Skip to main content

Posts

Showing posts from January, 2018

Il-Vanġelu Appostoliku

“Imma aħna jmissna dejjem nirringrazzjaw ’l Alla għalikom, l-aħwa maħbubin mis-Sid, għax Alla għażilkom mill-bidu għas-salvazzjoni permezz tas-santifikazzjoni tal-Ispirtu u fidi fil-verità, li għaliha sejħilkom permezz tal-evanġelju tagħna, għall-otteniment tal-glorja ta’ Sidna Ġesù Kristu. Hekk mela, l-aħwa, ieqfu sħiħ, u aqbdu sod mat-tradizzjonijiet li kontu mgħallmin, sew jekk bid-diskors jew b’epistola tagħna. M’hemmx li Sidna Ġesù Kristu nnifsu u Alla Missierna, li ħabbna u tana faraġ etern u tama tajba bil-grazzja tiegħu, jinkuraġġixxi qlubkom u jistabbilikom f’kull opra u kelma tajba” (2 Tessalonkin 2:13-17). Dħalt f’saltnet il-Mulej, jew għadek barra? Smajt biss, bla ma ħadt azzjoni? Irraġuna hekk ma’ ruħek: jien nemmen l-evanġelju, allura jien magħdud ġust quddiem Alla bil-merti t’Ibnu, li ħallas il-penali minfloki. Jien ġustifikat, allura għandi bażi soda biex inkun santifikat għal Alla tiegħi. Jien santifikat, allura naf li jien imsejjaħ. Jien imsejjaħ, allura bilfo

Il-Valur tal-Kuxjenza

“Obdu lill-mexxejja tagħkom, u ssottomettu għalihom, għax huma jinviġilaw fuq erwieħkom, bħala dawk li għad iroddu kont. Obduhom sabiex jagħmlu dan bil-ferħ, u mhux jokorbu, għax inkella dan ikun svantaġġuż għalikom. Itolbu għalina, għax aħna ċerti illi għandna kuxjenza tajba, u f’kollox nixtiequ nġibu ruħna b’mod onorabbli. Neżortakom iżjed bil-kotra biex tagħmlu dan, sabiex inkun irrestawrit lilkom iżjed malajr” (Ebrej 13:17-19). Jibqa’ l-fatt sfortunat illi hawn min kultant ibiegħ il-kuxjenza tajba tiegħu għall-flus, avolja ovvjament ma tistax tinxtara bil-flus. Huwa essenzjali kif nittratta mal-kuxjenza. Irrid niġġudika lili nnifsi bil-ġudizzja tas-sinċerità, u hekk niġġudika lill-oħrajn bil-ġudizzju tal-imħabba.  Il-kuxjenza għandha tirregola kull qasam ta’ ħajta. M’hemm ebda fażi fejn nista’ ngħaddi mingħajrha, avolja għandha l-limitazzjonijiet tagħha (għax trid kontinwament tkun informata mir-rivelazzjoni speċjali miġbura fl-Iskrittura).  Ma nistgħux nippretendu l

Mill-Priżma tad-Dmugħ

“Għax intom ma rċivejtux spirtu ta’ jasar ħalli terġgħu tibżgħu, iżda rċivejtu l-Ispirtu tal-adozzjoni, li bih ngħajtu, “Abba! Missier!” L-Ispirtu nnifsu jixhed flimkien mal-ispirtu tagħna illi aħna tfal t’Alla, u jekk tfal, allura werrieta wkoll – werrieta t’Alla, u werrieta flimkien ma’ Kristu, imbasta nbatu miegħu sabiex inkunu glorifikati wkoll miegħu. Nikkonsidra illi s-sofferenzi taż-żmien preżenti mhumiex denji jkunu pparagunati mal-glorja li dalwaqt se tkun irrivelata lilna” (Rumani 8:15-18). L-evanġelju hu bxara tajba “ta’ ferħ kbir.” Il-ferħ hu s-sigriet tiegħi bħala Kristjan, imma hu sigriet tant massiv u tant infettiv illi impossibbli nżommu mistur. Wieħed mill-fatti l-aktar bizzarri, lil hinn mill-fehma tiegħi, hu proprjament meta niltaqa’ ma’ xi ħadd illi jikklejmja li jagħraf ’l Alla, u frattant qisu ssellef wiċċ Laskri permanentament – kważi jiddispjaċih li ltaqa’ m’Alla. L-assenza virtwali tal-ferħ iġġegħilni nissuspetta li t-tali mingħalih emmen l-evanġelju men

Bil-Fidi

“Issa l-fidi hi l-assigurazzjoni tal-ħwejjeġ ittamati, iċ-ċertezza t’affarijiet li ma narawx. B’dil-fidi kienu rrikmandati n-nies fl-antik. Bil-fidi nifhmu li l-univers kien ifformat bil-kelma t’Alla, tant li l-ħaġa li naraw ma saritx minn ħwejjeġ viżibbli. Bil-fidi Abel offra ’l Alla sagrifiċċju aħjar minn Kajjin. Permezz tagħha kien mixhud li hu ġust, billi Alla xehed dwar l-għotjiet tiegħu. U permezz tal-fidi għadu jitkellem, avolja miet” (Ebrej 11:1-4). Meta nirreferu dwar il-fidi, qegħdin ngħidu l-ħtieġa bażika li nilqgħu l-Iskrittura Mqaddsa bħala r-rivelazzjoni unika u suffiċjenti t’Alla. Il-Ħallieq tkellem b’diversi mod u f’perjodi varji permezz tal-profeti tiegħu. Inkuruna r-rivelazzjoni tiegħu bil-miġja ta’ Ibnu fostna, ix-xbieha perfetta u sħiħa tal-persuna tiegħu.  Mela l-fidi tfisser temmen, abbażi tal-Bibbja, dak li ma rajtux personalment, u l-premju tagħha huwa illi għad tara u tgawdi dak li bħalissa temmen. Imqar il-ktieb sekondarju l-ieħor, il-ktieb l-istamp

