Skip to main content

Posts

Showing posts from December, 2017

Mixja Mal-Mulej

“Issa kien hemm xi Griegi fost dawk li telgħu sabiex jaduraw fil-Festa. Dawn marru għand Filippu, li kien minn Betsajda fil-Galilija, u rrikjestawh, ‘Sinjur, nixtiequ naraw lil Ġesù.’ Filippu mar u qal lil Indrì, imbagħad Indrì u Filippu marru u qalu ’l Ġesù. Ġesù weġibhom, ‘Waslet is-siegħa illi jkun igglorifikat Bin il-Bniedem. Tassew, tassew ngħidilkom, jekk il-ħabba tal-qamħ li taqa’ fl-art ma tmutx, din tibqa’ waħidha, imma jekk tmut tipproduċi qabda frott’” (Ġwanni 12:20-24). Il-grandizza mondana taħkem fuq il-moħħ naturali, iżda meta tabilħaqq naraw lil Ġesù, bil-fidi, inkunu rridu nwarrbu minna ġugarelli tat-trabi. Għandna s-Sid smewwieti, infinitament superjuri għall-frugħat baxxi, li jgħaddu. L-essenza tal-evanġelju, l-hena tal-midinbin u l-glorja ta’ kull kredenti tikkonsisti f’did-dehra.  X’inhi l-ħajja mingħajrha? Tlifna kull ġustizzja, qdusija u hena, fina nfusna; imma hawn nilmħuha lkoll, bil-Ġenna u l-glorja magħhom, restawriti għalina fi Kristu. O x’jum hien

New Year

Another year has now begun With silent pace its course to run; Our hearts and voices let us raise To God in prayer and songs of praise. Father, Thy bounteous love we bless, For gifts and mercies numberless; For life and health, for grace and peace, For hope of joys that never cease. O Son of God, in faith and fear Teach us to walk as strangers here, With hearts in heaven, that we may come To where Thou art, our Father's home. Grant us, O Comforter, Thy grace, And speed us on our earthly race, In body, spirit, and in soul, Right onward to the heavenly goal. Thou, Lord, who makest all things new, O give us hearts both pure and true; That we, as jewels, ever Thine, In new Jerusalem may shine. Blest Three in One, to Thee we pray; Defend and guide us on our way; That we at last with joy may see The new year of eternity!                     - Christopher Wordsworth, 1807-85.

Riżoluzzjonijiet għas-Sena l-Ġdida

Il-prattika illi nagħmlu riżoluzzjonijiet ġodda fil-bidu tas-sena tmur lura aktar minn tlett elef sena ilu. Insibuha fost il-Babilonjani antiki. L-idea hi: bidu ġdid, drawwa ġdida. Fir-realtà ma jiġri xejn mistiku bejn l-aħħar ta’ Diċembru u l-ewwel ta’ Jannar. Hu sempliċement kalendarju kif irranġajnieh aħna għall-konvenjenza.  Frattant in-nies jiddeċiedu illi jnaqqsu mill-piż, jagħmlu aktar eżerċizzju, ma jibqgħux ipejpju, jonfqu flushom b’aktar għaqal, iqattgħu aktar ħin ma’ wliedhom, ma jidgħux aktar, jikkontrollaw ix-xorb alkoħoliku, u diversi affarijiet oħra. Il-fissazzjoni evidentement hi fuq ħwejjeġ materjali jew fiżiċi.  F’dan kollu s-saħħa tar-ruħ hi traskurata. Ftit huma dawk li jiddeterminaw biex jitolbu aktar, jaqraw il-Bibbja Mqaddsa kuljum, jaħfru mill-qalb, iħobbu mqar lill-għedewwa tagħhom, u jattendu knisja Evanġelika regolarment. Dawn kollha huma ammirabbli, u ta’ min jirrikmandahom.  Min jagħmilhom, però, sikwit ma jkomplihomx. Jagħmel ġimgħa jew ġimg

For The New Year

The Lord, our salvation and light, The guide and the strength of our days; Has brought us together, tonight, A new Ebenezer to raise: The year, we have now passed through, His goodness with blessings has crowned; Each morning his mercies were new, Then let our thanksgivings abound. Encompassed with dangers and snares, Temptations, and fears, and complaints; His ear he inclined to our prayers, His hand opened wide to our wants: We never besought him in vain, When burdened with sorrow or sin, He helped us again and again, Or where, before now, had we been? His gospel, throughout the long year, From Sabbath to Sabbath he gave; How oft has he met with us here, And shown himself mighty to save? His candlestick has been removed From churches once privileged thus; But, though we unworthy have proved, It still is continued to us. For so many mercies received, Alas! what returns have we made? His Spirit we often have grieved, And evil, for good, have repaid: How

