Skip to main content

Posts

Showing posts from March, 2018

Minflokna!

“Il-Mulej ħanin u twajjeb, u bil-mod biex jagħdab u ta’ tjieba kbira. Mhux dejjem jitlewwem magħna, u lanqas jitgħaddab għal dejjem. Ma mexiex magħna skont dnubietna, u lanqas ħallasna skont ħżunitna. Għax daqskemm is-smewwiet huma ’l fuq mill-art, daqshekk hi kbira t-tjieba tiegħu għal dawk li jibżgħu minnu” (Salmi 103:8-11). Din hi dikjarazzjoni meraviljuża, u nistgħu nifhmuha; imissha timlina b’rikonoxximent. Kif jista’ jkun, Alla jibqa’ lura milli jroddilna skont dnubietna? Għas-sempliċi raġuni li lil Ibnu raddlu skont dnubietna. “Lil dak li ma kienx jaf dnub Alla għamlu dnub għalina, sabiex aħna nsiru l-ġustizzja t’Alla fih” (2 Korintin 5:21). It-toqol tal-ħtija għaffiġna, u s-sentenza tal-mewt kienet imdendla fuqna; iżda t-toqol għaddieh għal fuq Ibnu, u bata l-konsegwenzi hu għan-nom tagħna. Is-sentenza tal-mewt, indirizzata lilna, kienet esegwita fuqu. Alla darbu fl-għadab feroċi tiegħu, għax l-għadab li kien fuq rasna tefgħu fuq ir-ras qaddisa t’Ibnu. “Il-kastig, li

The Fountain of Calvary

There is a fountain filled with blood Drawn from Emmanuel's veins; And sinners, plunged beneath that flood, Loose all their guilty stains. The dying thief rejoiced to see That fountain in his day; And there have I, as vile as he, Washed all my sins away. Dear dying Lamb, thy precious blood Shall never lose its pow’r; Till all the ransomed church of God Be saved, to sin no more. E’er since, by faith, I saw the stream Thy flowing wounds supply: Redeeming love has been my theme, And shall be till I die. Then in a nobler sweeter song I’ll sing thy pow’r to save When this poor lisping stamm’ring tongue Lies silent in the grave. Lord, I believe thou hast prepared (Unworthy though I be) For me a blood–bought free reward, A golden harp for me! ’Tis strung, and tuned, for endless years, And formed by pow’r divine; To sound, in God the Father’s ears, No other name but thine.          - William Cowper.

Sagramenti Għas-Salvati

“Imma kif ra ħafna mill-Fariżej u s-Sadduċej ġejjin għall-magħmudija tiegħu, qalilhom, ‘Ja nisel il-lifgħat! Min wissiekom biex taħarbu mir-rabja li ġejja? Ipproduċu mela frott denju tal-indiema, u tissupponux li tistgħu tgħidu fikom infuskom, “Bħala missier għandna ’l Abraħam,” għax ngħidilkom, Alla kapaċi minn dal-ħaġar iqajjem tfal għal Abraħam. Il-mannara diġà tqiegħdet ma’ għerq is-siġar; għalhekk kull siġra li ma tipproduċix frott tajjeb tinqata’ u tinxteħet fin-nar’” (Mattew 3:7-10). M’aħniex sagramentalisti, u bir-raġun! Hemm post xieraq għall-magħmudija, iżda ma nemmnux illi hi indispensabbli għas-salvazzjoni. Għall-kuntrarju, wieħed jista’ jmur l-Infern bl-ilma tal-magħmudija fuq wiċċu.  Il-magħmudija hi importanti u neċessarja, iżda mhux biex biha titwieled mill-ġdid. Le, huwa ovvju illi l-Ispirtu s-Santu jopera kif, meta, fejn u fuq min irid hu. L-Ispirtu s-Santu hu mxebbah mar-riħ li jonfoħ. Għalkemm nisimgħu ħossu, ma nafux mnejn hu jew fejn hu sejjer. Appena w

Marta u Marija

“Huma u sejrin fi triqthom, Ġesù daħal f’raħal fejn mara jisimha Marta laqgħetu f’darha. Kellha oħtha jisimha Marija, li niżlet bilqiegħda ma’ saqajn is-Sid, tisma’ kelmtu. Imma Marta kienet distratta b’xebgħa faċendi. Ġiet fuqu u qalet, ‘Ja Sid, ma jimportakx illi oħti ħallietni nservi waħdi? Għidilha mela sabiex tgħinni!’ Imma s-Sid weġibha, ‘Marta, Marta, qed tinkwieta u tinsab aġitata dwar qabda ħwejjeġ, imma hemm bżonn ta’ kemxejn ħwejjeġ, jew ħaġa waħda. Marija għażlet il-porzjon it-tajjeb, li mhux se jitteħdilha’” (Luqa 10:38-42). Id-dispożizzjoni u l-kondotta taż-żewġ aħwa, Marta u Marija, abbli jissuġġerulna x-xewqat u l-aġir tal-ġisem u l-ispirtu, li minnhom kull Kristjan hu kompost. Il-ġisem iħobb jinkwieta u jiffissa fuq patafjun interessi. Dejjem għaddej; qajla ssibu skomdu. Dejjem irid, rari sodisfatt, qatt verament hieni. Iżda l-ispirtu jagħżel il-parti superjuri, “il-porzjon it-tajjeb.” Hu tabilħaqq dehni fl-għażla tiegħu, sodisfatt bl-oġġett tiegħu, u realment f