Xejn Mhu Moħbi mill-Mulej

“Għemil il-bniedem quddiem il-Mulej, u jqis il-mixi kollu tiegħu. Għajnejn il-Mulej huma kullimkien, iħarsu lejn il-ħżiena u t-tajbin. Xeol u l-abbiss huma quddiem il-Mulej; kemm iktar mela qlub ulied il-bnedmin! Eħles lil dawk li huma meħudin għall-mewt, u għin lil dawk li se joqtluhom. Jekk int tgħid, ‘Ara, ma konniex nafu dan!’ Jaqaw dak li jiżen il-qlub ma jintebaħx b’dan? U min hu għassa ta’ ruħek ma jafx b’dan? U mhux lil kulħadd irodd dak li ħaqqu skont għemilu?” (Proverbji 5:21; 15:3,11; 24:11-12). Ħa jkun imfaħħar Alla li jara kollox! Xejn ma hemm fis-sema u fl-art moħbi mill-ħarsa penetranti tiegħu. Wieħed raġel mar jisraq iż-żara’ mill-għalqa ta’ sieħbu. Ħa miegħu liċ-ċkejken ibnu biex joqgħodlu għassa, biex fil-każ li jkun ġej xi ħadd, jagħmillu sinjal. Qabel ma qabeż fl-għalqa, ħares lejn ix-xellug u lejn il-lemin, xiref ukoll warajh u quddiemu, u billi ma ra ’l ħadd, medd idejh biex jimla’ ċ-ċurniena.  Kif kien se jmiss iż-żara’, ibnu għajjat, “Pa, hemm dir

Grazzja u Glorja

“Huma u ħerġin, in-nies appellawlhom biex dawn il-ħwejjeġ jerġgħu jgħidulhomlhom is-Sibt ta’ wara. Meta ġiet xolta il-laqgħa tas-sinagoga, qabda mil-Lhud u mill-prożeliti li kienu jirreveru ’l Alla segwew lil Pawlu u ’l Barnaba, li tkellmu magħhom u pperswadewhom biex jissoktaw fil-grazzja t’Alla. Is-Sibt ta’ wara kważi l-belt kollha nġabret biex tisma’ kelmet Alla. Imma xħin il-Lhud raw il-folol, imtlew bil-ġelosija u bdew jikkontradixxu l-ħwejjeġ mitkellma minn Pawlu, u jivvilifikaw. Imbagħad Pawlu u Barnaba tkellmu bi qlubija u qalu, “Kien neċessarju li kelmet Alla tkun mitkellma lilkom l-ewwel. Ladarba tirroftawha u tiġġudikaw lilkom infuskom bħala mhux denji tal-ħajja eterna, issa se nduru lejn il-Ġentili. Għax hekk ikkmandana s-Sid: ‘Qegħidtek bħala dawl għall-Ġentili biex twassal is-salvazzjoni sa truf l-art.” Meta l-Ġentili semgħu dan, ferħu u gglorifikaw kelmet is-Sid; u emmnu dawk kollha li kienu maħturin għall-ħajja eterna. Kelmet is-Sid kienet qed tkun imferrxa matul ir-

Missier, Mexxina

“L-art maħruqa ssir għadira, u l-art għatxana għejjun ta’ ilma; u fejn kienu jgħammru x-xakalli, fejn kull wieħed minnhom kien jimtedd, il-ħaxix isir qasab u bordi. U jkun hemm triq ewlenija, triq li tissejjaħ it-triq il-qaddisa; l-imniġġsin ma jgħaddux minn fuqha; iżda tkun għal dawk li jimxu dik it-triq, u l-boloh ma jiġġerrewx fiha. L-ebda ljun ma jkun hemm, u l-ebda dbiba ħarxa ma titla’ minnha, u lanqas jinsabu hemm; iżda l-meħlusin jimxu fiha. U l-mifdijin tal-Mulej jerġgħu lura, u jidħlu Sijon b’għana; u ferħ dejjiem ikun fuq rashom, u jiksbu ferħ u hena, u n-niket u t-tnehid jaħarbu” (Isaija 35:7-10). It-triq tal-qdusija hi tant dritta u ċara li l-iktar imħuħ sempliċi ma jitfixklux jekk isegwuha kontinwament. L-għorrief tad-dinja jgħawġu u jilwu sikwit fit-toroq tagħhom, u jagħmlu skoss żbalji ħoxnin. Jitilfu d-destinazzjoni tagħhom. Min jimxi skont id-dinja jbati minn vista qasira, u meta tagħżel it-triq tad-dinja twaddbek ġo widien mudlama. Il-Kristjan jaf li l-aħjar ħ