L-Imħabba tal-Lampuki

A: Għaliex qed tiekol dik il-lampuka? B: Għax inħobbha. A: Tħobb il-lampuka? Tħobbha tant illi tellajtha mill-baħar, sewwejtha u xwejtha fuq il-gradilja? B: Allura? A: Tgħidx, “Inħobbha.” Għid, “Inħobb lili nnifsi, u t-togħma tal-lampuka togħġobni.” B: Toqgħodx tfettaq. A: Ħafna mill-imħabba li nitkellmu dwarha hi mħabba tal-lampuki. B: X’jiġifieri? A: Ara, ġuvni jiġġennen għal tfajla partikolari. “Inħobbha! Inħobbha!” jesklama. Imissu jgħid illi f’din it-tfajla jara persuna li tista’ tissodisfalu l-bżonnijiet emozzjonali u fiżiċi tiegħu. U hi abbli tibda tinnamra miegħu għax tikkalkula li dal-ġuvni kapaċi jagħmilha ferħana u kuntenta.  B: Mhux hekk imorru l-affarijiet? A: Ħafna drabi hekk isir, iva; iżda din mhix imħabba. Hi biss biċċa negozju fejn wieħed jikkonsidra x’jista’ jiggwadanja għalih innifsu. Fir-realtà nħobbu biss lil dawk li nagħtuhom, mhux lil dawk li nisperaw illi nirċievu mingħandhom. B: Grazzi tal-lezzjoni, avolja issa q

Treddin jew Tħabrik?

“F’kull taħbit hemm il-qliegħ, iżda fit-tlablib hemm l-għaks. Kun af tajjeb kif inhuma l-għanem tiegħek, u ħu ħsieb l-imrieħel tiegħek. Għax l-għana ma jibqax għal dejjem, u lanqas kuruna ma ddum minn nisel għal nisel. Meta jinħasad il-ħaxix, jidher l-inbiet, u jinġema’ l-ħuxlief tal-muntanji. Il-ħrief jagħtuk l-ilbies u l-bdabad jagħtuk b’kemm tiswa għalqa. U int ikollok ħalib tal-mogħoż biżżejjed għall-ikel tiegħek, għall-ikel ta’ nies darek, u għall-ħajja tax-xbejbiet tiegħek. Min jgħasses it-tina jiekol il-frott tagħha; hekk min jgħasses lil sidu jitweġġaħ” (Proverbji 14:23-27; 27:18).  Mela darba kien hemm ċorma ġrieden, li ltaqgħu flimkien biex jiftiehmu bejniethom kif se jeħilsu mill-qattus kiefer. Wara strappata diskors, qabeż ġurdien u qal: “Norbtulu ġolġol m’għonqu. Hekk meta jkun ġej, nisimgħu l-ħoss u naħarbu minnufih.” Kulħadd feraħ b’idea tant stupenda, sakemm ġurdien xiħ, qiegħed jissamma’ mir-rokna, interviena u qal: “Min se jmur jorbot il-ġolġol m’għonq il-qattu

Kristu Hu Kollox!

“Imma issa intom imisskom tneħħu dawn il-ħwejjeġ kollha: ir-rabja, l-għadab, il-malizzja, l-ikkalunnjar u diskors oxxen minn ħalqkom. Tigdbux lil xulxin, ladarba nżajtu l-bniedem il-qadim bil-prattiċi ħżiena tiegħu, u lbistu l-ġdid, li qed jiġġedded fit-tagħrif veru skont l-immaġni ta’ min ħalqu – tiġdid fejn m’hemmx distinzjoni bejn Grieg u Lhudi, ċirkonċiżjoni u inċirkonċiżjoni, barbaru, Skita, ilsir jew liberu, iżda Kristu hu kollox u f’kulħadd” (Kolossin 3:8-11). “Kristu hu kollox.” X’dikjarazzjoni tremenda u solenni! X’feliċità tikbes f’kull ħobb ta’ nies li jafuh u jagħrfu x’ifisser għalihom!  Jekk matul il-jum ix-xemx tiddi fis-sema, Kristu hu msejjaħ ix-Xemx tal-Ġustizzja. Jekk billejl u qed tara l-kwiekeb, Kristu hu msejjaħ Kewkba, il-Kewkba li toħroġ minn Ġakobb. Jekk hu bi nhar, hu msejjaħ il-Matutina. Jekk hu nofsinhar, u d-dinja tinsab mgħarrqa f’dawl fejjieqi, Kristu hu “dak id-dawl li jdawwal lil kull bniedem li jiġi fid-dinja” (Ġwanni 1:9). Jekk tosserva n-na

