Skip to main content

Posts

Showing posts from June, 2018

Ġenituri u Wliedhom

“Il-bluha mqabbda ma’ qalb ta’ tifel, iżda l-ħatar tat-twiddib ibegħidha minnu. Min iħares il-liġi hu iben għaqli, iżda min jagħmilha maż-żaqqieqa jagħmel għajb lil missieru. Il-ħatar u t-twiddib jagħtu l-għerf, iżda t-tifel mitluq għal rajh jagħmel għajb lil ommu. Widdeb lil ibnek u jhennik; iva, hu jkun l-għaxqa ta’ qalbek. Min ifissed minn tfulitu l-ilsir, dan jispiċċa biex fl-aħħar ikun irid isir ibnu” (Proverbji 22:15; 28:7; 29:15,17,21).
Bħalma l-ulied huma kmandati minn Alla biex jobdu l-ġenituri tagħhom f’kollox, hekk ukoll il-ġenituri għandhom l-ordni mingħand l-istess Ħallieq biex iwiddbu lil uliedhom fit-tagħlim u t-twiddib tal-Mulej.
Din hi verità sempliċi u luċida: kull min għandu moħħ jista’ jifhimha. Madankollu ħafna ġenituri konvenjentement iwarrbu l-kmandament t’Alla, u flok imexxu lil uliedhom fi triq is-sewwa, jitilquhom għal rajhom. Indubjament, id-dmir tal-ġenituri hu peżanti, u fih sfida biex jitwettaq b’dinjità u suċċess. Imma Alla jagħti grazzja ’l min jobdih,…

L-Iblah u l-Għaref

“Fl-għajnejn l-iblah, triqtu tajba, iżda min jisma’ l-parir hu għaref. Il-ġlied jiġi biss mill-kburija, iżda l-għerf qiegħed ma’ dawk li jieħdu parir. Il-ħsibijiet ifallu fejn m’hemmx ftehim, iżda fejn hemm ħafna kunsilieri jseħħu. Isma’ l-parir u ilqa’ t-twiddib biex issir għaref tul ħajtek. Rajt bniedem jidhirlu li hu għaref? Hemm aktar tama għall-iblah minnu” (Proverbji 12:15; 13:10; 15:22; 19:20; 26:12).
Hemm min jaf ftit wisq, iżda għallinqas jinduna u jammetti li hu injorant. Imma ssib ukoll persuna li mingħaliha xi enċiklopedija ta’ għerf, u fil-fatt hu vojt daqs bużżieqa minfuħa. Il-Bibbja tgħid li hemm aktar tama għall-iblah minnu. L-iblah, jekk jammetti l-injoranza tiegħu u jfittex l-għerf isibu, filwaqt illi min jidhirlu li jaf ma jħossx il-bżonn jitgħallem u jibqa’ jgħix fid-delużjoni tiegħu. 
Meta kont għadni l-iskola, kont naf kollox. Ara jien jekk kellix naqa’ għall-parir tal-ġenituri jew is-superjuri tiegħi! Ma nafx x’ġara eżatt: bil-mod il-mod bdejt nitlef dak l-għer…

Alla Ta' Ġakobb Favur Tagħna

“Il-baħar ra dan u ħarab; il-Ġordan reġa’ lura. Il-muntanji qabżu bħal kbiex, u l-għoljiet iż-żgħar bħal ħrief. X’ħassejt, ja baħar, biex ħrabt? U int, Ġordan, għaliex erġajt lura? U intom muntanji, għaliex qbiżtu bħal kbiex, u intom għoljiet żgħar bħal ħrief? Triegħed, art, quddiem is-Sid, quddiem Alla ta’ Ġakobb, li jbiddel il-blat f’għadira ilma, u ż-żniet f’għajn tal-ilma” (Salmi 114:3-8).
Alla feda l-poplu Iżraelita biex il-poplu jsir tiegħu, santwarju għalih u demanju tiegħu. Immanifesta l-preżenza tiegħu fosthom. It-tabernaklu, u aktar tard it-tempju, servew bħala simboli tal-preżenza tiegħu; mill-Qaddis tal-Qaddisin iddiet ix-Xekina, il-kolonna glorjuża ta’ dawl mis-sema.
Meta Alla jibda jagħmel il-ġid għal ruħna, ikomplih u jipperfezzjonah. Ma jħallix xogħlu bħall-Erbgħa fost il-ġimgħa. Is-salm kollu hu prova ta’ dan. It-tfixkil (li fis-salm ma jissemmiex) huwa biss in-nuqqas ta’ fidi. Imma Alla hu marbut bil-patt u l-ħalfa li jibqa’ jagħmlilna l-ġid il-jiem kollha ta’ ħajji…

