Skip to main content

Dixxiplu f'Soċjetà Moderna

“Inħaslu, tnaddfu; neħħu l-ħażen ta’ għemilkom minn quddiem għajnejja; ieqfu mill-ħażen. Tgħallmu għamlu t-tajjeb; fittxu l-ġustizzja, agħmlu hieni lill-imgħakkes; agħmlu ħaqq lill-iltim; aqbżu għall-jedd tal-armla!...Iftaħ fommok għall-imbikken, biex taqbeż għall-kawża tal-imsejknin kollha. Iftaħ fommok; aqta’ l-ħaqq bis-sewwa, u aqbeż għall-kawża tal-miskin u ta’ min hu fil-bżonn” (Isaija 1:16-17; Proverbji 31:8-9).

Għall-aħjar jew għall-agħar qed ngħixu f’soċjetà moderna. Imdorrijin niftaħru biċ-ċiviltà tagħna, speċjalment meta paragunata ma’ ċiviltajiet oħra fil-qedem. Jidhrilna li għamilna avvanzi tremendi fejn l-antenati tagħna kienu armajn barbari. Biss wieħed irid jiftakar li ċ-ċiviltà hi moviment u mhux kondizzjoni. Hi aktar traġitt ħaj milli port statiku. 

Fis-sens dejjaq tagħha ċ-ċiviltà tissinifika l-awtorità sħiħa tal-ispirtu uman fuq ħwejjeġ esterni, il-prodott ta’ din l-istess awtorità fi ħwejjeġ viżibbli – arti, kultura u l-bqija. Fattur determinanti, biex ma ngħidx ewlieni, fil-formazzjoni ta’ kull ċiviltà hi r-reliġjon. Meta ċiviltà tipprova tiġri l-ġirja tagħha mingħajr il-lehma tar-reliġjon tispiċċa biex tagħmel ħwejjeġ agħar mill-bhejjem. 

Ladarba fil-Punent l-abort u d-divorzju huma lampanti, dan mhu xejn sinjal pożittiv għaċ-ċiviltà tagħna, għax it-test veru taċ-ċiviltà mhux l-istatistika, lanqas l-ekonomija, lanqas il-kwalità tal-bliet tagħna, imma xi speċi ta’ nies il-ġens kapaċi jipproduċi, u x’influwenza tgawdi għall-promozzjoni tad-dinjità umana.

Talba: “Alla setgħani, int stess vżajtna illi fl-aħħar jiem inkunu ngħixu fi żminijiet wegħrin, għax in-nies ikunu ħabbejjin tagħhom infushom, suppervi, ingrati, irrikonċiljabbli, brutali, minfuħin bil-kburija, u jħobbu l-pjaċir aktarx milli jħobbu lilek. Iffortifikana biex inkunu kapaċi nirreżistu l-kurrent tal-ħażen u nfittxu dejjem immantnu xirka vitali miegħek.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Lejk Nerfa' Ħarsti

“Nerfa’ għajnejja lejn l-għoljiet, minn fejn tiġi l-għajnuna tiegħi. Mill-Mulej tiġi l-għajnuna tiegħi, hu li għamel is-sema u l-art. Hu ma jħallix lil riġlek jogħtor; dak li jħarsek ma jongħosx. Ara, dak li jħares lil Iżrael la jongħos u lanqas jorqod. Il-Mulej il-protettur tiegħek; il-Mulej hu dellek fuq lemintek. Ix-xemx ma tolqtokx binhar, lanqas il-qamar billejl. Il-Mulej iħarsek minn kull deni; hu iħarislek ruħek. Il-Mulej iħares il-ħruġ u d-dħul tiegħek, minn issa u għal dejjem ta’ dejjem” (Salmi 121:1-8). Huwa għaqal, anzi, dehen minn fuq, li nkunu kapaċi nagħtu direzzjoni korretta għall-mistennija u t-talb tagħna. Il-viżjoni tas-salmista hi ffokata strettament fuq id-destinazzjoni finali tiegħu, Ġerusalemm, u Sijon, l-għolja t’Alla. Mhux faċli twaħħal ħarstek fid-direzzjoni profitabbli, meta bosta attrazzjonijiet oħra jlellxu madwarna. Fi żmien il-prova, aħna ninstabu inklinati żżejjed biex niksbu għajnuna minn ħwejjeġ instabbli, biex insibuhom biss bħal qasba mġelġla l...

Alla u l-Atomu huma Inviżibbli

“Għax ir-rabja t’Alla qed tkun irrivelata mis-sema kontra kull empjetà u inġustizzja tal-bnedmin li jissopprimu l-verità fl-inġustizzja, għaliex dak li jista’ jkun magħruf dwar Alla hu evidenti għalihom, għax Alla lilhom immanifestah. Għax l-attributi inviżibbli tiegħu – kemm is-setgħa dejjiema kif ukoll in-natura divina tiegħu – jidhru distintivament mill-ħolqien tad-dinja, mifhuma mill-ħwejjeġ magħmula, tant li huma bla skuża” (Rumani 1:18-20). Alla mhu mkien, jew kullimkien? L-ateiżmu u l-Kristjaneżmu huma ż-żewġ pożizzjoni li ma jippretendu ebda inkonsistenza. Kwalunkwe filosofija bejniethom – deiżmu, anjostiċiżmu, edoniżmu, panteiżmu, u l-bqija – huma kollha kompromettenti. Jekk is-soċjetà tipprova tinbena fuq l-edoniżmu, pereżempju, ir-riżultat mhux diffiċli tindovinah bil-quddiem. Jirriżulta biss kaos u diżgwid.  Jekk Bin Marija mhuwiex ukoll Bin Alla, m’għandna ebda kawża soda kontra l-ateiżmu. Avolja xi atej huma biss atej fil-bnazzi, xorta rridu nkunu lesti nwa...