It-Tarka Tiegħi

“Imma xħin opponewh u saru abbużivi, farfar ilbiesu bi protesta u qalilhom, ‘Demmkom fuq raskom stess! Jien innoċenti. Minn issa ’l quddiem se mmur għand il-Ġentili.’ Imbagħad telaq minn hemm u mar fid-dar ta’ wieħed jismu Titju Ġustu, li kien jirreveri ’l Alla; daru kienet tmiss mas-sinagoga. Krispu, il-kap tas-sinagoga, emmen fis-Sid ma’ daru kollha; u qabda mill-Korintin, li semgħu ’l Pawlu, emmnu u tgħammdu.Darba minnhom, billejl, is-Sid qal lil Pawlu f’apparizzjoni, ‘Tibżax aktar, iżda kompli tkellem u tiskotx, għax jien ninsab miegħek, u ħadd mhu se jaħbat għalik u jimmaltrattak, għax għandi ħafna nies f’dil-belt.’ Għalhekk ssetilja hemm sena u sitt xhur, jgħallem fosthom kelmet Alla” (Atti 18:6-11). Il-ġnus jistgħu jixxewxu kontra s-Sultan tas-slaten, iżda finalment tiegħu tgħaddi. Dan narawh kontinwament imfisser f’diversi ġrajjiet irrekordjati fl-Iskrittura. Sakemm il-Mulej kellu ċertu xogħol għal Pawlu x’jagħmel fil-belt ta’ Korintu, il-furja tal-folol kienet imrażżna.

Agħżel lil min se Sservi

“Il-lampa tal-ġisem hi l-għajn. Jekk mela għajnek hi b’saħħitha, ġismek kollu jkun mimli dawl. Imma jekk għajnek hi ħażina, ġismek kollu jkun mudlam. Jekk mela d-dawl fik hu dlam, kemm hu kbir dak id-dlam! Ħadd ma jista’ jaqdi żewġ sidien, għax jew jobgħod lil wieħed u jħobb lill-ieħor, jew ikun leali lejn wieħed u jiddisprezza lill-ieħor. Ma tistgħux taqdu ’l Alla u ’ll-flus. Minħabba f’hekk ngħidilkom, tinkwetawx għal ħajjitkom, x’se tieklu jew x’se tixorbu, lanqas għal ġisimkom, x’se tilbsu. Ewwilla l-ħajja mhix iżjed importanti mill-ikel, u l-ġisem mill-ilbies?” (Mattew 6:22-25).  Ma nistgħux ma nifhmux: ebda persuna mhi kapaċi sservi lil Alla u lilha nfisha! Baruk hawnhekk żbalja. Proprjament fi żmien meta kien qed jaqra l-iskroll waħħaxi, mimli vistu u lamentazzjoni, javża dwar il-gwaj li kellu jaqa’ fuq Iżrael f’qasir żmien, illi din il-kriżi imminenti kellha trażżan kull xewqa karnali għal opinjonijiet egoistiċi u glorja terrestri. Iżda le. Baruk fittixhom (Ġeremija 45:1

Bħal Baruk?

“Hekk jgħid il-Mulej, Alla ta’ Iżrael, għalik, o Baruk. “Int għidt: ‘Jaħasra għalija issa! Għax il-Mulej żied l-għali man-niket tiegħi; infnejt bit-tnehid tiegħi, u mistrieħ ma nsibx.’ Hekk tgħidlu: ‘Il-Mulej jgħid hekk, “Ara, dak li jien bnejt inġarrfu u dak li ħawwilt naqilgħu, imqar din l-art kollha. U tfittex għalik ħwejjeġ kbar? La tfittixhom, għax, ara, jien inġib il-ħsara fuq kull ħaġa ħajja,” jgħid il-Mulej, “iżda ħajtek nagħtihielek bħala priża f’kull post li int tmur fih”’” (Ġeremija 45:2-5).  Il-poplu t’Alla matul il-ġenerazzjoni dejjem issejjaħ biex jiċħad lilu nnifsu u jimmortifika d-dnub fih. Il-kumpanija glorjuża tal-appostli, ix-xirka edifikanti tal-profeti, u l-armata nobbli tal-martri, il-membri hienja kollha tal-knisja ta’ Kristu f’kull żmien, jitgħallmu jimxu skont programm radikalment differenti mill-prijoritajiet ta’ nies sekulari.  Aħna min aħna bħala wlied Alla, ilkoll ninsabu suġġetti għall-istess natura korrotta. Aħna nies tal-istess sentimenti u pa

Kristjan ta' Veru

“Saħansitra Xmun innifsu emmen, u wara li tgħammed żamm fil-qrib ma’ Filippu; u billi osserva sinjali u setgħat mirakolużi kbar jiġru quddiemu, baqa’ mnixxef. Meta l-appostli f’Ġerusalemm semgħu illi s-Samarija laqgħet kelmet Alla, bagħtulhom lil Pietru u ’l Ġwanni, li niżlu u talbu għalihom ħalli jirċievu l-Ispirtu s-Santu, għax kien għadu ma waqa’ fuq ħadd minnhom, imma biss kienu mgħammda f’isem is-Sid Ġesù. Imbagħad poġġew idejhom fuqhom, u rċevew l-Ispirtu s-Santu. Xħin Xmun ra illi l-Ispirtu kien mogħti bit-tqegħid t’idejn l-appostli, offrielhom il-flus. ‘Agħtu lili wkoll din l-abbiltà,’ qal, ‘sabiex fuq min inpoġġi jdejja jirċievi l-Ispirtu s-Santu.’ Imma Pietru wieġbu, ‘Ħa tmur il-fidda tiegħek għat-telfien miegħek, għax issupponejt li stajt tipprokura l-għotja t’Alla bil-flus! M’għandek la parti u lanqas sehem f’dil-materja, għax qalbek mhix sewwa quddiem Alla. Indem mela minn dal-ħażen tiegħek, u agħmel petizzjoni lis-Sid ħalli, jekk inhu possibbli, tinħafirlek l-intenzjon