Imma Naraw Lil Ġesù

“Mhux lill-anġli ssuġġetta d-dinja li ġejja, li dwarha qed nitkellmu. Anzi, xi ħadd attesta x’imkien, billi qal: ‘X’inhu l-bniedem biex tiftakar fih? Jew bin il-bniedem biex tinsab ikkonċernat dwaru? Għamiltu xi ftit ibax mill-anġli; inkurunajtu bi glorja u b’unur. Kollox issottomettejt taħt saqajh.’ Filli ssottometta għalih il-ħwejjeġ kollha, Alla xejn ma ħalla insubordinat għalih. Frattant għalissa għadna m’aħniex naraw il-ħwejjeġ kollha suġġetti għalih. Imma naraw lil Ġesù, li kien magħmul għal xi ħin ibax mill-anġli, issa inkurunat bi glorja u b’unur minħabba s-sofferenza tal-mewt, ħalli bil-grazzja t’Alla jduq mill-mewt għal kulħadd” (Ebrej 2:5-9).
Ġesù huwa merfugħ fl-ogħla maestà, irregalat b’ġieħ u glorja minħabba li sofra l-mewt għan-nom tagħna. Il-manswet hu l-maestuż, l-umiljat eżaltat. Il-qaddej hu difatti rjali. Inħarsu lejh u nifhmu kull paradoss evanġeliku, u jdawlilna d-dlam tagħna. Iniżżilna miegħu sal-wied tal-viżjoni, biex aħna u ngħammru fl-għamiq nammirawh fil-għ…

Bl-Istess Spirtu Ta' Fidi

“Peress li għandna l-istess spirtu tal-fidi, skont x’hemm miktub: ‘Emmint, konsegwentement tkellimt,’ aħna wkoll nemmnu, u konsegwentement nitkellmu, billi nafu illi dak li qajjem lis-Sid Ġesù mill-mewt għad iqajjem ukoll lilna flimkien ma’ Ġesù u jippreżentana magħkom fil-preżenza tiegħu. Għax infatti l-ħwejjeġ kollha huma minħabba fikom, sabiex il-grazzja li qed tilħaq aktar u aktar nies tkattar ir-ringrazzjament għall-glorja t’Alla. Konsegwentement ma naqtgħux jiesna. Għalkemm il-bniedem esterjuri tagħna qed jitħassar, madankollu l-bniedem interjuri tagħna qed ikun imġedded jum wara jum. Għax l-afflizzjoni leġġiera u mumentanja tagħna qed tipproduċi għalina toqol etern ta’ glorja ’l hinn minn kull paragun, filwaqt li aħna nixħtu l-attenzjoni mhux lejn il-ħwejjeġ viżibbli, iżda lejn il-ħwejjeġ inviżibbli. Għax il-ħwejjeġ viżibbli huma temporanji, imma l-ħwejjeġ inviżibbli huma eterni” (2 Korintin 4:13-18).
Pawlu jurina u jipperswadina, bħala ħutu fil-Mulej, li ninsabu f’linja ta’ x…

In-Nassab u t-Tajra

“Imbierek ir-raġel li jissaporti fit-tiġrib, għax meta jkun għadda mit-test, se jirċievi l-kuruna tal-ħajja li s-Sid wiegħed lil dawk li jħobbuh. Meta jkun imġarrab, ebda wieħed m’għandu jgħid, “Qed niġġarrab minn Alla,” għax Alla ma jistax jiġġarrab bil-ħażen, u hu nnifsu ma jġarrab lil ħadd. Imma kull wieħed hu mġarrab meta hu miġbud u lliskat mil-leblibiet ħżiena tiegħu stess. Imbagħad il-leblieba, meta tkun ikkonċepiet, tiled id-dnub; u d-dnub, meta jkun kiber għalkollox, iferraħ il-mewt” (Ġakbu 1:12-15).
Ix-xitan iġarrab, sabiex jingannana u nitkissru; Alla jippermettielna nkunu mġarrba, biex jipprovana u jsaħħaħna. It-tentazzjoni hi bħal sikkina, li biha tista’ taqta’ l-laħam fil-platt, jew inkella tiskarna bniedem; tista’ tkun l-ikel jew il-valenu tiegħek. It-tentazzjoni hi l-prova tas-sinċerità tagħna. Kull darba li ngħaddu minnha niksbu aktar esperjenza imprezzabbli, li altrimenti nibqgħu mingħajrha, u allura foqra. Bħalma l-qari jimlina, u t-talb iqaddisna, it-tiġrib jagħni…