Sliem Mingħand is-Sid

“Il-presbiteru lis-sinjura l-magħżula u lit-tfal tagħha, li jien inħobb fil-verità – u mhux jien biss, iżda wkoll dawk kollha li għarfu l-verità – minħabba l-verità li tgħammar fina u se tkun magħna għal dejjem: il-grazzja, il-ħniena u s-sliem ikunu magħna, mingħand Alla l-Missier u mingħand Ġesù Kristu, Iben il-Missier, fil-verità u l-imħabba” (2 Ġwanni 1-3). Alla Trinità hu l-funtana perenni tas-sliem: Il-Missier: “Issa Alla tas-sliem, li b’demm il-patt etern ġab lura mill-imwiet lil Sidna Ġesù, ir-Ragħaj il-kbir tan-nagħaġ, ifornikom b’kull ħaġa tajba ħalli tagħmlu l-volontà tiegħu, u jaħdem fina dak li jogħġob f’għajnejh, permezz ta’ Ġesù Kristu, li lilu tkun il-glorja għal dejjem ta’ dejjem. Ammen” (Ebrej 13:19-20).  L-Iben: “Għax tweldilna tifel; ingħatalna iben. U s-setgħa tkun fuq spallejh, u jissemma ismu Kunsilier tal-għaġeb, Alla qawwi, Missier għal dejjem, il-Prinċep tas-sliem” (Isaija 9:6).  L-Ispirtu s-Santu: “Jien mela, il-priġunier għas-Sid, neżorta

Is-Sid Favur Tiegħi!

“Għax int għamilt il-Mulej, il-kenn tiegħi, l-Ogħla, l-għamara tiegħek, hemm ebda deni ma jiġrilek, lanqas ebda ħsara ma tersaq lejn għamartek. Għax hu jqabbad l-anġli tiegħu jieħdu ħsiebek, biex iħarsuk fi triqatek kollha. Huma jerfgħuk fuq idejhom, li ma taħbatx riġlek ma’ xi ġebla. Int timxi fuq l-iljun u l-lifgħa; ferħ ta’ ljun u serp int tirfes taħt riġlejk. La ħabbni, jien neħilsu; naqbeż għalih, la għaraf ismi. Hu jsejjaħli u jien imwieġbu; inkun miegħu fl-għali. Neħilsu u nerfagħlu ġieħu. B’għomor twil nimlih u nurih is-salvazzjoni tiegħi” (Salmi 91:9-16). Il-Mulej jgħid dal-kliem dwari? Iva, jekk jien għaraftu. Irrelevanti illi nkiteb qabel twieled Ġesù. “Għax kwalunkwe ħwejjeġ miktubin fl-imgħoddi nkitbu għall-istruzzjoni tagħna, sabiex permezz tal-perseveranza u permezz tal-inkuraġġiment tal-Iskritturi jkollna t-tama” (Rumani 15:4). Mela l-Bibbja kollha hi għalija; biha l-Mulej jindirizzani u jkellimni. Imbierek il-Mulej! Jien m’inix barrani għalih. Provajtu, nafu

Int Ġwejjed jew Ġelliedi?

“Ġieħ għall-bniedem li jitbiegħed mill-ġlied, iżda l-boloh kollha jiġġieldu. Bħal wieħed li jaqbad kelb minn widnejh, hekk hu min ikun għaddej u jindaħal fi ġlied li mhux tiegħu. Bniedem b’qalb rgħiba jqajjem il-ġlied, iżda min jitma fil-Mulej ikollu r-risq. Wieħed imgħaddab iqajjem il-ġlied, u min jitbaqbaq jagħmel ħafna ħtijiet” (Proverbji 20:3; 26:17; 28:25; 29:22). Konċett bħal dan jeħodha direttament kontra l-mentalità tad-dinja. Huwa unur, jgħidulna, jekk tiġġieled għad-drittijiet tiegħek. Qum, int jistħoqqlok aħjar. Iġġieled. Dan narawh ta’ kuljum madwarna fuq ix-xogħol, fost il-ġirien, fost il-ħbieb u f’ħafna familji wkoll. Hija ħasra kif ħafna Kristjani, imsejħa biex ikunu ambaxxaturi tal-Prinċep tal-Paċi, iġibu rwieħhom bħall-bqija tad-dinja. X’jibqa’ mit-testimonjanza tal-Kristjan li hu miġġieled ma’ dak jew mal-ieħor? Tassew ma jistax ikun hemm paċi jekk iż-żewġ partijiet ma jaħdmux flimkien. Qed tagħmel il-parti tiegħek? Lest li saħansitra ċċedi l-hekk imsejħa d

Konverżjoni fl-Aħħar Nett?

