Skip to main content

Posts

Showing posts from August, 2017

Erfgħu Qlubkom 'il Fuq

“Ladarba mela kontu rxoxtati ma’ Kristu, fittxu l-ħwejjeġ ta’ fuq, fejn hu Kristu, bilqiegħda fuq il-leminija t’Alla. Aħsbu dwar il-ħwejjeġ ta’ fuq, mhux il-ħwejjeġ fuq l-art. Għax intom mittu, u ħajjitkom issa hi moħbija ma’ Kristu f’Alla. Meta Kristu, li hu ħajjitkom, hu mmanifestat, imbagħad intom ukoll se tkunu mmanifestati miegħu fil-glorja. Mewtu mela l-membri tagħkom fuq l-art: il-fornikazzjoni, l-impurità, il-passjoni, il-leblieba ħażina u r-regħba, li hi idolatrija. Minħabba t-tali ħwejjeġ ġejja r-rabja t’Alla. Intom ukoll darba kontu timxu fihom, meta għixtu f’dawn il-vizzji” (Kolossin 3:1-7). Regolarment ġie rrekordjat illi dawk l-Insara li l-iżjed kienu ffissati fuq iż-żmien li ġej kienu wkoll l-aktar effettivi u bieżla f’daż-żmien preżenti. L-appostli, grupp ċkejken ta’ rġiel, ħaduha f’idejhom, skont il-kummissjoni mogħtija lilhom, biex jikkonvertu l-Imperu Ruman lejn Alla l-ħaj minn paganiżmu sfrenat, tant kienu qalbhom merfugħa lejn is-saltna eterna li dwarha kell

Meditazzjoni f'Dinja Mgħaġla

“Hieni l-bniedem li ma jimxix fuq il-parir tal-ħżiena, lanqas jieqaf fi triq il-midinbin, u lanqas joqgħod fejn joqogħdu ż-żeblieħa! Iżda l-għaxqa tiegħu hi fil-liġi tal-Mulej, u lejl u nhar jimmedita fuq il-liġi tiegħu. U jkun bħal siġra mħawla ħdejn nixxigħat tal-ilma, li tagħti l-frott fi żmienha, u ma jidbielx ukoll il-weraq tagħha, u kulma tagħmel isir ġid. Il-ħżiena mhumiex hekk, iżda bħat-tiben li jtajjar ir-riħ. Għalhekk il-ħżiena ma jiqfux quddiem il-ħaqq, u l-midinbin ma joqogħdux fil-miġemgħa tat-tajbin. Għax jaf il-Mulej triq it-tajbin, iżda tintemm triq il-ħżiena” (Salm 1:1-6).  “Lejl u nhar jimmedita fuq il-liġi tiegħu”! Meta hu ħin adatt għall-meditazzjoni? Il-Ħadd, jingħad, hu l-ġurnata tas-suq għar-ruħ. Ma mmorrux is-suq biex nixtru proviżjon għal dik il-ġurnata biss, iżda għall-ġimgħa kollha, sakemm terġa’ tasal il-ġurnata tas-suq. Ħafna nies jisimgħu l-qari tal-vanġelu kif ukoll tal-epistola; jisimgħu wkoll il-prietka, u ma jħalluhiex tkun diġerita f’ruħhom. 

Il-Kumpanija

“Min jimxi mal-għorrief isir għaref, iżda min jagħmilha mal-boloh isofri l-ħsara. Warrab minn quddiem iblah, għax ma tarax fih xofftejn l-għerf. Titħabbibx ma’ min jitmasħan, u la timxix ma’ min jagħdab, li ma titgħallimx drawwietu u ġġib xkiel għal ruħek. Min iħobb l-għerf iferraħ lil missieru, iżda min jagħmilha man-nies ħżiena jaħli ġidu” (Proverbji 13:20; 14:17; 22:24-25; 29:3).  “Għidli ma min tagħmilha u ngħidlek x’int,” spiss tennew missirijietna ma’ xulxin. Naqbel għalkollox ma’ dal-ħsieb. In-nies li titħallat magħhom jinfluwenzawk, sew għat-tajjeb kif ukoll għad-deni. Jekk ħbiebek u sħabek ma tantx iħabblu rashom fuq il-ħwejjeġ li għandhom x’jaqsmu m’Alla, jitkellmu laxk u ħsiebhom fil-pjaċiri tad-dinja, int ukoll eventwalment issir tixbahhom. Illum qabel għada tiskopri kif int ukoll ftit li xejn taħseb fuq Alla, int ukoll titkellem kif ġie ġie, u l-attrazzjonijiet terrestri ssibhom jagħmlu bik, tant li jnessuk il-ħwejjeġ eterni tas-sema. “Min jagħmilha maz-zopp isir

Is-Sinifikat tal-Bniedem

“O Mulej, Sid tagħna, kemm hu kbir ismek fl-art kollha! Int li qegħidt il-glorja tiegħek ’il fuq mis-smewwiet. Minn fomm it-tfal u t-trabi int ħriġt il-qawwa, minħabba l-għedewwa tiegħek, biex issikket lill-għadu, u lil dak li jivvendika ruħu. Meta nħares lejn is-smewwiet tiegħek, għemil subgħajk, il-qamar u l-kwiekeb li int għamilt, x’inhu l-bniedem biex int tiftakar fih, u bin il-bniedem biex tieħu ħsiebu?” (Salmi 8:1-4). Hu sensibbli nenfasizzaw l-essenzjali – il-fidi, it-tama u l-imħabba. M’għandi għalfejn nagħmel xejn biex nimpressjona; tifel ċkejken ma jaf xejn ħlief l-ispontanjetà. Jersaq bla pożi. Hi l-mogħdija li ċertament twassal biex tintwera l-qawwa divina, biex hekk inkun naf x’jiġifieri sliem fit-taqtigħa, konfort fil-għali, saħħa fid-debbolizza, dawl fid-dlam.  Fis-sempliċità u l-onestà tal-fidi wieħed jitgħallem il-paradossi li altrimenti jidhru biss kontradizzjonijiet assurdi. Waħda mill-ifnad hija l-kapaċità u s-sejħa li n-Nisrani jiftaħar bi dgħufijietu –