L-Agħar u l-Aħjar Ħaġa

“Il-qerq tal-fomm warrbu minnek, u biegħed minnek l-ingann tax-xofftejn. Fomm ir-raġel ġust hu għajn il-ħajja, iżda fomm il-ħżiena jistor il-vjolenza. Hemm min jitkellem bħall-infid ta’ sejf, iżda lsien l-għorrief idewwi. Mill-frott ta’ fommu wieħed jiekol il-ġid, iżda ruħ il-malizzjuż tiekol il-vjolenza. Min jgħasses fommu jippriżerva ħajtu, iżda min xofftejh jiftaħ beraħ, ħażin għalih. Il-ħsibijiet tal-qalb huma tal-bniedem, iżda t-tweġiba tal-ilsien mingħand il-Mulej” (Proverbji 4:24; 10:11; 12:18; 13:2-3; 16:1).
Min minna xi darba jew oħra ma ħassx in-nifda ta’ sejf ħiereġ minn fomm xi ħadd li kellimna bla ħniena, nieqes minn kull konsiderzzjoni, u għeri mill-imħabba? Is-sejf jinfed il-laħam u jfieri l-ġisem; il-kliem jirrendi l-qalb kollha feriti. Mhux ta’ b’xejn il-Mulej jinkludi dat-tip ta’ kliem fit-tifsira tal-kmandament, “La toqtolx.”
Iżda dan l-istess membru ċkejken, l-ilsien, kapaċi jfejjaq. Dan l-ilsien hu kmandat u kkontrollat mill-għerf u t-tagħlim. “Sidi, il-Mulej, ta…

Issa Rawk Għajnejja

“Min hu dak li bla għaqal jaħbi l-fehma tiegħek? Iva, jien tkellimt fuq dak li ma nifhimx; huma ħwejjeġ wisq tal-għaġeb għalija, li jien ma nifhimhomx. Isma’, nitolbok, u jien nitkellem; jien insaqsik, u int għallimni. Jien kont smajt bik b’widnejja, iżda issa rawk għajnejja. Għalhekk nistmell lili nnifsi, u nindem fit-trab u l-irmied” (Ġobb 42:1-6). 
Ħa nieħu nota illi meta n-nies toppressani jew tagħmilli ħajti diffiċli, inġustament, xorta waħda hemm raġuni li tiġġustifika lil Alla biex jippermetti t-taħwid f’ħajti. Il-ġustizzja t’Alla hi esegwita fuqna bl-inġustizzja tagħhom; jekk in-nies jixluni falz, niftakar kemm Alla kapaċi jakkużani u jagħti prova ta’ ħtijieti. 
Meta Ġobb kellu jittratta ma’ bnedmin bħalu sostna u ddefenda l-karattru tiegħu kontra l-baraxx ta’ kritika daparti tagħhom. “Xofftejja qatt ma jgħidu ħaġa ħażina,” argumenta magħhom, “u lanqas ilsieni ma jlissen gidba. Barra minni li nagħtikom raġun! Sa ma mmut ma nwarrabx minni l-integrità tiegħi. Mal-ħaqq tiegħi nż…

Viva l-Verità!

“‘Dan hu dak li għandkom tagħmlu: tkellmu l-verità wieħed mal-ieħor; agħmlu l-ġustizzja fi bwiebkom skont is-sewwa, u għas-sliem. Ħadd minnkom m’għandu jaħseb ħsara f’qalbu kontra għajru, u la tħobbux il-ġurament falz, għax dan kollu nistmellu,’ jgħid il-Mulej” (Żakkarija 8:16-17). 
Biex insib il-verità u nżommha bħala pendent ma’ għonqi, inkun wisq vantaġġjat jekk b’devozzjoni nitlob għaliha, għax tingħatali bħall-balzmu fuq ir-ruħ mill-Ispirtu tad-dehen, tal-fehma u t-tagħrif. Kien hemm żmien meta l-hena tiegħi niġġieled, nitmasħan u nikkontendi b’ċerta feroċità għaliha, f’disputi li sikwit ma jħallu xejn ħlief ħerba u morr. Il-kontroversji u polemiċi jkasbru r-ruħ, u jqanqlu t-torba tal-passjoni. It-talb jikkomponi l-moħħ bi ħlewwa ċelesti, u jerġa’ jlebbet l-għabra li tagħmi l-għajnejn, riżultat tal-kontenzjoni. Mhix ovvja, ewwilla, illi wieħed jara aħjar u aktar fil-bogħod f’jum diefi milli f’jum mirjieħ u msaħħab?
Jekk nitkellem falz, ikolli niddefendi kliemi. Jekk nitkellem i…

Il-Mixja Fid-Dawl

“Tkunux mela partiċipanti flimkien magħhom, għax darba kontu dlam, imma issa intom dawl fis-Sid. Imxu bħala tfal tad-dawl (għax frott id-dawl jikkonsisti f’kull tjieba, ġustizzja u verità) u provaw skopru x’inhu dak li jogħġob lis-Sid. Tixxirkux fl-għemejjel bla frott tad-dlam, imma aktarx esponuhom, għax hu għajb imqar meta titkellem dwar il-ħwejjeġ li jsiru segretament minnhom. Imma l-ħwejjeġ kollha esposti mid-dawl isiru viżibbli, għax huwa d-dawl li jagħmel kull ħaġa viżibbli. Għaldaqstant tgħid: ‘Stenbaħ, ja rieqed, qum mill-imwiet, u Kristu jiddi fuqek’” (Efesin 5:7-14).
Pawlu jamplifika fuq xi kwalità ta’ mixja, jew komportament, il-knisja obbligata tadotta tul il-pelleġrinaġġ tagħha. Hi mixja denja tas-sejħa tagħna, fl-unità u s-sliem, mixja ta’ bniedem ġdid, mixja fl-imħabba, u issa mixja fid-dawl, li huwa s-simbolu tal-qdusija.
Jadotta linja ta’ argument simili għal qabel. “Darba...imma issa!” Il-Mulej irid mhux biss nastienu mid-dnubiet li inevitabbilment iqanqlu d-dispjaċ…