“Wieħed mill-kriminali mdendla hemm insultah, ‘Ewwilla m’intix il-Messija, int? Salva lilek innifsek u lilna!’ Imma l-malefattur l-ieħor ċanfru. ‘Int lanqas tibża’ minn Alla,’ qallu, ‘ladarba tinsab taħt l-istess sentenza ta’ kundanna? Aħna tabilħaqq ġustament, għax qegħdin nirċievu lura x’ħaqqna għal li għamilna, imma dan ebda misfatt m’għamel.’ Imbagħad qal, ‘Ġesù, ftakar fija meta tiġi f’saltnatek!’” (Luqa 23:39-42). Aktar ma wieħed jittratieni biex jikkonverti, aktar qed jagħmilha diffiċli u kumplikata. Sakemm toqgħod taħsibha, Alla hu aktar provokat, ix-xellej ta’ ruħek aktar inkuraġġit, qalbek aktar imwebbsa, dejnek aktar miżjud, ruħek aktar perikolata, u d-diffikoltajiet marbuta mal-konverżjoni kull jum li jgħaddi aktar multiplikati. Jekk tħalli mil-lum għall-għada, għandek ġurnata oħra minn xiex tindem, u ġurnata inqas fiex tindem. Jekk tgħid, “Għada nibda ħajja ġdida, fil-qdusija,” inevitabbilment qed tgħid ukoll, “Illum se nibqa’ f’ħajja qadima, fid-dnub.” Iżjed ma

Teħilx Fl-Imgħoddi

“U intom, ulied Sijon, thennew u ifirħu fil-Mulej, f’Alla tagħkom, għax jagħtikom ix-xita bikrija bil-qies u jibgħatilkom ix-xita, sew bikrija u sew imwaħħra, bħal fi żmien l-imgħoddi. U l-andrijiet jimtlew bil-qamħ u l-imgħasar ifuru bl-inbid u biż-żejt. U nroddilkom għas-snin li kielu l-arbeh, il-jeleq, il-ħasil u l-gażam, l-eżerċtu kbir tiegħi li jien bgħatt kontra tagħkom” (Ġoel 2:23-25).  Iva, dawk is-snin moħlija li għalihom nitniegħdu għad ikun irrestawrati lilna. Alla kapaċi jagħtina grazzja hekk kotrana li fil-bqija ta’ għomorna ndeffsu servizz abbondanti illi jirrikumpensa dawk is-snin meta konna għadna mitlufa. “Għax iż-żmien passat hu suffiċjenti għalikom biex issodisfajtu r-rieda tal-pagani, billi għixtu fil-libertinaġġ, passjonijiet, orġji sikrana, tbaħrid sfrenat, sfiċeċ ta’ xorb u idolatriji diżgustanti” (1 Pietru 4:3). Jerġa’, meta naqgħu għall-pjaċiri tad-dinja, għall-bruda u l-indifferenza, dawn huma kollha ġurati li jżuruna bħala kastig terribbli. M’hemmx

Diskors u Skiet

“Min jagħlaq għajnu jġib l-għali, iżda iblah lablabi jiġġarraf. Fomm ir-raġel ġust hu għajn il-ħajja, iżda fomm il-ħżiena jistor il-vjolenza. Il-mibegħda tqajjem il-ġlied, iżda l-imħabba tgħatti l-ħtijiet kollha. Fuq xofftejn min għandu d-dehen jinsab l-għerf, iżda l-ħatar għad-dahar ta’ min ma għandux sens. L-għorrief jaħżnu l-għerf tagħhom, iżda fomm l-iblah hu ħsara fil-qrib” (Proverbji 10:10-14). Id-diskors tajjeb, is-silenzju itjeb, bħalma d-deheb jisboq il-fidda fil-valur. Dan għaliex il-kliem jiġi bħaċ-ċirasa, naturalment, imma s-silenzju hu r-riżultat ta’ fehma u simpatija. Għalhekk, sikwit, meta l-boloh ireċplu, id-dehni jibqa’ b’fommu sieket. Aktar iva milli le, huwa l-fomm imsikket li jinstema’ l-aktar melodjuż.  Hawnhekk ma rridux immorru fl-estremità l-oħra: is-sempliċi silenzju mhuwiex ekwivalenti għall-għerf. Aktarx l-għerf jikkonsisti filli tkun taf x’tgħid, meta u kif, u liema huma s-sitwazzjonijiet fejn hu għaqli tirtira wara l-fortizza tas-silenzju. An