Reformation Theology

The 500th anniversary of the official start of the Protestant Reformation is now over. Shall we then forget the past and move on? What shall we expect for the next 500 years, should the Lord tarry his return? I deem it appropriate, for the sake of clarity, to reiterate what exactly was the essential theology of the Reformation, at least as it crystallised in the classic Confessions of reformed Christianity, such as the famous Westminster Confession of Faith. And I do this according to the wise saying, "The main thing is to keep the main thing the main thing." I speak as a pastor and teacher of the Reformed faith, admirably developed by the French reformer, John Calvin. It is a coherent and consistent system of belief that traces its roots to the “school of Christ” in Geneva, to be sure. But Calvin certainly wasn’t its originator.  With the other Reformers, he held fast to the credo of holding to the Bible alone as the supreme authority for the church, as it was

Fid-Dawl tal-Eternità

“Mill-bqija, ibni, iftaħ għajnejk: għall-kitba ta’ ħafna kotba m’hemmx tmiem, u ħafna studju hu taħbit għall-ġisem. Il-konklużjoni, wara li kollox instema’, hi: ibża’ minn Alla, u ħares il-kmandamenti tiegħu, għax dan hu d-dmir ta’ kull bniedem. Għax Alla jagħmel ħaqq minn kulma jsir, minn kull ħaġa moħbija, sew tajba u sew ħażina” (Ekkleżjażti 12:12-14). Hawnhekk fuq l-art issir ġustizzja biżżejjed – biex nagħrfu l-valur tagħha, kemm hi indispensabbli; imma m’hawnx ġustizzja biżżejjed – biex nirrikonoxxu li għad trid issir, perfettament u ultimament. Għalhekk tkun ħaġa assurda naffermaw li l-bniedem jispiċċa mal-qabar; le, il-bniedem magħmul għall-immortalità.  Kieku m’hemmx ħajja futura, ir-ruħ ma tixxennaqx għaliha. It-twemmin f’ħajja lil hinn mill-qabar hi l-aptit tar-raġuni. Il-poeta jgħid, “Rajt l-eternità l-lejl li għadda, bħal ċurkett kbir ta’ dawl safi u bla tmiem.” Hawn qed jitkellem mhux biss bħala individwu, imma għan-nom ta’ sħabu, bnedmin tal-istess demm u laħa

Ir-Raġuni għar-Riforma

Il-poplu t’Alla matul il-ġenerazzjonijiet għandu ħabta jorqod jew jiżvijja, frattant l-Ispirtu s-Santu kapaċi jġeddu u jitfa’ nifs ta’ ħajja ġdida. Dan ġara mqar mill-antik fi żmien is-saltna ta’ Ħeżekija u Ġosija. It-tali riformi jmissna nagħrfuhom bħala sinjal tal-ħniena t’Alla, li ma jitlaqx lil niesu. Li ġara fis-seklu sittax, fi żmien Luteru, kien proprju riforma oħra, però did-darba fuq skala massiva. Ħasra illi flok ma nagħrfu dan il-moviment bħalma tabilħaqq hu, ħidma tal-Ispirtu s-Santu, nittimbrawh bħala xiżma jew firda. Tabilħaqq, il-firda li ġrat f’nofs is-seklu 11, bejn il-Lvant u l-Punent, kienet waħda patetika, motivata mill-għira u pika bejn il-Griegi u l-Latini, mingħajr raġuni valida. Ir-Riforma Protestanta hemm elf raġuni għala seħħet, iżda prinċipalment ġrat għaliex Alla għoġbu jqajjem nies, fidili lejn l-Iskritturi Mqaddsa, illi xandruha fil-qawwa u s-safa tagħha, u fl-istess ħin protestaw kontra l-abbużi morali, iżda speċjalment dottrinali, tal-Knisja Rumana.

L-Ewwel Wegħda

U nqiegħed mibegħda bejnek u l-mara, u bejn nislek u nisilha: hu jisħaqlek rasek, u int tisħaqlu għarqubu (Ġen.3:15). Din hi l-ewwel wegħda lill-bniedem mindu waqa' fid-dnub. F'din il-wegħda hemm miġbur l-evanġelju kollu, u l-essenzjal tal-patt tal-grazzja. Nistgħu ngħidu li din it-tħabbira twettqet. Nisel il-mara, li hu Ġesu’ Kristu, kien misħuq f'għarqubu, u misħuq sew meta kien imdendel ma' l-għuda tas-salib. Iżda kemm se tkun terribbli iżjed il-piena finali fuq ras is-serp! F'ċertu sens Kristu diġa’ saħaq ras is-serp meta neħħa dnubietna, rebaħ il-mewt, u kisser il-qawwa tax-xitan; iżda din il-profezija għad isseħħ aħjar meta jerġa' jiġi Kristu għat-tieni darba, kif ukoll f'Jum il-ġudizzju. Għalina l-wegħda hi preżentata bħala profezija li se nkunu msawwta mill-qawwiet tal-ħażen fin-natura baxxa tagħna, u għalhekk misħuqa f'għarqubna: iżda għad nittrijonfaw fi Kristu, li jpoġġi saqajh fuq ras is-serp antik. Matul din is-sena għandu mnejn ikollna ni