Il-Messaġġ u l-Messaġġier

“Minħabba f’hekk, billi għandna dal-ministeru, bħalma sibna ħniena, ma naqtgħux jiesna. Aktarx, irrenunzjajna l-intriċċi sigrieti u vergonjużi, bla ma nimxu bl-astuzja u lanqas inbagħbsu b’kelmet Alla, iżda bil-manifestazzjoni tal-verità nirrikmandaw lilna nfusna lill-kuxjenza tal-bnedmin kollha f’għajnejn Alla. U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla” (2 Korintin 4:1-4).
Messaġġ mingħajr messaġġier jibqa’ rieqed; ma jasalx fid-destinazzjoni mixtieqa. Pawlu jqis iċ-ċarġ jew kummissjoni li rċieva bħala diakonia, qadi (litteralment djakunat). Primarjament jaqdi ’l Alla bħala servjent – doulos – billi jilħaq lil ħaddieħor bl-eċċellenza tal-evanġelju. Jgħodd lilu nnifsu bħala reċipjent ta’ ħniena, kwalifikat għall-ministeru biss bil-miżerikordja t’Alla lejh. 
Għaldaqstant jippersisti fil…

Bil-Fidi

“U qal: ‘Tassew, nerġa’ niġi għandek bħal daż-żmien sena, u ara, Sara martek ikollha tifel.’ U Sara semgħet dan fil-bieb tat-tinda, li kienet warajh. Issa sew Abraħam u sew Sara kienu mdaħħlin fiż-żmien, u kien inqata’ għal Sara dak li soltu jkollhom in-nisa. Għalhekk Sara daħqet f’qalbha billi qalet: ‘Wara li xjaħt se jkolli l-hena; u sidi hu hekk xiħ ukoll!’ U l-Mulej qal lil Abraħam: ‘Għaliex daħqet Sara billi qalet: “Tassew niled tarbija, meta jien xjaħt?” Ewwilla hemm xi ħaġa tqila ħafna għall-Mulej? Bħal daż-żmien sena nerġa’ niġi għandek, u Sara jkollha tifel.’ Imbagħad Sara ċaħdet billi qalet: ‘Ma dħaqtx,’ għax kienet beżgħana. Hu qal: ‘Iva, dħaqt’” (Ġenesi 18:10-15)
Martin Luther King, bil-bravuri immaġinattivi tiegħu, kontra kull konvenzjoni, bilfors jieħu t-trofew bħala pijunier tal-fidi. Jgħid, “F’nofs perikli mortali ħassejt kalma ġewwiena u għaraft riżorsi ta’ qawwi li Alla biss kapaċi jagħti…Wara l-bixriet ħorox tad-dinja hemm Monarka beninn…Is-sofferenzi u l-mumenti a…

Maħfra Għan-Niedma

“Il-Mulej deher lil Salamun billejl u qallu: ‘Smajt talbek, u ħtart dan il-post għalija bħala dar is-sagrifiċċju. Jekk nagħlaq is-sema u ma tkunx xita, jew jekk jien nordna lill-ġradijiet biex jibilgħu l-art, jekk nibgħat il-pesta fost il-poplu tiegħi – jekk il-poplu tiegħi, li fuqu jissejjaħ ismi, jumilja ruħu, u jitlob, u jfittex wiċċi, u jerġgħu lura minn triqathom il-ħżiena, jien nisma’ mis-sema, u naħfer ħtijiethom, u nfejjaq lil arthom. U issa għajnejja jkunu miftuħin u widnejja attenti għat-talb ta’ dan il-post. Għax issa jien ħtart u qaddist din id-dar biex ikun ismi fiha għal dejjem, u għajnejja u qalbi jkunu hemm il-jiem kollha” (2 Kronaki 7:12-15).
Avolja fuqna jissejjaħ isem il-Mulej, madankollu għadna rġiel u nisa niżbaljaw. Ix-xogħol tal-grazzja hu mibdi fina, u f’xi wħud ipprogressa sew, iżda għadu mhuwiex mitmum. Xi ħniena mingħand il-Mulej li jibqa’ dispost biex jaħfrilna! Kull meta nidinbu, ejjew ngħaġġlu mmorru quddiem it-tron tal-grazzja t’Alla, u nfittxu l-maħfra…