Il-misterju tal-Providenza

“Fih għandna l-fidwa permezz ta’ demmu, il-maħfra tad-dnubiet, skont l-għana tal-grazzja tiegħu li fawwar ġenerożament fuqna. B’kull għerf u fehma għarrfilna l-misterju tal-volontà tiegħu skont l-għoġba tiegħu, li intenzjona fi Kristu, għall-amministrazzjoni adatta għall-milja taż-żminijiet, ċoè, li jiġbor kollox flimkien fi Kristu, il-ħwejjeġ fis-smewwiet u l-ħwejjeġ fuq l-art; iva, fih. Fih konna magħmulin werrieta, billi konna ppredestinati skont il-pjan ta’ dak li jopera kollox f’konformità mal-għan tal-volontà tiegħu, ħalli aħna, li ttamajna l-ewwel fi Kristu, inkunu għat-tifħir tal-glorja tiegħu” (Efesin 1:7-12). Nemmen bla ebda eżitazzjoni li kulma jiġri fid-dinja u lil hinn minnha hu t-twettiq tal-pjan etern t’Alla, li qed iseħħ fin-nisġa taż-żmien, fost l-anġli u l-bnedmin. Il-konċett hu magħruf teoloġikament bħala l-providenza divina. Għalkemm il-kelma nfisha, ‘providenza,’ ma niltaqgħux magħha fl-Iskrittura, frattant tirrappreżenta dottrina tabilħaqq skritturali. Insi

L-Esibizzjoni Divina

“Hu l-immaġni t’Alla l-inviżibbli, il-primoġenitu fuq il-ħolqien kollu. Għax bih inħolqu l-ħwejjeġ kollha, fis-smewwiet u fuq l-art, il-viżibbli u l-inviżibbli, sew jekk huma tronijiet jew dominji jew ħakkiema jew awtoritajiet – il-ħwejjeġ kollha nħolqu permezz tiegħu u għalih. Hu qabel il-ħwejjeġ kollha, u l-ħwejjeġ kollha fih iżommu flimkien. U hu r-ras tal-ġisem, il-knisja; hu l-bidu, il-primoġenitu mill-imwiet, sabiex hu nnifsu jkun jipprimeġġja f’kollox” (Kolossin 1:15-18). Hemm tliet fatturi fil-providenza divina: it-tagħrif minn qabel t’Alla, l-iddeterminar tiegħu, u l-fatt li Alla jidderieġi sal-iċken ħaġa fl-avvenimenti tal-providenza u lejn tmiemha. F’ċertu sens il-providenza hi l-perpetwità u l-kontinwazzjoni tal-ħolqien.  Bi Kristu jżomm l-univers. Kull oġġett fin-natura għandu l-marka u s-siġill tiegħu. Kull ġurnata ttenni l-għeġubijiet tal-ħolqien. M’hemm ebda għodwa li fiha niftħu għajnejna illi matulha ma niltaqgħux ma’ xeni hekk impressjonanti u meraviljużi

Alla Fil-Glorja Tiegħu

“Nirringrazzja ’l Kristu Ġesù Sidna, li għamilni setgħan, għax ikkonsidrani fidil u appuntani f’das-servizz, avolja darba kont midgħi u persekutur u insolenti. Frattant sibt ħniena għax aġixxejt bl-injoranza u fl-inkredulità; il-grazzja ta’ Sidna tfawret fuqi, bil-fidi u l-imħabba li huma fi Kristu Ġesù. Affidabbli l-affermazzjoni u jistħoqqilha aċċettazzjoni sħiħa: Kristu Ġesù ġie fid-dinja biex isalva l-midinbin - li fosthom jien l-ewlieni. Iżda minħabba f’hekk sibt ħniena sabiex fija, l-agħar midneb, Ġesù Kristu jesibixxi l-paċenzja illimitabbli tiegħu bħala eżempju għal dawk li għandhom jemmnu fih għall-ħajja eterna.Issa lis-Sultan etern, immortali, inviżibbli, l-uniku Alla, ikunu unur u glorja għal dejjem ta’ dejjem. Ammen” (1 Timotju 1:12-17). Alla tagħna hu l-Pantokrator, l-Omnipotenti, u allura hu t-torri setgħan tagħna, li fih ninħbew. Kemm tabilħaqq il-konfidenza tagħna fih tixhed il-fidi li nistqarruh bħala El Xaddaj? Ewwilla hi loġika niddependu fuqu għall-ġustifikaz