F'Dar il-Missier

“‘Tħallux qalbkom tkun imħawda. Afdaw f’Alla; afdaw ukoll fija. F’dar Missieri hemm ħafna kmamar; kieku ma kienx hekk kont ngħidilkom. Jien sejjer nipprepara post għalikom. U jekk immur u nipprepara post għalikom, nerġa’ niġi u għad nirċevikom għandi nnifsi, sabiex fejn inkun jien, intom tkunu wkoll. Fejn sejjer jien tafuha t-triq għal hemm.’ Tumas qallu, ‘Ja Sid, ma nafux fejn sejjer, allura kif nistgħu nkunu nafu t-triq?’ Ġesù wieġbu, ‘Jien hu t-triq u l-verità u l-ħajja. Ħadd ma jiġi għand il-Missier ħlief permezz tiegħi’ (Ġwanni 14:1-6). Il-barka perfetta tal-fidili fil-Ġenna tkun tikkonsisti fl-immunità u ħelsien perfett minn kull ħażen u l-miżerja tiegħu; u fit-tgawdija sħiħa t’Alla, it-tajjeb ewlieni tagħna. F’dik il-belt, Ġerusalemm smewwitija, ngħammru fil-preżenza t’Alla, għax “it-tron t’Alla u tal-Ħaruf se jkun fil-belt, u l-qaddejja tiegħu se jaqduh. Għad jaraw ’il wiċċu, u ismu jkun fuq ġbienhom” (Rivelazzjoni 22:2-3). Kultant fuq l-art nesperjenzaw l-hena ta’ qima

Għadni ma Wasaltx

“Appena Marija waslet fejn kien Ġesù u ratu, intefgħet ma’ saqajh u qaltlu, ‘Ja Sid, kieku kont hawn, ħija ma kienx imut.’ Kif raha tibki, u l-Lhud li akkumpanjawha jibku magħha, Ġesù kien ikkommovat qatigħ fl-ispirtu u ddisturba ruħu. ‘Fejn qegħidtuh?’ staqsa. Qalulu, ‘Ja Sid, ejja u ara.’ Ġesù beka. Għalhekk il-Lhud qalu, ‘Ara kemm kien iħobbu!’ Imma xi wħud minnhom irrimarkaw, ‘Ma setax dal-bniedem, li fetaħ għajnejn l-għami, jagħmel li anke dan ma jmutx?’” (Ġwanni 11:32-37). Ġesù jħoss għalina. Xerred id-dmugħ għat-telfa ta’ ħabibu. Kien ikkommovat wisq. F’ċirkostanzi hekk iebsa talab lill-Missier. Dgħajjef fl-umanità; setgħan fid-divinità.  Min jaf x’ħass ukoll Lażżru kif ingħatatlu estensjoni ta’ għomru! U int, Kristjan, kif imissha ruħek titqanqal u tkun emozzjonat talli kont irxoxtat minn mewt fid-dnub għall-ħajja ta’ ġustizzja u mħabba. Swejt lis-Salvatur mhux biss id-dmugħ, mhux biss tnegħid u kommozzjoni. Swejtlu agunija, tortura lil hinn mill-ħsieb, sofferenzi l

Mitna Biex Ngħixu

“Mela billi nafu l-biża’ tas-Sid, nipprovaw nipperswadu lill-bnedmin. Imma x’aħna hu mmanifestat ’l Alla, u nittama li hu mmanifestat ukoll għall-kuxjenza tagħkom. M’aħniex qed nerġgħu nirrikmandaw lilna nfusna, iżda qed nagħtukom opportunità biex tiftaħru bina, sabiex ikollkom tweġiba għal dawk li jiftaħru bl-apparenza u mhux b’dak li hemm fil-qalb. Jekk aħna insensati, dan huwa għal Alla; jew jekk b’moħħna f’sikktu, dan għalikom. Għax l-imħabba ta’ Kristu tikkontrollana, billi kkonkludejna dan, illi wieħed miet għal kulħadd, u għalhekk ilkoll mietu. U miet għal kulħadd, sabiex dawk li jgħixu ma jmisshomx jgħixu iżjed għalihom infushom, iżda għal dak li miet għalihom u kien irxoxtat” (2 Korintin 5:11-15). Bħalma s-suwiċidju hu l-espressjoni tipika tal-ispirtu stojiku, u l-battalja tal-ispirtu ġelliedi, il-martirju dejjem jibqa’ l-att suprem u l-perfezzjoni tal-Kristjaneżmu. Azzjoni tixbah lil din inbdiet għalina, saret għall-benefiċċju tagħna, hi eżemplifikata għall-imitazzjoni

Valenu!