Kor Ta' Tifħir

“Faħħru lill-Mulej! Faħħru lill-Mulej mis-smewwiet: faħħruh fl-ogħla smewwiet. Faħħruh, anġli tiegħu kollha: faħħruh, eżerċti tiegħu kollha! Faħħruh, xemx u qamar; faħħruh, kwiekeb kollha li tiddu. Faħħruħ, smewwiet tas-smewwiet, u intom ilmijiet ta’ fuq is-smewwiet! Ħa jfaħħru dawn isem il-Mulej, għax hu kmanda u huma nħolqu. Hu waqqafhom ukoll għal dejjem ta’ dejjem; tahom ordni li ma tinkiser qatt. Faħħru l-Mulej minn fuq l-art, monstri tal-baħar, u intom abbissi kollha; in-nar u s-silġ, il-borra u ċ-ċpar, l-irwiefen li jisimgħu kelmtu, il-muntanji u l-għoljiet kollha, is-siġar tal-frott, u ċ-ċedri kollha” (Salmi 148:1-9).
Rivoluzzjonarju u anarkista Russu jafferma: “Kollox jgħaddi, u d-dinja għad tinqered, imma d-Disa’ Sinfonija tibqa’.” Din l-opra ta’ Beethoven tinkludi l-Ode għall-Ferħ. Das-salm huwa wkoll sinfonija, ħalleluja universali. Hu xewqa, appell u invokazzjoni lit-totalità tal-ħolqien biex jaġixxi kif suppost jaġixxi, ċoè, f’akkordju ta’ tifħir lil Alla li waħdu hu …

Id-Dnub

“Mosè qalilhom: ‘Jekk tagħmlu dil-ħaġa, jekk tarmaw lilkom infuskom, u timxu quddiem il-Mulej għall-gwerra, u kull gwerrier tagħkom jaqsam il-Ġordan quddiem il-Mulej, sakemm ikeċċi l-għedewwa tiegħu minn quddiemu, u l-art tinħakem quddiem il-Mulej, imbagħad wara terġgħu lura, u tkunu bla ħtija quddiem il-Mulej u quddiem Iżrael; u din l-art tkun tagħkom quddiem il-Mulej. Iżda jekk ma tagħmlux hekk, ara, tidinbu kontra l-Mulej, u kunu afu li dnubkom isibkom” (Numri 32:20-23). 
Faċli tgħid gidba waħda, imma diffiċli tgħid gidba waħda biss. Bħal f’żelqiet oħra, id-dnub, anke jekk xejn gravi, jista’ jkun l-okkażżjoni ta’ għali kbir, meta ma jkunx hemm għali għad-dnub. 
Kwalunkwe dnub ta’ preżunzjoni hu kommess bid-dawl fil-moħħ u l-malizzja fil-qalb. Dnub ta’ debolizza jista’ jaqla’ apoloġija; dnub tal-injoranza jista’ jkun skużat; imma dnub ta’ sfida ma jista’ jsib ebda difiża. 
Kwalunkwe faxxa tgħatti l-ġrieħi, imma l-ifjen ħarir ma jostorx dnubietna. Meta nittrasgredixxu l-liġi dejjem …

Il-Fidil u l-Infidil

“Konsegwentement ma naqtgħux jiesna. Għalkemm il-bniedem esterjuri tagħna qed jitħassar, madankollu l-bniedem interjuri tagħna qed ikun imġedded jum wara jum. Għax l-afflizzjoni leġġiera u mumentanja tagħna qed tipproduċi għalina toqol etern ta’ glorja ’l hinn minn kull paragun, filwaqt li aħna nixħtu l-attenzjoni mhux lejn il-ħwejjeġ viżibbli, iżda lejn il-ħwejjeġ inviżibbli. Għax il-ħwejjeġ viżibbli huma temporanji, imma l-ħwejjeġ inviżibbli huma eterni” (2 Korintin 4:16-18).
Il-kredenti u l-miskredenti huma skandlu għal xulxin, u jistagħġbu bil-komportament ta’ xulxin. Il-bniedem karnali jiskanta meta jara lill-Kristjan miexi strett, skont ir-regola evanġelika, impennjat biex iċaħħad lilu nnifsu dawk il-libertajiet karnali li s-soċjetà sikwit tiffanga fihom. Mill-banda l-oħra, id-dixxiplu ta’ Ġesù jgħoddha bħala ħaġa tabilħaqq stramba kif il-bnedmin kapaċi jkunu daqshekk ikkattizzmati, imsaħħra bil-frugħa, u jippreferu jibqgħu wlied il-għadab, filwaqt li jgħejju lilhom infushom l…