Fidi li Topera bl-Imħabba

“Għal-libertà Kristu lliberana. Ieqfu sħiħ, mela, u terġgħux tkunu suġġetti għal madmad ta’ jasar. Ara! Jien, Pawlu, ngħidilkom illi jekk tkunu ċirkonċiżi, Kristu xejn affattu mhu se jiswielkom. Nerġa’ nafferma ’l kull biedem li jkun ċirkonċiż, illi hu obbligat iħares il-liġi kollha. Tinsabu maqtugħin minn Kristu, intom li qed tipprovaw tkunu ġġustifikati bil-liġi; waqajtu ’l barra mill-grazzja. Iżda aħna permezz tal-Ispirtu, bil-fidi, qed nistennew bil-ħeġġa l-ġustizzja li għaliha nittamaw. Għax fi Kristu Ġesù la ċ-ċirkonċiżjoni ma tgħodd xi ħaġa u lanqas l-inċirkonċiżjoni, iżda l-importanti hi l-fidi li topera permezz tal-imħabba” (Galatin 5:1-6). Il-fidi ma tiddependix fuq kondizzjonijiet intellettwali. Nies bla skola u illiterati kapaċi jkunu għonja fil-fidi u werrieta tas-saltna daqs l-aqwa teologu. Aktarx, il-fidi tiddependi fuq l-orali, għax “il-fidi tiġi mis-smigħ tal-messaġġ, u s-smigħ permezz ta’ kelmet Kristu” (Rumani 10:17).  Naturalment, l-illitterat m’għandux g

Unto Us a Child is Born

To us a Child of royal birth, Heir of the promises, is given; The Invisible appears on earth, The Son of man, the God of heaven. A Saviour born, in love supreme He comes our fallen souls to raise; He comes His people to redeem With all the plentitude of grace. The Christ, by raptured seers foretold, Filled with the eternal Spirit's power, Prophet, and Priest, and King behold, And Lord of all the worlds adore. The Lord of hosts, the God most high, Who quits His throne on earth to live, With joy we welcome from the sky, With faith into our hearts receive.

Il-Misterju tal-Fidi Tagħna

“Imma wara li rrifletta fuq dan, anġlu tas-Sid deherlu f’ħolma. ‘Ġużeppi, Bin David,’ qallu, ‘tibżax tieħu ’l Marija bħala martek, għax dak imnissel fiha hu mill-Ispirtu s-Santu. Hi se tiled iben, u int issejjaħ ismu Ġesù, għax hu se jsalva ’ll-poplu tiegħu minn dnubiethom.’ Issa dan kollu ġara sabiex titwettaq il-ħaġa mitkellma mis-Sid permezz tal-profeta, meta qal: ‘Ara, il-verġni titqal u tiled iben jsejħu ismu Emmanwel,’ (li tradott ifisser, ‘Alla magħna’). Xħin Ġużeppi stenbaħ mir-raqda, għamel bħalma ordnalu l-anġlu tas-Sid, u ħadha għandu bħala martu. Iżda ma kellu ebda unjoni konjugali magħha sakemm wildet iben; u sejjaħ ismu Ġesù” (Mattew 1:20-25).  Kulma Alla l-imbierek għallimna fl-Iskrittura nilqgħuh bħala ikel għal ruħna. Din hi t-tweġiba sempliċi u inkonfutabbli tagħna lill-ispirtu sekulari u lid-disputant ta’ daż-żmien. Ma nistgħux u lanqas aħna msejħin nifhmu kif Alla l-Iben, bl-inkarnazzjoni, għammar u għadu jgħammar f’ġisem uman. Hu persuna waħda, bin-natura sħ