“Tfal ċkejknin tiegħi, qed niktbilkom dan sabiex ma tidinbux. Imma jekk xi ħadd attwalment jidneb, għandna Paraklitu mal-Missier, Ġesù Kristu l-ġust. Hu nnifsu l-propizjazzjoni għal dnubietna, u mhux għal tagħna biss iżda wkoll għad-dnubiet tad-dinja kollha. B’dan nafu illi għarafnieh, jekk inżommu l-kmandamenti tiegħu. Min jgħid, ‘Għaraftu,’ imma ma jżommx il-kmandamenti tiegħu, hu giddieb, u f’dan mhix il-verità. Imma kull min iżomm kelmtu, f’dan verament l-imħabba t’Alla hi pperfezzjonata” (1 Ġwanni 2:1-5).  Fil-mirja tal-liġi ġusta t’Alla naraw x’ħaġa profana u moqżieża hu d-dnub, irrispettivament kif u fejn espress. Dejjem hu abominabbli f’għajnejn Alla qaddis. Kwalunkwe ħażen jifred bejn Alla u l-midneb, u jistieden qirda eterna.  Il-vanġelu b’ebda mod ma jirrendi d-dnub inqas odjuż għal Alla, jew inqas mistkerrah. Altru! Aktarx, ipenġih b’iswed mill-iżjed karg, u juri l-malinnità perversa tiegħu bil-metodu grazzjuż tat-tpattija provduta. Ikkonsidra l-Ħaruf bla tebgħa,

Żomm il-Fjamma Mixgħula

“Għaldaqstant, maħbubin, ladarba qed tistennew dan, ħabirku ħalli tinstabu minnu fis-sliem, bla tebgħa u bla difett. Qisu l-paċenzja ta’ Sidna bħala salvazzjoni, bħalma wkoll il-maħbub ħuna Pawlu, skont l-għerf mogħti lilu, kitbilkom, bħalma fl-epistoli kollha tiegħu jitkellem fihom dwar dawn il-ħwejjeġ. Fihom hemm xi affarijiet diffiċli biex tifhimhom, li dawk injoranti u instabbli jgħawġuhom, bħalma jittrattaw ukoll il-bqija tal-Iskritturi, għall-qirda tagħhom stess. Intom mela, maħbubin, billi tafu dan diġà, għassu sabiex ma tinġarrux mill-errur tan-nies bla liġi u taqgħu mis-sodizza tagħkom. Imma ikbru fil-grazzja u t-tagħrif ta’ Sidna u s-Salvatur Ġesù Kristu. Lilu tkun il-glorja kemm issa u għal dejjem! Ammen” (2 Pietru 3:14-18). Ħa nkunu konxji tal-periklu quddiemna. Dejjem għandna xeħta nitkaxkru lil hemm bl-errur tax-xitan, jew naqgħu mill-qagħda stabbli tagħna, u l-fidi tagħna f’Ġesù tibred. Minħabba f’hekk il-Bibbja regolarment twissina u teżortana biex neżerċitaw ru

Bix-Xorti jew bix-Xettru?

“Il-ħsibijiet tal-qalb huma tal-bniedem, iżda t-tweġiba tal-ilsien mingħand il-Mulej. Qalb il-bniedem taħseb fi triqtu, iżda l-Mulej imexxilu riġlejh. Ix-xorti tintefa’ fil-ħoġor, iżda min jaqta’ kollox hu l-Mulej. Ix-xorti twaqqaf il-ġlied u tiddeċiedi bejn is-setgħana. Ħafna ħsibijiet hemm f’qalb il-bniedem, iżda hi l-fehma tal-Mulej li sseħħ. Il-passi tal-bniedem jidderigihom il-Mulej; kif mela l-bniedem jista’ jifhem x’għandu jgħaddi mingħalih? Qalb is-sultan f’id il-Mulej bħax-xmajjar tal-ilma; kull fejn jogħġbu jdawwarha” (Proverbji 16:1,9,33; 18:18; 19:21; 20:24; 21:1). Sikwit nisimgħu u saħansitra aħna stess ngħidu diskors bħal dan li ġej: “Ara x’kumbinazzjoni kelli niltaqa’ miegħek!” Jew, “Kont nippassiġġa u nzerta rajt aċċident stradali.” Jew, “X’żinn dak, konna qegħdin nilagħbu u d-dada ġietni l-istess numru għal erba’ darbiet wara xulxin.” Inkunu qed nammettu li m’għandna ebda kontroll fuq ħafna ċirkostanzi, sempliċement ngħaddu minnhom mingħajr ma niddeċiedu xejn mi

Biki Billejl, Ferħ Filgħodu

“‘F’fawra ta’ għadab ħbejt għal ftit wiċċi minnek, iżda bi ħniena għal dejjem nitħassrek,’ jgħid il-Feddej tiegħek, il-Mulej. ‘Għax dan hu bħall-ilmijiet ta’ Noè għalija: għax bħalma ħlift li l-ilmijiet ta’ Noè ma jitilgħux aktar fuq l-art, hekk ħlift li ma nerġax iżjed nagħdab għalih, u lanqas inċanfrek. Għax il-muntanji jisgħu jitilqu u l-għoljiet jitheżżu, iżda mħabbti ma titħarrikx minn miegħek, u lanqas il-patt tas-sliem tiegħi ma jitħarrek,’ jgħid il-Mulej li jħenn għalik” (Isaija 54:8-10). L-imħabba hi dejjem trasparenti u komunikattiva; ma tostor xejn. Alla ma ħebiex minn Abraħam x’kien biħsiebu jagħmel rigward il-bliet immorali (Ġenesi 18:17). L-Imgħallem jgħidilna, “Intom ħbiebi.” Is-sempliċi servi ma jkunux midħla tas-sigrieti ta’ sidhom; iżda l-ħbieb iva. Għalhekk l-interpretu l-kbir tal-imħabba pattwali t’Alla lejna jgħidilna, “Minflok, sejjaħtilkom ħbieb, għax għarraftilkom kulma smajt mingħand Missieri” (Ġwanni 15:15).  L-imħabba dejjem tfawwar f’qalbu, avolja