Il-Ħaruf Tal-Għid

“Għax jien ngħaddi mill-art tal-Eġittu dik il-lejla, u nidrob kull imwieled tal-ewwel fl-art tal-Eġittu, sew bniedem u sew bhima; u nagħmel ħaqq mill-allat kollha tal-Eġittu. Jiena l-Mulej. U d-demm ikun għalikom bħala sinjal fuq id-djar fejn tkunu, u malli nara d-demm, jien naqbiżkom, u l-ebda ħsara ma tiġi fuqkom biex teqridkom, meta jien nidrob l-art tal-Eġittu. U dan il-jum ikun għalikom b’tifkira, u tħarsuh bħala għid lill-Mulej minn nisel għal nisel tagħkom; tħarsuh bħala għid b’liġi għal dejjem” (Esodu 12:12-14).
Bil-fidi nara d-demm prezzjuż. Dan jiswieli ta’ faraġ. Il-Mulej Alla jarah ukoll, u jiswieli għas-sigurtà tiegħi. Anke meta niddgħajjef fil-fidi, u tiċċajpar il-vista spiritwali tiegħi, il-Mulej xorta waħda jara demm il-Ħaruf. Minħabba fih jibqa’ għaddej. Jekk forsi nħossni kommoss, peress li l-fidi tiegħi tperper, madankollu xorta waħda jien sikur, għaliex għajnejn il-Mulej ma jgħajjew qatt, u jara d-demm tas-sagrifiċċju fuq il-Kalvarju b’ħarsa fissa. X’ferħ hu dan g…

Bis-Saportu

“Imma int, kun sobriju f’kollox, issaporti t-tbatija, agħmel ix-xogħol t’evanġelista, wettaq il-ministeru tiegħek. Għax jien diġà qed nitferra’ bħala libazzjoni, u wasal iż-żmien għall-partenza tiegħi. Issarajt is-sargħa t-tajba, temmejt il-korsa, żammejt il-fidi. Minn issa ’l quddiem hemm irriżervata għalija l-kuruna tal-ġustizzja, li s-Sid, l-Imħallef ġust, se jippremjani biha f’dak il-jum – u mhux biss lili iżda wkoll lil dawk kollha li ħabbew il-manifestazzjoni tiegħu” (2 Timotju 4:5-8).
Xi ftit jew wisq nagħmluha ma’ nies pjuttost antipatiċi u li jmorru kontra l-vina tal-loġika u n-naturalezza; issibha diffiċli tirraġuna magħhom, u jdumu jġebbdu qabel jagħtuk sehmek, avolja bi dritt tiegħek. Imma l-irrimedjabbli jkollna nissaportuh. Is-sabar ilkoll neħtiġuh, u s-saportu bis-sabar hu l-perfezzjoni tal-imħabba.
Belt fl-antik kienet tingħeleb biss b’assedju fit-tul, u l-kwistjoni spiss tirriżolvi ruħha favur min jassaporti l-aktar. Min isofri l-aħjar, jikseb l-aħjar; biss min ma ja…

Alla Wieħed, Tliet Persuni

“Fis-sena li miet is-Sultan Għużżija, rajt ukoll lil Sidi qiegħed fuq tron, fl-għoli u merfugħ, u djulu kien jimla t-tempju. Is-serafini kienu weqfin fuqu: kull wieħed kellu sitt ġwienaħ; bi tnejn kien jgħatti wiċċu, u bi tnejn kien jgħatti riġlejh, u bi tnejn kien itir. U wieħed kien jgħajjat lill-ieħor u jgħid: ‘Qaddis, Qaddis, Qaddis, hu l-Mulej tal-eżerċti! L-art kollha mimlija bil-glorja tiegħu’” (Isaija 6:1-3).
Alla wieħed, tliet persuni! Alla tas-salvazzjoni tagħna! Alla li jġib lix-xewwiexa biex jagħrfuh, u flok jirroftahom, jintroduċihom f’saltnatu. 
Il-Missier ħabbna u bagħtilna Ħellies, biex iħabbrilha s-sena tal-ġublew. L-Iben assuma n-natura tagħna, laħam minn laħamna u għadam minn għadamna; f’demmu stess ħasilna immakulati, bla ebda makkja, liebsa l-perfezzjoni tiegħu biex ma tidhirx l-għera tagħna. L-Ispirtu s-Santu, mibgħut mis-sema, assuma l-kawża tagħna biex jiddefendina bħala l-Paraklitu fina u f’isimna, jassistina, jinkuraġġina, isaħħaħna, jgħallimna, iwiddibna, j…