Il-Maħbub Tiegħi

“Il-Fariżej ħarġu u kkomplottaw bejniethom kontra tiegħu, kif setgħu joqtluh. Imma Ġesù, konxju ta’ dan, irtira minn hemm. Segwewh ruxxmata nies, u kkuralhom il-morda kollha. U widdibhom sabiex ma jgħarrfuhx ma’ ħaddieħor min kien, sabiex titwettaq il-ħaġa mitkellma permezz ta’ Isaija l-profeta, meta qal: ‘Ara, is-seftur tiegħi li ħtart, il-Maħbub tiegħi li bih titgħaxxaq ruħi. Se nqiegħed l-Ispirtu tiegħi fuqu, u se jannunzja l-ġustizzja lill-Ġentili. Mhux se jitlewwem u lanqas jgħajjat, lanqas ħadd mhu se jisma’ leħnu fit-toroq. Qasba mġelġla mhux se jiksirha u ftila ddaħħan mhux se jitfiha, sakemm iwassal il-ġustizzja għall-vittorja. F’ismu għad jittamaw il-Ġentili’” (Mattew 12:14-21). Ġesù jħalli impatt misterjuż u frattant ċert. Ma kienx il-bniedem illi vjaġġa wisq, u lanqas l-eżistenza tiegħu ma kienet xi waħda kosmopolitana. Minkejja dan, ħadd ma jista’ jiċħad l-influwenza globali tal-ħajja provinċjali tiegħu, li għadha tikber u tikber sal-lum. Wieħed awtur mhux magħruf i

Grazzja Irreżistibbli

“Alla għażel il-ħwejjeġ baxxi tad-dinja u l-ħwejjeġ mistmerra – saħansitra l-ħwejjeġ li mhumiex – sabiex jinnullifika l-ħwejjeġ li huma, ħalli ebda bniedem ma jiftaħar quddiem Alla. Minħabba f’Alla illi intom qegħdin fi Kristu Ġesù, li sar għalina għerf mingħand Alla, u ġustizzja, qdusija u fidwa, sabiex, bħalma hu miktub: ‘Min jiftaħar ħa jiftaħar fis-Sid’” (1 Korintin 1:28-31). Alla jikkonverti u jsejjaħ lill-bnedmin skont l-għan u l-grazzja tiegħu, mogħtija lilna fi Kristu Ġesù. Kull meta l-Mulej japplika l-grazzja tal-għan tiegħu biex jakkwista t-tali individwu, qatt u qatt ma jgħarrilu. Wistin ta’ Ippona kiteb: “Il-grazzja tiegħu ma ssibx lill-bnedmin kwalifikati għas-salvazzjoni, iżda tagħmilhom kwalifikati. Il-ħidma, mill-bidu sa tmiemha, tappartieni għal Alla waħdu, li jagħmel ir-rieda tal-bniedem ġusta.”  Minn hawn il-Knisja Riformata tgħallmet titkellem u tithenna fil-grazzja invinċibbli. Il-grazzja qatt ma topera biex tħajjarna nkunu rridu u tħallina bla ma nkunu

Ragħaj Wieħed

“Għaliex intom b’ġenbejkom u bi spallejkom timbottaw u tagħtu bi qrunkom lill-morda kollha, sakemm waddabtuhom ’il barra. Għalhekk, jien insalva l-merħla tiegħi, u ma jkunux aktar priża; u nagħmel ħaqq bejn nagħġa u nagħġa. U nqiegħed fuqhom ragħaj wieħed, u jirgħahom, il-qaddej tiegħi David; jirgħahom hu stess, u jkun ir-ragħaj tagħhom” (Eżekjel 34:21-23). Xi wħud huma godlija u mibrumin, u għalhekk jaħbtu jkunu insensittivi lejn id-debboli. Dan hu dnub li jġib miegħu ħafna mrar u għali. L-insensittività qatt m’hemm lok għaliha fost ulied Alla. Kull meta nimbottaw lil ħaddieħor fil-ġenb, jew nirrombaw lill-morda bil-qrun, inkunu qed noffendu qatigħ fil-ġemgħat tal-fidili.  Il-Mulej jinnota dawn l-għemejjel ta’ kburija u bla ħniena, u jirrabja kontrihom, għax iħobb id-dgħajfin. Ħalef illi jindokrahom, u jgħaddihom mid-dgħufija għall-qawwa. Jieħu ż-żmien, iżda l-għan tiegħu ma jfallix. Jaqaw int wieħed minn dawk mistmella? Forsi m’ilekx wisq illi kkonvertejt, u għadek bil