Ħafna Ħniniet

“Imbierek ikun Alla u Missier Sidna Ġesù Kristu, Missier il-mogħdrijiet u Alla ta’ kull faraġ, li jfarraġna fl-afflizzjoni kollha tagħna, biex inkunu kapaċi nfarrġu ’l dawk fi kwalunkwe afflizzjoni bil-faraġ li bih aħna nfusna mfarrġin minn Alla. Għax bħalma joktru fina s-sofferenzi ta’ Kristu, hekk ukoll permezz ta’ Kristu joktor il-faraġ tagħna. Jekk aħna ttribulati, dan hu għall-faraġ u s-salvazzjoni tagħkom; jekk aħna mfarrġin, dan hu għall-faraġ tagħkom, li jipproduċi fikom saportu paċenzjuż tal-istess sofferenzi li aħna wkoll inbatu. U tamitna għalikom hi ferma, billi nafu illi bħalma intom partiċipanti fis-sofferenzi tagħna, hekk ukoll intom partiċipanti fil-faraġ tagħna” (2 Korintin 1:3-7). Jekk jidhirlek li Alla qed jittardja bil-ħniniet tiegħu, iskot! Tikkritikax u tfexfixx! Ħaġa waħda agħmel: ibqa’ stennieh, għax ma jiddiżappuntax indefinittivament. L-orarju tiegħu hu differenti minn tiegħek, dak kollox. Appena tirrifletti tikka, tintebaħ illi t-tnikkir divin hu realm

Is-Siġill tal-Ispirtu

“Huma kemm huma l-wegħdi t’Alla, fi Kristu hemm l-‘Iva’ tagħhom. Konsegwentement ukoll permezz tiegħu l-‘Ammen’ tingħad minna għall-glorja t’Alla. Issa hu Alla li jistabbilina flimkien magħkom fi Kristu, u unzjonana, li wkoll issiġillana, u tana l-Ispirtu tiegħu fi qlubna bħala kapparra. Jien insejjaħ ’l Alla bħala xhud għal ruħi, illi biex niffrankahielkom ma ġejtx iżjed f’Korintu. Mhux għax niddominaw fuq il-fidi tagħkom, iżda aħna kollaboraturi magħkom għall-ferħ tagħkom, għax huwa bil-fidi illi tinsabu weqfin fermi” (2 Korintin 1:20-24). Alla tana għotja kontra għotja. Waħda minnhom hi l-unzjoni tiegħu. Ikkonsagrana, jew litteralment ‘unzjonana,’ ċoè, sawwab iż-żejt fuq ir-ras, bħala sinjal ta’ sejħa u tisħiħ divin. Bħalma Alla unzjona lil Ġesù għal servizz u ministeru partikolari, hekk ukoll unzjona lilna għall-ministeri tagħna, mhux biż-żejt, imma bil-qawwa tal-Ispirtu.  Għotja oħra relatata hija l-issiġillar tal-Ispirtu. Siġill uffiċjali jindika awtorità u pussess. J

Min hu Ipokritu?

“Tiġġudikawx, sabiex ma tkunux iġġudikati. Għax bl-istess mod kif tiġġudikaw se tkunu ġġudikati, u bil-kejl li tkejlu se jkun imkejjel lilkom. Għaliex tara l-iskalda f’għajn ħuk, imma ma tinnotax it-travu f’għajnek stess? Jew kif tista’ tgħid lil ħuk, ‘Ħallini nneħħilek l-iskalda minn għajnek,’ meta travu jinsab f’għajnek stess? Ja ipokrita, neħħi l-ewwel it-travu minn għajnek stess, u mbagħad tara sew biex tneħħi l-iskalda minn għajn ħuk” (Mattew 7:1-5). Meta affrontati bl-evanġelju, u jisimgħu l-istedina għas-salvazzjoni, in-nies iġibu l-iskużi. Waħda minnhom hi illi l-Kristjani huma ipokriti. Jekk int wieħed minnhom, jaqbillek tiftakar fil-kumment ta’ Eżopu, meta josserva kif, skont il-folklor antik, kull bniedem jitwieled fid-dinja b’żewġ barżakki mdendla m’għonqu – waħda quddiem u l-oħra warajh. Bil-mod il-mod, hu u jikber, il-barżakki jibdew jimtlew bid-difetti, nuqqasijiet, imperfezzjonijiet, defiċjenzi u l-bqija. Ironikament, fil-barżakka quddimina nixħtu d-difetti tal-p