Il-Lezzjoni Ta' Pambo

“Kliem il-ħżiena hu nassa għall-ħajja, iżda fomm in-nies retti jagħi l-ħelsien. Bil-frott ta’ fommu l-bniedem jixba’ bil-ġid, u kulħadd jitħallas skont għemil idejh. Min jgħid is-sewwa jgħid dak li hu ġust, iżda xhud giddieb jgħid ħaġa b’oħra. Xofftejn is-sewwa jżommu sħiħ għal dejjem, iżda lsien giddieb hu għal waqt wieħed. Xhud tajjeb isalva l-ħajjiet, iżda xhud falz jgħid il-gideb. Xofftejn ġusti huma l-għaxqa tas-slaten, u huma jħobbu lil min jitkellem is-sewwa. Min iħares fommu u lsienu jħares ruħu mill-għali” (Proverbji 12:6,14,17,19; 14:25; 16:13; 21:23). 
Minn diskorshom wieħed jista’ jiddistingwi lil ulied Alla minn ulied id-dinja. Immexxija minn Satana, missier il-gideb, il-mitlufa huma bħal missierhom, giddieba. M’għandhom ebda rispett lejn il-verità. Il-gideb hu magħġun f’ħajjithom, kemm jekk hu gideb sfaċċat jew aktar fin. Il-mifdija, bħal Sidhom li stqarr, “Jien hu l-verità,” iħobbu l-verità, jimxu fiha u jistkerrhu l-gideb.
Il-verità mhux dejjem faċli tgħidha. Tista’ …

Niġi Malajr

“M’inix se nħallikom bħall-orfni; se niġi għandkom. Daqsxejn ieħor u d-dinja ma taranix iżjed, imma intom għad tarawni. Għax jien ngħix, se tgħixu intom ukoll. F’dak il-jum intom se tirrealizzaw illi jien f’Missieri, u intom fija, u jien fikom. Min għandu l-kmandamenti tiegħi u jżommhom, dak hu li jħobbni. Min jħobbni se jinħabb minn Missieri, u jien ukoll se nħobbu u se nimmanifestalu lili nnifsi” (Ġwanni 14:18-21).
Telaqna, u madankollu ma ħalliniex iltima. Jibqa’ l-faraġ tagħna, avolja mar lura għand il-Missier. M’aħniex bla konfort. Il-faraġ tagħna jikkonsisti fil-wegħda illi għad jerġa’ jiġi, konsolazzjoni biżżejjed biex isostnina matul l-assenza prolongata tiegħu. Ġesù Sidna qed iħejji biex jirritorna. Jgħid, “Ġej malajr.” Dalwaqt narawh magħna; xejn ma jista’ jfixkel l-appuntament tiegħu, meta jiġi fis-sħab tas-sema, b’qawwa u glorja kbira. Ħadd mhu kapaċi jittardja l-wasla tiegħu, lanqas bi kwarta. 
Jgħid speċjalment, “Niġi għandkom.” Hekk jagħmel. Ġej speċjalment għal niesu,…

Kenn u Fortizza Tagħna

“Min jgħix fil-kenn tal-Ogħla jgħammar għad-dell tal-Omnipotenti. Jien ngħid lill-Mulej, ‘Int il-kenn u l-fortizza tiegħi, Alla tiegħi.’ Fih nittama jien. Tassew hu jeħilsek mix-xibka tan-nassab u mill-mard tal-mewt. Hu jgħattik b’rixu u taħt ġwinħajh issib kenn; is-sewwa tiegħu jkun it-tarka u l-korazza tiegħek. Int ma tibżax mill-waħx tal-lejl, lanqas mill-vleġġa li tittajjar binhar, lanqas mill-pesta li tinxtered fid-dlam, u lanqas mill-ħerba li teqred f’nofinhar. Elf ruħ jaqgħu maġenbek, u għaxart elef fuq il-leminija tiegħek, iżda l-pesta ma tersaqx lejk” (Salmi 91:1-7).
Alla tagħna jabita l-eternità. Minn qabel ma twieldu l-muntanji, jew qabel ma saru l-art u l-baħar, minn dejjem għal dejjem, hu Alla (Salmi 90:2) – suffiċjenti u mbierek fih u minnu nnifsu. Is-smewwiet kull siegħa u kull mument jiddikjaraw sebħu, l-art l-għana varjegata tiegħu, l-univers imfassal bħala l-maqdes tiegħu. Il-preżenza tiegħu timla l-immensità. 
Frattant għoġbu jikkrea l-ħajja u jikkomunika l-hena. G…

Ebda Separazzjoni

“‘La tibżax, għax int ma jkollokx mniex tistħi, u lanqas tħoss ruħek umiljata, għax ma jkollokx mniex tiħmar, għax int tinsa għajb żgħożitek u ma tiftakarx iżjed fiż-żebliħ ta’ meta kont armla. Għax min għamlek hu żewġek, il-Mulej tal-eżerċti hu ismu, u l-Feddej tiegħek hu l-Qaddis ta’ Iżrael, Alla tal-art kollha ismu. Għax il-Mulej sejjaħlek, bħal mara mitluqa u mnikkta fl-ispirtu, bħal mart iż-żgħożija meta hi mkeċċija,’ jgħid Alla tiegħek. ‘Għal ħin wieħed tlaqtek, iżda bi ħniena kbira niġbrok. F’fawra ta’ għadab ħbejt għal ftit wiċċi minnek, iżda bi ħniena għal dejjem nitħassrek,’ jgħid il-Feddej tiegħek, il-Mulej” (Isaija 54:4-8).
Qatt m’għandna raġun nogħxew, inkunu skuraġġiti jew mormija. Il-Mulej jingħad li jitlaq jew jabbanduna lil uliedu fir-rigward tas-setgħa jew il-grazzja tiegħu, jew fir-rigward ta’ sentimenti konfortabbli ta’ mħabbtu, kemm fir-rigward ta’ unjoni jew inkella fir-rigward ta’ viżjoni. 
Issa inkwantu l-unjoni tagħna miegħu, ma jitlaqna qatt, għax dir-rabta …