Grazzja Kontra Grazzja

“Il-Kelma sar laħam u għammar fostna. Aħna osservajna l-glorja tiegħu, glorja tal-Uniġenitu mingħand il-Missier, mimli grazzja u verità. (Ġwanni xehed dwaru, u għajjat, “Dan kien li dwaru għidt, ‘Dak li ġej warajja sebaqni għax kien qabli.’”) Infatti, mill-milja tiegħu aħna lkoll irċevejna grazzja kontra grazzja. Għax il-liġi ngħatat permezz ta’ Mosè; il-grazzja u l-verità ġew permezz ta’ Ġesù Kristu. Qatt ħadd ma ra ’l Alla; Alla l-uniġenitu, li hu f’ħodon il-Missier, dak għarrfu” (Ġwanni 1:14-18). Il-grazzja hi l-imrieżaq ta’ Kristu, ix-Xemx tal-Ġustizzja. Hi l-liberalità u s-sovranità tal-imħabba. Iva, tieħu s-sopravvent fuq l-imħabba u l-ħniena, għax iżżid magħhom. Tiggarantixxi, mhux sempliċement l-imħabba, imma l-imħabba ta’ wieħed superjuri, sovran daqskemm traxxendenti, Alla li għandu jedd jagħmel kif jogħġbu, li jista’ bla ndħil jagħżel jurix ħniena jew le.  Jista’ jkun hemm l-imħabba bejn l-ugwali, u wieħed inferjuri jista’ jħobb wieħed superjuri; imma mħabba f’wi

Il-Kuxjenza

“Issa l-ftaħir tagħna hu dan: ix-xhieda tal-kuxjenza tagħna, illi kkomportajna ruħna fid-dinja, u speċjalment fir-relazzjonijiet tagħna magħkom, bis-santità u s-sinċerità li huma mingħand Alla, mhux b’għerf mondan iżda bil-grazzja t’Alla. Għax ma niktbulkomx ħwejjeġ oħra barra minn dak li taqraw jew tifhmu, u nittama illi se tifhmu kompletament, bħalma wkoll fhimtuna parzjalment, illi intom tistgħu tiftaħru bina bħalma aħna wkoll niftaħru bikom f’jum Sidna Ġesù” (2 Korintin 1:12-14). Il-Mulej, li appunta d-deputat tiegħu, il-kuxjenza, f’ħobb il-bniedem, għamel hekk għad-dinjità u l-benessri tagħna nfusna. Għalkemm sikwit il-kuxjenza tibqa’ newtrali waqt it-twettiq tal-att jew waqt il-kummissjoni tad-dnub, aktar tard tagħti prova kemm hi xhud fidila u ħabiba mal-Mulej, imma avversarju kontra l-midneb. Iddur kontrina biss meta aħna nduru kontra tagħha. Anke meta ma tkellimniex, tkun qed tikteb. Mhux biss hi xhud, imma tirreġistra. Iżżomm ktieb ta’ rekordju, bħal meta jingħad li d

Qari bil-Għaqal

“Ħabrek biex tiġi għandi malajr, għax Dema, billi ħabb id-dinja preżenti, abbandunani u mar Tessalonika. Kreskes mar fil-Galazja, u Titu fid-Dalmazja. Luqa biss jinsab miegħi. Aqbad lil Mark u ġibu miegħek, għax hu utli għalija fil-ministeru. Lil Tukiku bgħattu Efesu. Meta tkun ġej, ġib miegħek il-kapott li ħallejt warajja fi Troas ma’ Karpu, u l-kotba, speċjalment il-parċmini. Alessandru l-bronżar għamilli xebgħa ħsara; is-Sid għad iroddlu skont l-opri tiegħu. Int ukoll għassislu, għax oppona l-messaġġ tagħna vigorożament” (2 Timotju 4:9-15). Avolja kien jaf li se tinqatagħlu għall-mewt, Pawlu baqa’ attiv intellettwalment. X’kuntrast ma’ ċerti Kristjani llum! Qajla għandhom ix-xewqa biex jistimulaw imħuħhom ħalli jikbru intellettwalment. Irridu ngħidu wkoll li l-għajta popolari hi kontra l-intellettwaliżmu.  Huwa minnu li t-tagħrif jista’ jneffħek u allura jisfa detrimentali. Ma naħsibx, però, li dan huwa l-periklu tal-ġenerazzjoni moderna. Għall-kuntrarju, xbajt niltaqa’ m

