek f’jum ir-rabja meta l-ġudizzju ġust t’Alla jkun rivelat” (Rumani 2:3-5). Tisma’ min jipprotesta, “Jekk nirrikorri għand Kristu jkolli nċedi l-gost u l-pjaċir, ma nkunx nista’ nagħmel skoss affarijiet...” Veru! Imma għandek stampa mgħawġa ta’ Kristu. Trid iċċedi kollox, u trid tgħodd in-nefqa; imma kemm jaqbillek! Alla jiddomanda biss li titlaq il-ħwejjeġ ta’ ħsara, mhux il-ġid veru. Alla diġà ta l-aħjar u l-aqwa tiegħu – ma’ Ibnu jagħtina b’xejn benefiċċji u għotjiet oħra. Kulma ċċedi – il-pjaċiri transitorji tad-dnub u kwalunkwe vizzji – mhuma xejn imqabbla mal-kisba infini

Id-Don tad-Diskors

“Intom tafuh dan, ħuti maħbubin: kull bniedem għandu jkun pront biex jisma’, dewwiem biex jitkellem u dewwiem għar-rabja, għax ir-rabja tal-bniedem ma tiksibx il-ġustizzja t’Alla. Għaldaqstant, neħħu kull ħmieġ morali u ħażen tant prevalenti, u bil-manswetudini ilqgħu l-kelma mħawla fikom, li kapaċi ssalva erwieħkom” (Ġakbu 1:19-21). Tul għomri s’issa, kieku xi ħadd iħallasni mitt Ewro għal kull kelma simpatika u ħanina li għidt dwar nies oħra, filwaqt li jiġbor mingħandi l-istess ammont għal kull kelma antipatika u sovversiva li għidt dwar l-oħrajn, nispiċċa fqir jew sinjur? Xebba darba marret fuq John Wesley, u qaltlu, “Naħseb fl-aħħar skoprejt x’inhu t-talent tiegħi.” L-evanġelista qalilha, “Għidli.” Wieġbet, “Li nċanfar lil kulħadd, bla ma noqgħod nomgħodha.” Wesley ikkunsiljaha, “Ma jidhirlix li l-Mulej se jieħu għalih jekk iżżomm dat-talent moħbi f’maktur.” Il-Malti jgħid, minn jgħid wisq ftit fih risq! Ma fihomx x’tammira nies li l-ħin kollu jtaqtqu.

Id-Donatur u d-Doni Tiegħu

“Minħabba f’hekk ngħidilkom, tinkwetawx għal ħajjitkom, x’se tieklu jew x’se tixorbu, lanqas għal ġisimkom, x’se tilbsu. Ewwilla l-ħajja mhix iżjed importanti mill-ikel, u l-ġisem mill-ilbies? Ħarsu lejn it-tjur tas-sema; la jiżirgħu, la jaħsdu u lanqas jiġbru fl-imħażen, frattant Missierkom smewwieti jitmagħhom. Ewwilla intom ma tiswewx aktar minnhom? Min minnkom, billi jinkwieta, jista’ jżid ma’ għomru mqar siegħa waħda? U għaliex tinkwetaw dwar l-ilbies? Ikkonsidraw il-ġilji tal-għalqa, kif jikbru, la jitħabtu u lanqas jagħżlu. Frattant ngħidilkom, lanqas Salamun fil-grandizza kollha tiegħu ma kien imxedded bħal wieħed minn dawn. Imma jekk Alla hekk ilibbes il-ħaxix tal-għalqa, li llum hu ħaj u għada jinxteħet fil-forn, ma jagħmilx bil-wisq iżjed magħkom, ja nies ta’ fidi ċkejkna? (Mattew 6:25-30). Wistin għallem kif ġej: “Tħobb id-dinja maħluqa mhix xi ħaġa ħażina, imbasta Alla, il-ħabbej tagħna, ma jonqosx fil-preġju u l-istima tagħna. Meta tħobb id-dinja u tfalli milli tħo