Doni

“Issa intom il-ġisem ta’ Kristu, u individwalment membri tiegħu. U Alla appunta fil-knisja l-ewwel nett appostli, it-tieni profeti, it-tielet għalliema, imbagħad dawk li jwettqu setgħat mirakolużi, imbagħad dawk b’doni ta’ fejqan, dawk kapaċi jgħinu ’l ħaddieħor, dawk b’doni t’amministrazzjoni, u dawk li jitkellmu b’xorti differenti t’ilsna. Jaqaw kollha appostli? Kollha profeti? Kollha għalliema? Kollha jaħdmu setgħat mirakolużi? Kollha għandhom doni ta’ fejqan? Kollha jitkellmu bl-ilsna? Kollha jinterpretaw? Imma xxenqu bil-ħerqa għad-doni ikbar. Kieku nitkellem bl-ilsna tal-bnedmin u tal-anġli, imma m’għandix imħabba, inkun biss gong storbjuż jew ċimblu jżarżar” (1 Korintin 12:27-13:1). Nitfa ubbidjenza evanġelika preferibbli mill-kapaċità li tkun tagħmel il-mirakli. L-iżgħar grazzja hi sigurtà aħjar għall-Ġenna mill-ikbar doni jew privileġġi kwalunkwe. Id-doni jew għotjiet jistgħu jkunu biss grazzji ‘mejta’; iżda l-grazzji huma għotjiet ħajjin.  Bniedem donat hu bniedem

Id-Dielja u l-Friegħi

“Jien hu d-dielja; intom iż-żraġen. Min jibqa’ fija u jien fih, dan jipproduċi qabda frott, għax mingħajri ma tistgħu tagħmlu xejn affattu. Jekk xi ħadd ma jibqax fija, jintrema’ barra bħal żarġun, u jinxef. It-tali żraġen jiġbruhom, jixħtuhom fin-nar u jinħarqu. Jekk tibqgħu fija, u kliemi jibqa’ fikom, issupplikaw kwalunkwe ħaġa li tridu, u ssirilkom. B’dan hu gglorifikat Missieri, illi tipproduċu qabda frott, u hekk tagħtu prova li intom dixxipli tiegħi” (Ġwanni 15:5-8). Innota sew, illi rridu nisimgħu lil Ġesù Kristu jitkellem jekk nippretendu li jismagħna nitkellmu. Jekk widnejna huma misdudin għal-leħen ta’ Kristu, widnejh huma misdudin għalina. Iżjed ma nisimgħu, iżjed inkunu mismugħa.  Barra minn hekk, kulma nisimgħu mingħandu jeħtieġ jibqa’ fina, jgħix fina, u jgħammar fil-karattru tagħna bħala forza u qawwa. Jeħtiġilna nirċievu l-veritajiet li għallem ir-Rabbi minn Nażaret, il-preċetti li ħareġ, u l-movimenti tal-Ispirtu fina; inkella nisfaw paralitiċi quddiem it-t

Perfezzjoni Aċċettabbli

“Issa nafu illi kulma tgħid il-liġi, tgħidu ’l dawk taħt il-liġi, sabiex kull fomm jintebaq u d-dinja kollha tinżamm responsabbli quddiem Alla. Għalhekk mill-opri tal-liġi ebda bniedem mhu se jkun iddikjarat ġust quddiemu; aktarx, permezz tal-liġi jiġina t-tagħrif tad-dnub. Imma issa, apparti l-liġi, il-ġustizzja t’Alla hi mmanifestata, mixhuda mil-Liġi u l-Profeti, iva, il-ġustizzja t’Alla permezz tal-fidi f’Ġesù Kristu għal dawk kollha li jemmnu. M’hemmx distinzjoni, għax kollha dinbu u jonqsu mill-glorja t’Alla, u huma ġġustifikati b’xejn bil-grazzja tiegħu permezz tal-fidwa li seħħet fi Kristu Ġesù” (Rumani 3:19-24). Il-perfezzjoni kif jifhimha l-bniedem u l-perfezzjoni kif jaraha Alla huma differenti minn xulxin. Ħa jiftakru l-moralisti min huma, u kemm huma fjakki t-tentattivi tagħhom biex jilħqu l-perfezzjoni li Alla jirrikjiedi minnhom.  Ewwilla nsew li huma nisel Adam? Ewwilla ma jridux ikunu realistiċi u jagħrfu li fil-vini tagħhom hemm jiġri demm it-traditur? Lada

Ħobbu Lil Xulxin

“Bħalma ħabbni l-Missier, hekk jien ukoll ħabbejtkom. Issa ibqgħu f’imħabbti. Jekk iżżommu l-kmandamenti tiegħi, tibqgħu f’imħabbti, bħalma jien żammejt il-kmandamenti ta’ Missieri u nibqa’ f’imħabbtu. Għidtilkom hekk sabiex il-ferħ tiegħi jkun fikom, u biex il-ferħ tagħkom ikun komplut. Dan hu l-kmandament tiegħi, li tħobbu ’l xulxin bħalma ħabbejtkom jien” (Ġwanni 15:9-12). Kull min hu diġà ġustifikat – dikjarat ġust minħabba s-sagrifiċċju tal-Kalvarju – qiegħed ukoll ikun santifikat, mifrud mid-dinja għal Alla f’oqsma diversi ta’ ħajtu. Is-santifikazzjoni hi proċess li jtul sakemm nieħdu l-aħħar nifs.  Issa, tibqa’ fl-ubbidjenza u tibqa’ fl-imħabba ta’ Kristu Ġesù huma fatturi li ċertament huma inseparabbli. Ħajja taħt it-tmexxija ta’ Kristu tagħti prova li l-Mulej jitgħaxxaq bina. Jekk irridu nixxemxu fi mħabbtu, jeħtieġ nosservaw il-kmand ta’ Kristu. Jekk naħbu d-dnub f’qalbna, ma nkunux nistgħu ngħixu fl-imħabba ta’ Kristu. Mingħajr il-qdusija li togħġob lil Alla, ma n

