Skip to main content

Mitna Biex Ngħixu

“Mela billi nafu l-biża’ tas-Sid, nipprovaw nipperswadu lill-bnedmin. Imma x’aħna hu mmanifestat ’l Alla, u nittama li hu mmanifestat ukoll għall-kuxjenza tagħkom. M’aħniex qed nerġgħu nirrikmandaw lilna nfusna, iżda qed nagħtukom opportunità biex tiftaħru bina, sabiex ikollkom tweġiba għal dawk li jiftaħru bl-apparenza u mhux b’dak li hemm fil-qalb. Jekk aħna insensati, dan huwa għal Alla; jew jekk b’moħħna f’sikktu, dan għalikom. Għax l-imħabba ta’ Kristu tikkontrollana, billi kkonkludejna dan, illi wieħed miet għal kulħadd, u għalhekk ilkoll mietu. U miet għal kulħadd, sabiex dawk li jgħixu ma jmisshomx jgħixu iżjed għalihom infushom, iżda għal dak li miet għalihom u kien irxoxtat” (2 Korintin 5:11-15).

Bħalma s-suwiċidju hu l-espressjoni tipika tal-ispirtu stojiku, u l-battalja tal-ispirtu ġelliedi, il-martirju dejjem jibqa’ l-att suprem u l-perfezzjoni tal-Kristjaneżmu. Azzjoni tixbah lil din inbdiet għalina, saret għall-benefiċċju tagħna, hi eżemplifikata għall-imitazzjoni tagħna, u komunikata lill-fidili kollha, minn Kristu fuq il-Kalvarju.

Imma jerġa’ aktar sfidanti mill-martirju, nafferma, huwa l-prospett li nkun sagrifiċċju ħaj għar-Redentur li ssagrifika lilu nnifsu biex jilliberani minni nnifsi u minn ħżuniti.

Meta James Calvert reħielha bħala missjonarju għall-kannibali fuq il-Gżejjer Fiġi, il-kaptan tal-bastiment li wasslu sal-port prova jikkonvinċieh biex jibdel ħsiebu u jmur lura d-dar. “Se titlef ħajtek u ’l dawk li qed jakkumpanjawk fost dawn is-slavaġ.” Qallu Calvert: “Aħna mitna qabel ma ġejna hawn.” It-tweġiba tiddimostra mhux biss x’jiswa l-impenn, iżda wkoll x’raġunament hemm warajh. 

Talba: “Mulej Ġesù, jien imsallab miegħek. Mewtek hi mewti, u allura bl-irxoxt tiegħek int qajjimtni miegħek għat-tiġdid ta’ ħajti. Ma rridx nikkonċentra iżjed fuq l-avvanz personali tiegħi. Agħmel li l-prijorità tiegħi tkun l-estensjoni ta’ saltnatek u l-ġustizzja tiegħek, iva l-milja tiegħi fl-imħabba u fil-ġustizzja, għall-unur tiegħek stess. Ammen.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Is-Sunnara Mistura

“Tkunux idolatri, bħal xi wħud minnhom; bħalma hu miktub: ‘In-nies poġġew jieklu u jixorbu, u qamu jilagħbu.’ M’għandniex niffornikaw, bħalma xi wħud minnhom iffornikaw, u mietu tlieta u għoxrin elf f’jum wieħed. M’għandniex inġarrbu lis-Sid, bħalma xi wħud minnhom ġarrbuh, u kienu meqrudin mis-serpenti; lanqas tgemgmu, kif xi wħud minnhom gemgmu, u kienu meqrudin mill-anġlu qerried. Issa dawn il-ħwejjeġ ġraw lil dawk in-nies bħala eżempji, u nkitbu bħala ammoniment għalina, li fuqna wasal it-twettiq taż-żminijiet. Għalhekk min jidhirlu li jinsab wieqaf fis-sod għandu joqgħod attent li ma jaqax! Ebda tiġrib ma qabadkom ħlief dak li hu komuni għall-umanità. Però Alla hu fidil, u mhux se jħallikom tkunu mġarrbin lil hinn milli kapaċi tifilħu, iżda mat-tiġrib jipprovdi l-ħruġ ukoll, ħalli tkunu tistgħu tissaportuh” (1 Korintin 10:6-13). It-tiġrib jippreżenta ruħu attraenti; iwiegħed il-kuntentizza, almenu kuntentizza temporanja. Imma qatt ma jiġi b’idejh vojta – joffrili s-sodisfa...

Alla u l-Atomu huma Inviżibbli

“Għax ir-rabja t’Alla qed tkun irrivelata mis-sema kontra kull empjetà u inġustizzja tal-bnedmin li jissopprimu l-verità fl-inġustizzja, għaliex dak li jista’ jkun magħruf dwar Alla hu evidenti għalihom, għax Alla lilhom immanifestah. Għax l-attributi inviżibbli tiegħu – kemm is-setgħa dejjiema kif ukoll in-natura divina tiegħu – jidhru distintivament mill-ħolqien tad-dinja, mifhuma mill-ħwejjeġ magħmula, tant li huma bla skuża” (Rumani 1:18-20). Alla mhu mkien, jew kullimkien? L-ateiżmu u l-Kristjaneżmu huma ż-żewġ pożizzjoni li ma jippretendu ebda inkonsistenza. Kwalunkwe filosofija bejniethom – deiżmu, anjostiċiżmu, edoniżmu, panteiżmu, u l-bqija – huma kollha kompromettenti. Jekk is-soċjetà tipprova tinbena fuq l-edoniżmu, pereżempju, ir-riżultat mhux diffiċli tindovinah bil-quddiem. Jirriżulta biss kaos u diżgwid.  Jekk Bin Marija mhuwiex ukoll Bin Alla, m’għandna ebda kawża soda kontra l-ateiżmu. Avolja xi atej huma biss atej fil-bnazzi, xorta rridu nkunu lesti nwa...