Ir-Ragħaj Irjali

“‘F’mergħa tajba nirgħakom, u l-maqjel tagħhom ikun fuq il-muntanji għoljin ta’ Iżrael; hemm jinxteħtu f’maqjel tajjeb, u f’mergħa bnina jirgħu fuq il-muntanji ta’ Iżrael. Jien stess nirgħa l-merħla tiegħi, u jien stess nagħtihom is-serħan,’ jgħid Sidi l-Mulej. ‘Infittex il-mitlufin, u l-imxerrdin inreġġagħhom lura; il-miġruħin norbtilhom il-ġrieħi, u l-morda mqawwihom, iżda s-smien u l-qawwijin neqridhom; nirgħahom bil-ħaqq” (Eżekjel 34:14-16). Taħt il-Mulej bħala r-ragħaj, il-qaddisin jingħalfu kemm suppost. It-tagħam tagħhom mhux it-taħwid filosofiku, prodott tal-moħħ uman. Ma jemmnux li l-bniedem hu l-miżura ta’ kollox, iżda jistqarru lil Sidhom bħala l-bidu u t-tmiem ta’ kollox. Jagħrfuh bħala s-sors tal-verità. Ma jiddeterminawx il-verità skont kif jaħsbuha, bħalma jagħmlu r-razzjonalisti. Ma jaslux għall-verità skont kif iħossuha: mhumiex mistiċi. Lanqas jiddeċiedu l-verita mill-esperjenza tagħhom: mhumiex empiriċisti. Finalment, lanqas mhuma msejħa biex ikunu tradizzjona

Viżjoni jew Vojtaġni

“Tafu kif m’eżitajt xejn milli niddikjaralkom kwalunkwe ħaġa profitabbli u għallimtkom pubblikament u minn dar għal dar, nixhed solennement kemm lil-Lhud kif ukoll lill-Griegi l-indiema lejn Alla u fidi f’Sidna Ġesù. U issa, imġiegħel mill-Ispirtu, jien sejjer lejn Ġerusalemm bla ma naf il-ħwejjeġ li se jiġruli hemmhekk, ħlief illi l-Ispirtu s-Santu f’kull belt jixhidli solennement billi jgħid illi ktajjen u tribulazzjonijiet jistennewni. Iżda ħajti nikkonsidraha valur ta’ xejn, bħala mhix prezzjuża għalija nnifsi, imbasta ntemm il-korsa tiegħi u nwettaq is-servizz li rċevejt mingħand is-Sid Ġesù – il-kompitu li nixhed solennement għall-evanġelju tal-grazzja t’Alla” (Atti 20:20-24). Ħa jkun l-għan tiegħek il-konfidenza kwieta li, anke jekk qatt ma twarrab mit-territorju tiegħek, tkun għext kompletament. Imbasta tkun għaraft il-vija mfassla għalik. Meta tgħix mingħajr il-pjan t’Alla għal ħajtek tkun qisek qed tħit b’labra mingħajr ħajt, jew tikteb l-awtobijografija b’pinna bla lin

Tħott jew Tibni?

“Min hu bla sens imaqdar lil għajru, iżda l-bniedem tal-għaqal jiskot. Kull min imaqdar il-kelma jgħarraq lilu nnifsu, iżda min iweġġaħ il-kmand jitħallas. Min imaqdar lil għajru, jidneb, iżda min iħenn għall-imsejken, imbierek hu. Malli jiġi l-ħażen jiġi t-tmaqdir ukoll; u mal-għajb it-tgħajjir” (Proverbji 11:12; 13:13; 14:21; 18:3).  Alla jfakkarna fi dnub li sikwit jgħaddi bħallikieku trivjalità. Int u jien jeħtieġ nieqfu, naħsbu u naraw jekk aħniex ħatja quddiemu f’dar-rispett. It-tmaqdir differenti minn meta tgħid lil xi ħadd id-difetti tiegħu, bi spirtu manswet u b’tama sinċiera li jirranġa. Huwa test sever ta’ kull ħbiberija illi tasal biex tgħarraf lil ħabibek id-difetti tiegħu. Jekk tkun inkorlat ma’ xi ħadd, jew tobogħdu, mhu xejn diffiċli tmur fuqu u tidorbu bi kliemek, tagħtih ċamata kif tmiss il-liġi. Meta tħobb lil xi ħadd, però, hekk li ma tissaportix tara t-tebgħa tad-dnub fuqu, u tikkunsillah bi kliem mimli mħabba u konsiderazzjoni – din hi ħbiberija. Ft