Dnub u Grazzja

“O Mulej, għaliex qiegħed ’il bogħod minni? Għaliex tinħeba fi żmien l-għali? Fil-kburija tiegħu l-ħażin ippersegwita lill-fqar; jinqabdu fin-nases li nasbilhom. Bix-xewqat ta’ qalbu jiftaħar il-ħażin, u jbierek ir-rgħiba, li l-Mulej jistmell. Il-ħażin, fil-kburija ta’ wiċċu, ma jfittixx lill-Mulej; fi ħsibijietu kollha m’hemmx Alla” (Salmi 10:1-4). L-Iskrittura tagħmel dijanjosi tad-dnub u tpenġih bħala diformità universali fin-natura umana, misjuba f’kull aspett f’kull persuna. Hu deskritt bħala ribelljoni kontra saltnet Alla, timmissja l-bersall li Alla qiegħed quddiemna biex nimmiraw lejh, it-trasgressjoni tal-liġi divina, u d-diżubbidjenza għad-direttivi t’Alla. Bid-dnub il-bniedem joffendi l-purità assoluta t’Alla billi jniġġes lilu nnifsu u jġib ħtija quddiem l-Imħallef omnixjenti tiegħu.  Din id-diformità morali hi dinamika: id-dnub hu żvelat bħala enerġija ta’ reazzjoni irrazzjonali, negattiva u xewwiexa għas-sejħa u l-kmand t’Alla. Hu spirtu ta’ ġlied kontra Alla;

Iċ-Ċaħda Tagħna Nfusna

“Imbagħad Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu, ‘Jekk xi ħadd irid jiġi warajja, għandu jiċħad lilu nnifsu u jerfa’ salibu u jsegwini. Għax kull min jixtieq isalva ħajtu jitlifha, imma kull min jitlef ħajtu minħabba fija jsibha. Għax x’se jiswielu bniedem, jekk jiggwadanja d-dinja kollha, imma mbagħad jitlef ruħu? Jew x’se jagħti bniedem bħala skambju għal ruħu? Għax Bin il-Bniedem għandu jiġi fil-glorja ta’ Missieru mal-anġli tiegħu, u mbagħad ‘se jrodd lil kull wieħed skont għemilu’” (Mattew 16:24-27).  Iċ-ċaħda tagħna nfusna hija ż-żamma lura milli tiggratifika xewqatek stess. Hija imperattiva għad-dixxiplu ta’ Kristu. Mhix ordni kapriċċjuża, biex tgħakkisna. Altru!  Tirriżulta mir-rabta tagħna ma’ Kristu, li huwa l-mudell taċ-ċaħda, filli hu nnifsu tbattal u ħa fuqu s-sura ta’ qaddej. Kif għamel hu inevitabbilment jirrekjiedi minna: “nirrifjutaw kompletament lilna nfusna.” Fl-istess ħin nerfgħu s-salib, jiġifieri, nidentifikaw lilna nfusna miegħu, għax hekk attwalment aħna. Altr

Fidi Fl-Evanġelju

“Permezz tiegħu intom temmnu f’Alla, li qajmu mill-imwiet u tah il-glorja, biex hekk il-fidi u t-tama tagħkom huma f’Alla. Billi saffejtu erwieħkom bl-ubbidjenza għall-verità biex hekk taslu għall-imħabba fraterna u sinċiera, mill-qalb ħobbu ’l xulxin ferventement. Għax intom imwielda mill-ġdid, mhux minn żerriegħa korruttibbli iżda inkorruttibbli, ċoè, permezz tal-kelma ħajja t’Alla u li tibqa’. Għax, ‘Il-bnedmin kollha bħall-ħaxix, u l-glorja kollha tagħhom bħal fjura tal-ħaxix. Il-ħaxix jinxef u l-fjura taqa’, imma kelmet is-Sid tibqa’ għal dejjem.’ U din hi l-kelma pritkata lilkom” (1 Pietru 1:21-25). Kull tagħlim uman, kif ukoll kull ħlejqa umana, għad tgħaddi u tinxef bħall-ħaxix tal-bur. Bl-iprem filosofija tiegħu l-bniedem juri biss bluhatu u l-fatt illi kkommetta apostasija mill-Ħallieq tiegħu. Jinsab f’dilemma: ma jgħaddix mingħajr Alla iżda minħabba dnubu ma jissaportix lil Alla veru, fil-qdusija u l-ġustizzja assoluta tiegħu. Jivvinta għalih innifsu mogħdijiet oħra,