Entrapriża b'Enerġija

“L-aħwa, jien ma nikkonsidrax lili nnifsi li diġà qbadtu. Imma ħaġa waħda nagħmel: ninsa l-ħwejjeġ li jinsabu warajja u niġġebbed għall-ħwejjeġ quddiemi. Qed nisforza lejn l-objettiv għall-premju tas-sejħa t’hemm fuq mingħand Alla fi Kristu Ġesù. Dawk kollha li huma maturi fostna jmisshom jadottaw dil-perspettiva. U jekk f’xi ħaġa għandkom fehma differenti, dan ukoll Alla se jiżvelalkom. Biss ħa nissoktaw ngħixu skont l-istandard li diġà lħaqna” (Filippin 3:13-16). Jekk tistma individwu kif inhu, jibqa’ kif ikun, imma jekk tittrattah bħallikieku sar x’jista’ jkun, isir dak li jista’ jkun. F’dar-rigward l-atteġġjament hu importantissmu.  Mill-istess tieqa ta’ ħabs, wieħed jara t-tajn fil-bitħa, l-ieħor il-kwiekeb fis-sema. Jekk bħalissa nixbah lil dak li josserva biss it-tajn, hemm bżonn bidla radikali fija. Ħadd ma jieħu pjaċir bil-bidliet, għax jinvolvu sfidi u pjanar. Nistgħu ngħidu li l-unika persuna li tieħu pjaċir b’tibdila hi tarbija bil-ħarqa għasra. Il-bqija, aħna lk

The Christian

Honor and happiness unite To make the Christian's name a praise; How fair the scene, how clear the light, That fills the remnant of His days! A kingly character He bears, No change His priestly office knows; Unfading is the crown He wears, His joys can never reach a close. Adorn'd with glory from on high, Salvation shines upon His face; His robe is of the ethereal dye, His steps are dignity and grace. Inferior honors He disdains, Nor stoops to take applause from earth; The King of kings Himself maintains The expenses of His heavenly birth. The noblest creature seen below, Ordain'd to fill a throne above; God gives him all He can bestow, His kingdom of eternal love! My soul is ravished at the thought! Methinks from earth I see Him rise! Angels congratulate His lot, And shout Him welcome to the skies.          - William Cowper

Lejn il-Missier

“Is-snin ta’ ħajjitna jgħibu bħal nifs. Jiem ħajjitna huma tliet għexieren u għaxar snin; u għal dawk li huma b’saħħithom, jilħqu t-tmenin sena. Iżda jekk iżidu għomorhom ikunu taħbit u għali, għax malajr jgħaddu, u aħna ngħaddu magħhom. Min jista’ jifhem il-qawwa tal-qilla tiegħek u tal-għadab tiegħek, skont il-biża’ li jistħoqqlok? Għalhekk għallimna ngħoddu jiem ħajjitna sabiex ikollna qalb għarfa” (Salmi 90:9-12). Kemm tabilħaqq inħossu li għomorna hu transitorju? Jgħaddi bħal dell fuq ħajt. Jisfuma fix-xejn bħal ċpar li jidher għal ftit. Hu għaqal għalina nistmaw ħajjitna, bil-kumplessità u l-kwantità kollha tagħha, bħala l-ġinnasju li fih qed nippreparaw għall-Ġenna. Irridu naslu f’punt fejn tabilħaqq inħarsu lejn il-preparazzjoni għall-mewt bħala l-ewwel pass biex nitgħallmu ngħixu.  Fil-ġenerazzjonijiet mgħoddija, ħutna fil-fidi esperjenzaw persekuzzjoni sistematika minħabba l-fedeltà tagħhom lejn Sidna Ġesù. Illum ingawdu bosta kumditajiet fid-dar li l-predeċessuri

Sinċerità Sabiħa

“Alla xhud tiegħi, kemm nixxennaq għalikom ilkoll bl-affezzjoni ta’ Kristu Ġesù. U dan nitlob, li mħabbitkom toktor aktar u aktar f’tagħrif sħiħ u kull dixxerniment, ħalli intom tapprovaw l-aħjar ħwejjeġ, sabiex tkunu sinċieri u inoffensivi sa jum Kristu, mimlijin bi frott il-ġustizzja li jiġi permezz ta’ Ġesù Kristu - għall-glorja u t-tifħir t’Alla” (Filippin 1:8-11). Is-sinċerità hi ħelsien mill-ipokresija jew dissimulazzjoni. Il-kelma Latina sincerus , li minnha hi derivata l-kelma tagħna “sinċier,” hi komposta minn sine u cera, “bla xama’,” b’referenza għall-għasel pur, mhux imħallat bix-xama’. Tagħtina x’nifhmu li s-sinċerità hi prinċipju pur u dritt. Jekk l-ipokresija hi bħal pinn – ippontata f’direzzjoni waħda, u frattant għandha rasha band’ oħra – is-sinċerità taf fejn sejra, bla ma taqa’ għal bużullotti. Il-Griegi għandhom il-kelma eilikrineia . Fost passi oħra nsibuha meta Pawlu jgħid: “Issa l-ftaħir tagħna hu dan: ix-xhieda tal-kuxjenza tagħna, illi kkomportajna r

Il-Kelb Fil-Maxtura

Wieħed kelb tkeċċa minn dar sidu għax meta suppost kellu jagħmel l-għassa kien iħobb jitgħażżen u jorqod u jħalli kollox għaddej. Billi ma kellux fejn imur spiċċa daħal għall-kenn f’razzett; għal billejl ġieh f’rasu jorqod hemm. Ir-raħħal induna bih u billi deher domestikat ma tahx fastidju. Inzerta l-bard. Il-kelb sab rokna fil-maxtura, qalb it-tiben, u għamel soddtu għas-sħana. Ftit wara li mtedd, ġie l-gendus biex ilaqqat ftit tiben qabel jorqod. Il-kelb, li ma kienx kapaċi jiekol tiben, beda jinbaħlu u ma ħalliehx jieħu troffa għall-istonku tiegħu. Kif ra hekk, il-bidwi ġie bil-furkettun u keċċieh ’il barra.

