Skip to main content

L-Ewwel Wegħda

U nqiegħed mibegħda bejnek u l-mara, u bejn nislek u nisilha: hu jisħaqlek rasek, u int tisħaqlu għarqubu (Ġen.3:15).

Din hi l-ewwel wegħda lill-bniedem mindu waqa' fid-dnub. F'din il-wegħda hemm miġbur l-evanġelju kollu, u l-essenzjal tal-patt tal-grazzja. Nistgħu ngħidu li din it-tħabbira twettqet. Nisel il-mara, li hu Ġesu’ Kristu, kien misħuq f'għarqubu, u misħuq sew meta kien imdendel ma' l-għuda tas-salib. Iżda kemm se tkun terribbli iżjed il-piena finali fuq ras is-serp! F'ċertu sens Kristu diġa’ saħaq ras is-serp meta neħħa dnubietna, rebaħ il-mewt, u kisser il-qawwa tax-xitan; iżda din il-profezija għad isseħħ aħjar meta jerġa' jiġi Kristu għat-tieni darba, kif ukoll f'Jum il-ġudizzju. Għalina l-wegħda hi preżentata bħala profezija li se nkunu msawwta mill-qawwiet tal-ħażen fin-natura baxxa tagħna, u għalhekk misħuqa f'għarqubna: iżda għad nittrijonfaw fi Kristu, li jpoġġi saqajh fuq ras is-serp antik. Matul din is-sena għandu mnejn ikollna nitgħallmu l-ewwel parti ta' din il-wegħda mill-esperjenza, permezz tat-tiġrib ta' Satana, u permezz tan-nuqqas ta' ħniena li juru magħna l-infidili, li huma nisel ix-xitan. Jistgħu tant jisħquna illi jkollna nzappu b'għarqub juġgħa; iżda ejjew niffissaw ħarsitna fuq it-tieni parti tal-wegħda, u ma noħorġux imnikkta. Bil-fidi ejjew nifirħu li għad nirrenjaw fi Kristu Ġesu’, nisel il-mara.

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Lejk Nerfa' Ħarsti

“Nerfa’ għajnejja lejn l-għoljiet, minn fejn tiġi l-għajnuna tiegħi. Mill-Mulej tiġi l-għajnuna tiegħi, hu li għamel is-sema u l-art. Hu ma jħallix lil riġlek jogħtor; dak li jħarsek ma jongħosx. Ara, dak li jħares lil Iżrael la jongħos u lanqas jorqod. Il-Mulej il-protettur tiegħek; il-Mulej hu dellek fuq lemintek. Ix-xemx ma tolqtokx binhar, lanqas il-qamar billejl. Il-Mulej iħarsek minn kull deni; hu iħarislek ruħek. Il-Mulej iħares il-ħruġ u d-dħul tiegħek, minn issa u għal dejjem ta’ dejjem” (Salmi 121:1-8). Huwa għaqal, anzi, dehen minn fuq, li nkunu kapaċi nagħtu direzzjoni korretta għall-mistennija u t-talb tagħna. Il-viżjoni tas-salmista hi ffokata strettament fuq id-destinazzjoni finali tiegħu, Ġerusalemm, u Sijon, l-għolja t’Alla. Mhux faċli twaħħal ħarstek fid-direzzjoni profitabbli, meta bosta attrazzjonijiet oħra jlellxu madwarna. Fi żmien il-prova, aħna ninstabu inklinati żżejjed biex niksbu għajnuna minn ħwejjeġ instabbli, biex insibuhom biss bħal qasba mġelġla l...

O Alla, Inqimek u Nadurak

“Għaldaqstant, neħħu kull ħmieġ morali u ħażen tant prevalenti, u bil-manswetudini ilqgħu l-kelma mħawla fikom, li kapaċi ssalva erwieħkom. Imma siru għammiela tal-kelma, u mhux sempliċement semmiegħa, altrimenti tilludu lilkom infuskom. Għax jekk xi ħadd hu semmiegħ tal-kelma u mhux għammiel, dan donnu raġel li jikkonsidra l-wiċċ naturali tiegħu f’mera: appena ħares lejh innifsu, telaq, u malajr nesa liema speċi ta’ persuna kien. Imma min jittawwal b’attenzjoni fil-liġi perfetta, il-liġi tal-libertà, u jkompli fiha, mhux isir semmiegħ li jinsa iżda jpoġġiha fil-prattika, dan se jkun imbierek f’għemilu” (Ġakbu 1:21-25). Prijorità numru wieħed: nitgħallem insir qejjiem. “Adoro Te.” Hi ċentrali, u kollox suppost jirrivolvi magħha, bħalma l-pjaneti jduru max-xemx. Attwalment mhuwiex hekk. Għad hemm x’wieħed jaqdef. Sakemm nibqgħu naduraw xogħolna b’tant impenn, u naħdmu b’tant serjetà fil-logħob tagħna, il-probabbiltà tkun li nibqgħu nilagħbu fil-qima tagħna. Frattant Alla Tr...