Il-Karta tal-Identità

“Mela, bħala l-magħżulin t’Alla, qaddisin u maħbubin, ilbsu sentimenti ta’ mogħdrija, benevolenza, umiltà, manswetudini u paċenzja. Issaportu ’l xulxin u aħfru ’l xulxin, jekk xi ħadd għandu lment kontra ħaddieħor; bħalma appuntu ħafrilkom is-Sid, hekk ukoll agħmlu intom. U fuq dawn il-virtujiet kollha ilbsu l-imħabba, li hi r-rabta tal-armonija perfetta. Ħa jarbitra s-sliem ta’ Kristu fi qlubkom, li għalih tabilħaqq kontu msejħin f’ġisem wieħed. U kunu grati. Ħa tgħammar ġewwa fikom kelmet Kristu bl-għana, tgħallmu u tammonixxu ’l xulxin b’kull għerf, tkantaw salmi, innijiet u kanzunetti spiritwali, b’rikonoxxenza fi qlubkom ’l Alla. U kull ħaġa kwalunkwe li tagħmlu, sew bil-kelma jew inkella fl-att, agħmlu kollox f’isem is-Sid Ġesù, filwaqt li tirringrazzjaw ’l Alla l-Missier permezz tiegħu. (Kolossin 3:12-17). Jekk nieqaf u nistaqsi lili nnifsi, “Min jien?” qajla nkun naf xi nwieġeb. Imma sforz ir-rabta tiegħi ma’ Kristu, u sforz l-unjoni mistika li ngawdu miegħu, nista’ nid

Wegħdi

“Ħadd ma jkun jista’ jieqaf quddiemek jiem ħajtek kollha. Bħalma jien kont ma’ Mosè, hekk inkun miegħek: la nħallik u lanqas nitilqek. Agħmel il-ħila u la tibżax, għax inti tagħti lil dal-poplu l-art li jien ħlift lil missirijiethom li nagħtihom. Biss agħmel il-ħila u la tibża’ xejn, biex tagħmel skont il-liġi kollha li Mosè, il-qaddej tiegħi, tak; la ddurx minnha lejn il-lemin jew lejn ix-xellug, biex ikollok ir-risq kull fejn tmur. Dal-ktieb tal-liġi ma jitbiegħed qatt minn fommok, iżda aħseb fuqu nhar u lejk, biex tagħmel skont kulma hemm miktub fih; għax imbagħad inti tirnexxi f’kulma tagħmel u jkollok ir-risq. Ma kmandajtikx jien? Agħmel il-ħila u la tibżax! La titrigħedx u la titwerwirx, għax il-Mulej, Alla tiegħek, ikun miegħek kull fejn tmur” (Ġożwè 1:5-9). Sikwit nikkwotaw minn dis-silta u ninkuraġġixxu rwieħna biha. Nafu illi l-mandat mogħti lil Ġożwè fl-antik jikkorrispondi mal-kummissjoni u l-ordni mogħtijin lilna llum. Inservu lill-istess Alla, il-Feddej li jżur u j

Mexxini B'Kelmtek, Mulej

“Qaltlu: ‘Jien bint Betwel, bin Milka, li wildet lil Naħor.’ U qaltlu wkoll: ‘Għandna sew tiben u sew għalf biżżejjed, u wisa’ fejn tgħaddu l-lejl.’ U r-raġel miel rasu, u qiem lill-Mulej. U qal: ‘Imbierek il-Mulej, Alla ta’ sidi Abraħam, li ma ħalliex nieqes mill-ħniena u s-sewwa tiegħu lil sidi! U lili l-Mulej mexxieni mit-triq lejn dar ħut sidi.’ Imbagħad it-tifla ġriet u qalet lil ta’ dar ommha dawn il-ħwejjeġ” (Ġenesi 24:24-28). Jaqblilna nkunu midħla dwar il-manjiera kif Alla jiżvela r-rieda tiegħu lil uliedu, għax f’dal-qasam ħafna jiżolqu fin-niexef u jagħmlu trampi u ħmerijiet, u mingħalihom qed iwettqu r-rieda t’Alla għalihom. Sakemm ir-rivelazzjoni divina, miġbura għall-gwida tal-knisja minn ġenerazzjoni għall-oħra fil-qanun tal-Iskrittura Mqaddsa, kienet għadha mhix kompluta, Alla ġie li ggwida lil niesu b’modi speċjali, personali u pekuljari. Samwel, pereżempju, kellu gwida mhux tas-soltu, u biha wasal biex unzjona sultan fuq il-poplu.  Illum il-ġurnata, fil-mat

Maħfura, Biex Nimxu fil-Biża' tal-Mulej

“Dawwart wiċċi lejn Sidi l-Mulej, biex infittex bit-talb u t-tħannin, bis-sawm, bl-ilbies tax-xkora u bl-irmied. Tlabt lill-Mulej, Alla tiegħi, u stqarrejt u għidt: ‘O Sidi, Alla kbir u tal-biża’, li tħares il-patt u t-tjieba lil dawk li jħobbuk, u lil dawk li jħarsu l-kmandamenti tiegħek: aħna dnibna u mxejna mgħawweġ. Għamilna l-ħażin u ma ridniex nisimgħu, billi twarrabna mill-preċetti tiegħek u mill-ordinanzi tiegħek, u lanqas smajna mill-qaddejja tiegħek, il-profeti, li kellmu f’ismek lis-slaten tagħna, lill-kbarat tagħna, lil missirijietna u lill-poplu kollu tal-pajjiż. O Sidi, lilek il-ħaqq, iżda lilna l-mistħija tal-wiċċ, bħalma hu llum’” (Danjel 9:3-7). Billi nemmnu, għandna konfidenza qaddisa biex nersqu lejn it-tron t’Alla. Għalina m’għadux tron ta’ ġudizzju, iżda minħabba Kristu hu tron tal-grazzja. Għalhekk ma nsibuhiex bi tqila nammettu dnubietna ma’ Missierna. Meta d-dnub jitniżżel mit-tron tal-qalb, il-ħtijiet l-iżjed sigrieti jmejlu l-qalb b’umiltà quddiem il-Ħ