Għajnuna Pronta

“Alla hu l-kenn u l-qawwa tagħna, għajnuna pronta dejjem fid-dwejjaq. Għalhekk ma nibżgħux imqar jekk l-art titriegħed u l-muntanji jiġġarrfu f’nofs il-baħar, u l-ilmijiet tiegħu jgħajtu u jirgħaw, u l-muntanji jitheżżu bit-tqanqil tagħhom. Hemm xmara li n-nixxigħat tagħha jferrħu l-belt t’Alla, l-għamara qaddisa tal-Ogħla. Alla qiegħed f’nofsha; hi ma titħarrikx. Alla jgħinna, mit-tbexbix tal-jum. Il-ġnus triegħdu, is-saltniet iġġarrfu; hu semma’ leħnu u l-art iddewbet. Il-Mulej tal-eżerċti magħna; Alla ta’ Ġakobb hu l-fortizza tagħna” (Salmi 46:1-7).
Għajnuna li mhix preżenti meta għandna bżonnha ma tiswa kważi xejn. L-ankra li titħalla fuq l-art tkun bla fejda għall-baħrin f’nofs il-maltempata. Tabib li ma ssibux meta tinsab marid ma jaġevolak xejn. Fost id-diversi għajnuniet tal-art, ftit huma pronti: ġeneralment iddum biex tiksibhom u tapprofitta minnhom. 
Xi ngħidu, però, dwar Alla tagħna? Hu preżenti kull meta nfittxuh, preżenti meta għandna bżonnu, u preżenti meta nkunu gawde…

L-Awtorità Finali

“It-tielet darba din li ġej għandkom. ‘Fuq l-evidenza ta’ żewġ xhieda jew tlieta tkun stabbilita kull materja.’ Avvertejtkom diġà meta kont preżenti t-tieni darba, u avolja issa assenti se nwissi minn qabel lil dawk li dinbu fil-passat u lill-oħrajn kollha, illi jekk nerġa’ niġi, m’inix se niffrankahielhom, ġaladarba qed tiddomandaw prova illi Kristu qed jitkellem bija. Mhuwiex dgħajjef fit-trattament tiegħu magħkom, iżda setgħan fostkom. Għax tabilħaqq issallab fid-dgħufija, frattant jgħix bis-setgħa t’Alla. Aħna wkoll dgħajfin fih, iżda se ngħixu miegħu bis-setgħa t’Alla diretta lejkom biex inservukom” (2 Korintin 13:1-4).
Pawlu ma kienx lest iċedi l-awtorità appostolika fuq il-knisja, hi liema hi. Ma kienx faċilment se jħalli xogħol il-Mulej itir mar-riħ, turija tad-dmir u l-interess qawwi li kellu fis-safa, fil-qawwa spiritwali u l-perseveranza tagħhom.
L-ekwivalenti għal-lum hija s-supremazija tal-Iskrittura fuq kull sfera ta’ ħajjitna, sewwa jekk x’nemmu jew kif inġibu ruħna. B…

Alla Favur Tagħna

“X’ħa ngħidu mela għal dan? Jekk Alla favur tagħna, min jista’ jkun kontrina? Hu li ma ffrankahiex lil Ibnu stess, anzi ċedieh għalina lkoll, kif mhux se jagħtina liberament ukoll miegħu l-ħwejjeġ kollha? Min se jġib xi akkuża kontra l-magħżulin t’Alla? Alla hu dak li jiġġustifika. Min hu li jikkundanna? Kristu Ġesù, li miet – u aktar minn hekk, hu rxoxtat għall-ħajja – hu fuq il-leminija t’Alla, u qiegħed ukoll jinterċiedi għalina” (Rumani 8:31-34).
Fl-għamla tagħha din mhix wegħda diretta, imma fil-fatt hi. Anzi, tiġbor fiha iżda minn wegħda waħda: hi ħażna sħiħa ta’ wegħdi. Hi munzell ta’ żmeraldi, djamanti u rubini, interzjat fi gwarniċ tad-deheb. B’din il-mistoqsija rettorika, Pawlu jisfidana biex ma nkunux iżjed ansjużi. 
X’jista’ jiċħdilna l-Missier, jekk diġà tana b’xejn l-aħjar, l-eqreb u l-egħżeż li għandu, lil Ibnu l-waħdieni stess? Jekk ikollna bżonn il-ħwejjeġ kollha fis-sema u fl-art, jirregalahomlna. Kieku Alla ried ipoġġi xi limiti fuq imħabbtu favur tagħna, ma kienx …