Il-Liġi t'Alla ġewwa Fik

“Henjin dawk li triqthom bla ħtija, li jimxu fil-liġi tal-Mulej. Henjin dawk li jħarsu x-xhidiet tiegħu, u jfittxuh b’qalbhom kollha. U wkoll ma jagħmlux ħażen; huma jimxu fi triqatu. Inti kkmandajtna biex inħarsu l-preċetti tiegħek bir-reqqa. O li kieku triqati kienu dritti biex iħarsu l-istatuti tiegħek! Imbagħad ma nistħix meta nħares il-kmandamenti tiegħek kollha. Infaħħrek b’qalb safja, meta nkun tgħallimt id-digrieti ġusti tiegħek. Inħares l-istatuti tiegħek: la titlaqnix għalkollox” (Salmi 119:1-8). Filwaqt li s-salmista jesprimi mħabbtu lejn il-liġi u xewqtu biex jobdiha, jirrikonoxxi wkoll il-fallimenti tiegħu. L-istess jien. Elementi ta’ lment u petizzjoni huma minsuġa flimkien ma’ espressjonijiet ta’ konfidenza u innoċenza. Il-liġi hija l-mirja, l-espressjoni fidila tal-karattru t’Alla. Alla bagħat ’l Ibnu biex iżomm il-liġi għalina. Il-liġi ma tistax tikkundanna lill-fidil; hu meħlus mis-saħta tagħha. Il-liġi hija l-gwida tiegħu biex jogħġob lill-Feddej li miet minfloku

Nirgħex qabel Nitfarraġ

“Qalilhom, ‘Dan hu kliemi li għidtilkom meta kont għadni magħkom, illi kien jeħtieġ jitwettaq kulma hu miktub dwari fil-Liġi ta’ Mosè, fil-Profeti u s-Salmi.’ Imbagħad fetħilhom moħħhom biex jifhmu l-Iskritturi. ‘Hekk hu miktub,’ qalilhom, ‘li l-Messija kellu jbati u jerġa’ jqum mill-imwiet fit-tielet jum, u l-indiema għall-maħfra tad-dnubiet tkun pritkata f’ismu lill-ġnus kollha, ibda minn Ġerusalemm. Intom xhieda ta’ dawn il-ħwejjeġ” (Luqa 24:44-48). “Il-Kristjaneżmu jinforma lin-nies biex jindmu u jwegħidhom il-maħfra. Għadaqstant m’għandu xejn x’jgħid, sa fejn naf jien, lil nies li ma jafux illi għamlu ħwejjeġ li minnhom jeħtiġilhom jindmu, jew nies illi ma jħossux li jeħtieġu l-maħfra. Hu biss wara li tkun rrealizzajt illi hemm Liġi Morali reali, u Setgħa wara dik il-liġi, u li ksirt dik il-liġi u allura żgarrajt ma’ dik is-Setgħa – hu wara dan kollu, u mhux mument iktar kmieni, illi l-Kristjaneżmu jibda jitkellem.  “Meta ssir taf li int marid, tisma’ mit-tabib. Meta tk

Dal-Ħobż Jissodisfa

“Għalhekk qalulu, ‘Sinjur, agħtina dejjem dal-ħobż.’ Imbagħad Ġesù ddikjaralhom, ‘Jien hu l-ħobż tal-ħajja. Min jiġi għandi ma jġuħ qatt, u min jemmen fija mhu se jaqbdu għatx qatt. Iżda bħalma għidtilkom, rajtuni u frattant ma temmnux. Kulma jagħtini l-Missier se jiġi għandi, u kull min jiġi għandi żgurament mhux se nkeċċih ’il barra. Għax jien inżilt mis-sema mhux sabiex nagħmel il-volontà tiegħi, iżda l-volontà ta’ min bagħatni. U din hi l-volontà ta’ min bagħatni, li kulma tani mhu se nitlef xejn minnu, anzi se nqajmu fl-aħħar jum. Għax din hi l-volontà ta’ Missieri, li kull min iħares lejn l-Iben u jemmen fih, ikollu l-ħajja eterna, u jien innifsi se nqajmu fl-aħħar jum’” (Ġwanni 6:33-40). L-Iben t’Alla umilja lilu nnifsu. Hu li hu tassew Alla, u li mal-Missier u l-Ispirtu s-Santu għammar fil-glorja tal-Ġenna, xejjen lilu nnifsu, niżel mis-sema u kien magħmul fix-xbieha ta’ bniedem. Ma ġiex biex jagħmel skont kif ifettillu, imma deher fostna bħala qaddej biex iwettaq ir-ri