The Great Gospel Invitation

Afflictions, though they seem severe; In mercy oft are sent; They stopped the prodigal’s career, And forced him to repent. Although he no relentings felt Till he had spent his store; His stubborn heart began to melt When famine pinched him sore. “What have I gained by sin, he said, But hunger, shame, and fear; My father’s house abounds with bread, While I am starving here. I’ll go, and tell him all I’ve done, And fall before his face Unworthy to be called his son, I’ll seek a servant’s place.” His father saw him coming back, He saw, and ran, and smiled; And threw his arms around the neck Of his rebellious child. “Father, I’ve sinned—but O forgive!” I’ve heard enough, he said, Rejoice my house, my son’s alive, For whom I mourned as dead. Now let the fatted calf be slain, And spread the news around; My son was dead, but lives again, Was lost, but now is found. ’Tis thus the Lord his love reveals, To call poor sinners home; More than a father’s love he feel

Ħajjin Għal Alla

“Għax jekk demm il-bdabat u l-barrin u l-rmied t’erħa li jraxxax lil dawk imniġġsin ċeremonjalment, iqaddes għall-purità esterna, kemm iżjed id-demm ta’ Kristu, li permezz tal-Ispirtu etern offra lilu nnifsu bla difett ’l Alla, jippurifika l-kuxjenza tagħna minn atti mejtin ħalli naqdu ’l Alla l-ħaj! Minħabba f’hekk Kristu hu l-medjatur ta’ patt ġdid, ħalli l-imsejħin jirċievu l-wirt etern imwiegħed – peress li ġrat il-mewt għall-fidwa mit-trasgressjonijiet kommessi taħt l-ewwel patt” (Ebrej 9:13-15). L-għemejjel kollha tagħna qabel ma ndimna kienu għemejjel mejta, bla ġmiel veru fihom. Jistgħu jimpressjonaw lis-soċjetà, iżda impossibbli jkunu aċċettabbli quddiem Alla. Fl-għajn naturali jirbħu anke krettu, iżda Alla ma jixxaħħamx bl-għotjiet esterni meta l-qalb għadha avversiva lejh. Agħti l-karità tiegħek lill-foqra, il-parir tiegħek lis-sempliċi, wirtek lil uliedek, il-ħaraġ lil Ċesri, iżda qalbek lil Alla. Jekk għadek ma tajthilux, tippretendi li se jilqa’ s-sagrifiċċju miżer

Maħfra Sovrana

“Hekk jgħid il-Mulej, ‘Ħa ma jiftaħarx l-għaref b’għerfu, ħa ma jiftaħarx il-qawwi bil-qawwa tiegħu, ħa ma jiftaħarx l-għani bl-għana tiegħu. Iżda min jiftaħar ħa jiftaħar b’dan, li għandu d-dehen biex jagħrafni, li jien il-Mulej li nagħmel it-tjieba, il-ġustizzja u s-sewwa fl-art, għax b’dawn il-ħwejjeġ nitgħaxxaq,’ jgħid il-Mulej” (Ġeremija 9:23-24). Kemm hu xieraq u profitabbli nimmeditaw fuq Missierna. Għaliex Alla jissaportu tant fit-tul, jistenna l-midinbin jerġgħu lura għandu? Sikwit jistenniehom mhux ix-xhur, iżda s-snin, u jissokta jsus warajhom u jwasslilhom Kelmet il-ħajja. Jadotta dil-linja sabiex ikun grazzjuż filli jaħfrilhom, għax f’dan l-att jitgħaxxaq.  Is-slaten ġie li jaħfru tradituri biex jogħġbu l-ministri tagħhom aktar milli lilhom infushom, altrimenti qatt ma jaġixxu hekk. Iżda l-Mulej jidfen dnubietna fl-ifnad baħar, jixħithom wara dahru, jinsiehom, prinċipalment biex jgħaxxaq u jhenni lill-qalb beninna tiegħu. Għaldaqstant il-missjoni li fuqha ntbagħ

Do You Love Me?