Parir ta' Xadin

Wieħed xadin xtaq iġib riforma fost sħabu. Għalhekk siefer biex jieħu kors, jitgħallem u jirritorna, armat biex itejjeb lil pajjiżu. Sfortunatament inqabad mill-kaċċaturi, ħaduh f’belt, u hemm inbiegħ f’gaġġa lil bint wieħed sinjur. Ix-xebba żammitu bħala l-pett tagħha f’kamritha. Hemmhekk dera josservaha tiżżejjen u tippettna u tipprova libsa waħda wara l-oħra quddiem il-mera. Biex jingħoġob magħha beda jagħmel ħsejjes li jiġbdulha l-attenzjoni. Malajr iggostatu għax indunat li ried jgħidilha prosit, prosit, prosit, għal kull mossa tagħha. Ix-xadin intebaħ illi biex wieħed jirnexxi kulma għandu jagħmel hu illi jimxi mal-kurrent, ineffaħ lis-sidien tiegħu, u jaġixxi skont kapriċċihom. Tant kiseb il-konfidenza tax-xebba illi bdiet tiftaħlu l-gaġġa siegħa kuljum. Kif darba ra l-bieb ta’ barra miftuħ, qal, “Issa ċ-ċans!” u ħarbilha. Mal-ewwel mar fil-kolonja tax-xadini, u impressjona lil sħabu mhux ftit bil-kostum tiegħu, il-maxta, l-indafa, il-fwejjaħ, u l-mutetti kollha tiegħu. “Ġe

Sunday: The Lord's Day

How welcome to the saints, when pressed With six days noise, and care, and toil, Is the returning day of rest, Which hides them from the world awhile? Now, from the throng withdrawn away, They seem to breathe a different air; Composed and softened by the day, All things another aspect wear. How happy if their lot is cast, Where statedly the gospel sounds The word is honey to their taste, Renews their strength, and heals their wounds! Though pinched with poverty at home, With sharp afflictions daily fed; It makes amends, if they can come To God’S own house for heav’nly bread! With joy they hasten to the place, Where they their Savior oft have met; And while they feast upon his grace, Their burdens and their griefs forget. This favored lot, my friends, is curs, May we the privilege improve; And find these consecrated hours, Sweet earnests of the joys above! We thank thee for thy day, O Lord, Here we thy promised presence seek; Open thine hand, with blessings s

Il-Kritiku

Wieħed kritiku famuż, b’ħafna dottorati, irnexxielu jiġbor id-difetti kollha ta’ poeta eminenti, u stampahom fi ktieb. Dritt mar bil-pubblikazzjoni ġdida għand Apollo, l-alla tal-arti, u preżentalu r-riċerka tiegħu, frott l-istudju u l-bżulija. Apollo xtaq jagħmillu kumpliment u jpattilu b’xi mod. “Ara, sieħeb,” qal lill-kritiku. “Nixtieq inħallsek tat-taħbita.” U ħadu ġo maħżen mimli xkejjer bil-qamħ, lesti biex jittieħdu l-mitħna ħalli jsiru dqiq tajjeb għall-ħobż. “Aqbad din ix-xkora,” kompla jgħidlu. “Nixtieqek tnaqqi minnha s-sifa.” Il-kritiku assuma illi x-xkora se tkun tiegħu, u dam ġurnata sħiħa jneħħi l-ftit karfa li kien hemm mal-qamħ. Ixxarrab tixriba għaraq, u fl-aħħar preżenza x-xkora lura lil Apollo. Fil-pala t’id waħda kellu wkoll il-karfa. “Inroddlok ħajr,” qallu sidu Apollo. “Għat-taħbita tiegħek tista’ żżomm il-karfa.”

True And False Comforts

O God, whose favorable eye, The sin-sick soul revives, Holy and heavenly is the joy Thy shining presence gives. Not such as hypocrites suppose, Who with a graceless heart Taste not of Thee, but drink a dose, Prepared by Satan's art. Intoxicating joys are theirs, Who while they boast their light, And seem to soar above the stars, Are plunging into night. Lull'd in a soft and fatal sleep, They sin and yet rejoice; Were they indeed the Saviour's sheep, Would they not hear His voice? Be mine the comforts that reclaim The soul from Satan's power; That make me blush for what I am, And hate my sin the more. 'Tis joy enough, my All in All, At Thy dear feet to lie; Thou wilt not let me lower fall, And none can higher fly.          - William Cowper

True Pleasures

Lord, my soul with pleasure springs When Jesu's name I hear: And when God the Spirit brings The word of promise near: Beauties too, in holiness, Still delighted I perceive; Nor have words that can express The joys Thy precepts give. Clothed in sanctity and grace, How sweet it is to see Those who love Thee as they pass, Or when they wait on Thee. Pleasant too to sit and tell What we owe to love Divine; Till our bosoms grateful swell, And eyes begin to shine. Those the comforts I possess, Which God shall still increase, All His ways are pleasantness, And all His paths are peace. Nothing Jesus did or spoke, Henceforth let me ever slight; For I love His easy yoke, And find His burden light.           - William Cowper