L-Eżempju

“Imma kull min jikkawża biex jidneb wieħed minn dawn iż-żgħar li jemmnu fija, jaqbillu illi tiddendel ġebla tqila ta’ mitħna madwar għonqu u jkun mgħarraq f’qiegħ il-baħar. Gwaj għad-dinja minħabba l-iskandli tagħha! Għax hija neċessità illi jiġu l-iskandli, madankollu gwaj għall-bniedem li permezz tiegħu jiġi l-iskandlu! Issa jekk idek jew sieqek tikkawżalek illi tidneb, aqtagħha ’l barra u ixħitha bogħod minnek. Huwa aħjar għalik tidħol fil-ħajja magħtub jew zopp milli jkollok żewġ idejn jew żewġ saqajn u tinxteħet fin-nar l-etern” (Mattew 18:6-8). L-eżempju, tabilħaqq, jibqa’ minn ġenerazzjoni għall-oħra r-rettorika l-aktar konvinċenti. U mqar l-informazzjoni bijografika fit-Testment il-Qadim isservina ta’ struzzjoni għalina fit-Testment il-Ġdid, għax bażikament il-bniedem modern, bħal ta’ dari, jiġġarrab fl-istess oqsma. L-ambjent u l-kultura jistgħu jkunu differenti, imma xorta waħda taħt kappa waħda tax-xemx għadhom.  Ħa noqogħdu attenti aħna nfusna kif u x’fatta qed

Maħfurin Biex Naħfru

“Ħa ma tipproċiedi l-ebda kelma mħassra minn fommkom, iżda biss kwalunkwe kelma tajba għall-edifikazzjoni ta’ ħaddieħor, skont kif tirrekjiedi l-okkażżjoni, sabiex tagħti grazzja ’l dawk li jisimgħuha. U tnikktux lill-Ispirtu s-Santu t’Alla, li bih kontu ssiġillati għal jum il-fidwa. Ħa jitwarrab minnkom kull imrar, għadab u rabja, għajjat klamoruż u diffamazzjoni, ma’ kull forma ta’ malizzja. Kunu benevolenti ma’ xulxin, kumpassjonali, u aħfru ’l xulxin, bħalma Alla ħafer lilkom fi Kristu” (Efesin 4:29-32). Alla li jaħfrilna jżommna taħt il-ħarsien omnipotenti tiegħu. Xogħlu mibdi fina ma jisfax abbandunat. Bniedem maħfur, ġustifikat permezz tal-fidi fi Kristu waħdu, għalkemm jista’ u kultant jaqa’ fis-srew ta’ dnubiet moqżieża, qatt ma jistgħu jordmuh hekk illi jirriversjaw il-maħfra, jew jirreduċuh għal stat ta’ kundanna. Ladarba ġustifikat, jibqa’ ġustifikat għall-eternità.  Kif nista’ nkun naf li ngawdi l-maħfra? M’għandikx għalfejn tixxabbat sal-Ġenna biex tikkonsulta

Wirja ta' Mħabba Divina

“Imma Alla jesibixxi l-imħabba tiegħu nnifsu lejna, billi filwaqt li konna għadna midinbin, Kristu miet għalina. Mela, billi issa ninsabu ġustifikati b’demmu, bil-wisq iżjed se nkunu salvati mir-rabja t’Alla permezz tiegħu! Għax jekk, filwaqt li konna għadna għedewwa, konna rrikonċiljati m’Alla permezz tal-mewt t’Ibnu, bil-wisq iżjed, billi issa ninsabu rrikonċiljati, se nkunu salvati b’ħajtu! Mhux hekk biss, iżda wkoll neżultaw f’Alla permezz ta’ Sidna Ġesù Kristu, li permezz tiegħu issa rċevejna r-rikonċiljazzjoni” (Rumani 5:8-11). Irrifletti tikka: għalfejn nilmentaw bil-gwaj u s-saram li jibblokkaw triqatna? Mhux is-saram li jisromna, iżda l-iskuntentizza. Sakemm għadna nipprovaw insibu twettiq għalina nfusna f’oġġetti terrestri, ma nistgħux nithennew b’Alla. Inkunu qed inwarrbu d-Donatur biex nikkonċentraw fuq id-doni tiegħu. Inkunu qed inġibu ruħna bħal dik l-għarusa li meta l-maħbub tagħha rregalalha ċurkett tad-djamanti, tant iffissat fuqu illi nsiet lill-maħbub. Kemm għ