Hark, my soul! it is the LORD; ’Tis thy Savior, hear his word; JESUS speaks, and speaks to thee; “Say, poor sinner, lov’st thou me? I delivered thee when bound, And, when wounded, healed thy wound; Sought thee wand’ring, set thee right, Turned thy darkness into light.” Can a woman’s tender care Cease, towards the child she bare? Yes, she may forgetful be, Yet will I remember thee. “Mine is an unchanging love; Higher than the heights above; Deeper than the depths beneath, Free and faithful, strong as death. Thou shalt see my glory soon, When the work of grace is done; Partner of my throne shalt be, Say, poor sinner, lov’st thou me?” Lord it is my chief complaint, That my love is weak and faint; Yet I love thee and adore, Oh for grace to love thee more!         - William Cowper.

Il-Kankru tal-Kburija

“‘Iva, inwerwer minħabba fik ħafna popli, u s-slaten tagħhom jitkexkxu minħabba fik, meta nxejjer sejfi quddiemi wiċċhom, u jitriegħdu kull ħin, kull wieħed għal ħajtu, fil-jum tal-waqgħa tiegħek.’ Għax hekk jgħid Sidi l-Mulej: ‘Sejf is-sultan ta’ Babel jilħqek. Bi sjuf il-qawwijin inġarraf il-kotra tiegħek, l-eħrex fost il-ġnus, ilkoll kemm huma, u jħarbtu l-kburija tal-Eġittu u l-kotra kollha tiegħu tinqered” (Eżekjel 32:10-12). “Il-kburija mhix tant problema għalija.” Jekk tirraġuna b’dan il-mod, aħseb sewwa fuq il-kliem: “Il-ġlied jiġi biss mill-kburija” (Proverbji 13:10). Jidher ċar li bniedem kburi hu ġelliedi. Jekk trid tkun taf intix kburi jew le, staqsi lilek innifsek intix ġelliedi. Min iħobb jiġġieled hu kburi. Imma qabel tirrispondi, “Le, m’inix ġelliedi, u allura m’inix kburi,” aħseb ftit ieħor. X’tagħmel meta xi ħadd joffendik? Kif tirreaġixxi meta xi ħadd jikkritikak? Kif iġġib ruħek meta xi ħadd jimmalafamak? Kif teħodha meta xi ħadd jikkoreġik? X’tagħmel? Tq

Believe, And You Shall Be Saved

A believer, free from care, May in chains, or dungeons, sing, If the Lord be with him there; And he happier than a king: Paul and Silas thus confined, Though their backs were torn by whips, Yet possessing peace of mind, Sung his praise wish joyful lips. Suddenly the prison shook, Open flew the iron doors; And the jailer, terror–struck, Now his captives’ help implores: Trembling at their feet he fell, “Tell me, Sirs, what must I do To be saved from guilt and hell? None can tell me this but you.” “Look to Jesus, they replied, If on Him thou canst believe; By the death which he has died, Thou salvation shalt receive:” While the living word he heard, Faith sprung up within his heart; And released from all he feared, In their joy his soul had part. Sinners, CHRIST is still the same, O that you could likewise fear! Then the mention of his name Would be music to your ear: JESUS rescues Satan’s slaves, His dear wounds still plead, “Forgive!” JESUS to the utmost

Dixxiplu f'Soċjetà Moderna

“Inħaslu, tnaddfu; neħħu l-ħażen ta’ għemilkom minn quddiem għajnejja; ieqfu mill-ħażen. Tgħallmu għamlu t-tajjeb; fittxu l-ġustizzja, agħmlu hieni lill-imgħakkes; agħmlu ħaqq lill-iltim; aqbżu għall-jedd tal-armla!...Iftaħ fommok għall-imbikken, biex taqbeż għall-kawża tal-imsejknin kollha. Iftaħ fommok; aqta’ l-ħaqq bis-sewwa, u aqbeż għall-kawża tal-miskin u ta’ min hu fil-bżonn” (Isaija 1:16-17; Proverbji 31:8-9). Għall-aħjar jew għall-agħar qed ngħixu f’soċjetà moderna. Imdorrijin niftaħru biċ-ċiviltà tagħna, speċjalment meta paragunata ma’ ċiviltajiet oħra fil-qedem. Jidhrilna li għamilna avvanzi tremendi fejn l-antenati tagħna kienu armajn barbari. Biss wieħed irid jiftakar li ċ-ċiviltà hi moviment u mhux kondizzjoni. Hi aktar traġitt ħaj milli port statiku.  Fis-sens dejjaq tagħha ċ-ċiviltà tissinifika l-awtorità sħiħa tal-ispirtu uman fuq ħwejjeġ esterni, il-prodott ta’ din l-istess awtorità fi ħwejjeġ viżibbli – arti, kultura u l-bqija. Fattur determinanti, biex ma