Skip to main content

Ebda Separazzjoni

“‘La tibżax, għax int ma jkollokx mniex tistħi, u lanqas tħoss ruħek umiljata, għax ma jkollokx mniex tiħmar, għax int tinsa għajb żgħożitek u ma tiftakarx iżjed fiż-żebliħ ta’ meta kont armla. Għax min għamlek hu żewġek, il-Mulej tal-eżerċti hu ismu, u l-Feddej tiegħek hu l-Qaddis ta’ Iżrael, Alla tal-art kollha ismu. Għax il-Mulej sejjaħlek, bħal mara mitluqa u mnikkta fl-ispirtu, bħal mart iż-żgħożija meta hi mkeċċija,’ jgħid Alla tiegħek. ‘Għal ħin wieħed tlaqtek, iżda bi ħniena kbira niġbrok. F’fawra ta’ għadab ħbejt għal ftit wiċċi minnek, iżda bi ħniena għal dejjem nitħassrek,’ jgħid il-Feddej tiegħek, il-Mulej” (Isaija 54:4-8).

Qatt m’għandna raġun nogħxew, inkunu skuraġġiti jew mormija. Il-Mulej jingħad li jitlaq jew jabbanduna lil uliedu fir-rigward tas-setgħa jew il-grazzja tiegħu, jew fir-rigward ta’ sentimenti konfortabbli ta’ mħabbtu, kemm fir-rigward ta’ unjoni jew inkella fir-rigward ta’ viżjoni. 

Issa inkwantu l-unjoni tagħna miegħu, ma jitlaqna qatt, għax dir-rabta ma tinħallx; hi sikura u infallibbli. Inkwantu l-qawwa jew il-grazzja tiegħu, qatt ma jitlaqna totalment. U inkwantu l-viżjoni, jew sentimenti konfortabbli, għalkemm jista’ jitlaqna għal xi perjodu, frattant jirritorna lejna.

Ladarba dan minnu, għalfejn għandna niskuraġġixxu rwieħna? Nistgħu nkunu kkonsidrati bħala nagħaġ meħudin għall-biċċerija, iżda difatti l-fidili huma aktar minn rebbieħa, bi Kristu. Dwar ir-rabta tagħna miegħu, Pawlu jsemmi lista sħiħa ta’ perikli li forsi jistgħu jifirduna minn Alla u mħabbtu, izda xejn u ħadd ma jikkwalifika. “Għax jien persważ,” jgħajjat, “illi la l-mewt, u lanqas il-ħajja, la l-anġli u lanqas il-prinċipati, la s-setgħat u lanqas il-ħwejjeġ t’issa, la l-ħwejjeġ li ġejjin, u lanqas l-għoli, la l-għammieq, u lanqas l-ebda kreatura oħra, ma tkun tista’ tifridna mill-imħabba t’Alla, li hi fi Kristu Ġesù Sidna” (Rumani 8:38-39). Lil dawk li jħobb bi mħabba salvivika, iħobbhom sat-tmiem, sal-perfezzjoni (ara Ġwanni 13:1).

Inkwantu l-qawwa u l-grazzja tiegħu, nafu x’wegħidna, “Żgurament mhux se nħallik, lanqas qatt mhu se nabbandunak” (Ebrej 13:5). Aħna miżmumin bl-omnipotenza tiegħu permezz tal-fidi għas-salvazzjoni finali (1 Pietru 1:5).

Inkwantu s-sentimenti konfortabbli, il-promessa tiegħu hi hekk: “Għal ħin wieħed tlaqtek; iżda bi ħniena kbira niġbrok.” Il-ħbieb ma tantx iġibuha bi kbira jekk ikunu se jinfirdu għal żmien qasir biss, għax jafu li għad jerġgħu jiltaqgħu. Jekk il-Mulej iwarrabna għal ftit, ma nistgħux ngħidu, “Mhux se narawh iżjed,” għax għad jirritorna, u miegħu jġibilna barkiet multiplikati. L-intenzjoni tiegħu hi waħda tfawwar bl-imħabba, mhux b’inkejja jew kapriċċ. Issa ladarba din l-esperjenza hi biss temporanja, m’għandniex għalfejn inkunu skuraġġiti. 

Talba: “Mulej sovran, int tinsab fil-għoli u merfugħ; l-anġli tiegħek jgħattu wiċċhom quddiemek, u l-preżenza tiegħek timla s-smewwiet u l-art. Int trieġi u taħkem bil-providenza assoluta tiegħek. Għallimna nafdaw fik fid-dawl u d-dlam, fil-ħelu u l-morr, fil-wati u l-imħarbat, kif inhu xieraq. Ammen.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Is-Sunnara Mistura

“Tkunux idolatri, bħal xi wħud minnhom; bħalma hu miktub: ‘In-nies poġġew jieklu u jixorbu, u qamu jilagħbu.’ M’għandniex niffornikaw, bħalma xi wħud minnhom iffornikaw, u mietu tlieta u għoxrin elf f’jum wieħed. M’għandniex inġarrbu lis-Sid, bħalma xi wħud minnhom ġarrbuh, u kienu meqrudin mis-serpenti; lanqas tgemgmu, kif xi wħud minnhom gemgmu, u kienu meqrudin mill-anġlu qerried. Issa dawn il-ħwejjeġ ġraw lil dawk in-nies bħala eżempji, u nkitbu bħala ammoniment għalina, li fuqna wasal it-twettiq taż-żminijiet. Għalhekk min jidhirlu li jinsab wieqaf fis-sod għandu joqgħod attent li ma jaqax! Ebda tiġrib ma qabadkom ħlief dak li hu komuni għall-umanità. Però Alla hu fidil, u mhux se jħallikom tkunu mġarrbin lil hinn milli kapaċi tifilħu, iżda mat-tiġrib jipprovdi l-ħruġ ukoll, ħalli tkunu tistgħu tissaportuh” (1 Korintin 10:6-13). It-tiġrib jippreżenta ruħu attraenti; iwiegħed il-kuntentizza, almenu kuntentizza temporanja. Imma qatt ma jiġi b’idejh vojta – joffrili s-sodisfa...

Is-Solitudni

“Kollox għandu żmienu, u kull ħaġa għandha waqtha taħt is-sema: waqt biex titwieled u waqt biex tmut; waqt li tħawwel u waqt li taqla’ l-imħawwel; waqt li toqtol u waqt li tfejjaq; waqt li tibki u waqt li tidħaq; waqt li tagħmel il-vistu u waqt li tiżfen; waqt li tarmi l-ġebel u waqt li tgeddes il-ġebel; waqt li titgħannaq u waqt li titbiegħed mit-tgħanniq; waqt li tfittex u waqt li titlef; waqt li terfa’ u waqt li tarmi; waqt li tqatta’ u waqt li tħit; waqt li tiskot u waqt li titkellem; waqt li tħobb u waqt li tobgħod; waqt ta’ gwerra u waqt ta’ sliem” (Ekkleżjażti 3:1-8). Is-solitudni, bħal-lupi bir-ragħwa f’ħalqu, tissajja fid-dellijiet tal-avversità, lesta biex taqbeż fuqi. Jgħidu fjakkola mkebbsa tgerrex lil-lupu u ma jersaqx lejk. Jheddek, imma jibqa’ distakkat. Il-fjakkola hi biss il-komunjoni li nista’ mmantni kostantement, bla interruzzjoni, mal-Missier. Imma rrid inżommha f’idi, mhux nitlaqa’ quddiem l-għarix. U nieħu ħsiebha, mhux nittraskuraha.  Inġerragħ is...