Skip to main content

Viżjoni jew Vojtaġni

“Tafu kif m’eżitajt xejn milli niddikjaralkom kwalunkwe ħaġa profitabbli u għallimtkom pubblikament u minn dar għal dar, nixhed solennement kemm lil-Lhud kif ukoll lill-Griegi l-indiema lejn Alla u fidi f’Sidna Ġesù. U issa, imġiegħel mill-Ispirtu, jien sejjer lejn Ġerusalemm bla ma naf il-ħwejjeġ li se jiġruli hemmhekk, ħlief illi l-Ispirtu s-Santu f’kull belt jixhidli solennement billi jgħid illi ktajjen u tribulazzjonijiet jistennewni. Iżda ħajti nikkonsidraha valur ta’ xejn, bħala mhix prezzjuża għalija nnifsi, imbasta ntemm il-korsa tiegħi u nwettaq is-servizz li rċevejt mingħand is-Sid Ġesù – il-kompitu li nixhed solennement għall-evanġelju tal-grazzja t’Alla” (Atti 20:20-24).

Ħa jkun l-għan tiegħek il-konfidenza kwieta li, anke jekk qatt ma twarrab mit-territorju tiegħek, tkun għext kompletament. Imbasta tkun għaraft il-vija mfassla għalik. Meta tgħix mingħajr il-pjan t’Alla għal ħajtek tkun qisek qed tħit b’labra mingħajr ħajt, jew tikteb l-awtobijografija b’pinna bla linka.

Imqar Freud, li xejn ma kien simpatetiku mal-fidi Kristjana, jgħid li “r-reliġjon biss kapaċi twieġeb il-mistoqsija dwar l-għan fil-ħajja. Wieħed bilkemm jista’ jiżbalja meta jikkonkludi li l-idea ta’ għan fil-ħajja tiddependi fl-intier tagħha fuq is-sistema reliġjuża.”

Appuntu Andrè Maurois, biċ-ċaħda tiegħu ta’ kwalunkwe reliġjon, jasal biex jgħid: “L-univers huwa indifferenti. Min ħalqu? Għala ninsabu hawn fuq dal-gods żgħir tat-tajn, nagħqdu fl-ispazju infinit? M’għandix l-iċken ħjiel, u ninsab konvint li ebda ħadd ieħor m’għandu l-iċken idea.”

Hekk, mela, l-ikbar impatt possibbli li l-miskredent jista’ jħalli fuq l-eternità hu simili għall-impatt li jħalli bastiment fuq l-oċean. Mal-pruwa tiegħu jħalli t-tranja, impressjonanti għal ftit waqtiet, imma wara minuta ma jibqa’ ebda traċċa tagħha.

Minn dan li għidt s’issa, ma jibqagħli ebda dubju li neħtieġ il-viżjoni, mhux sempliċement kwalunkwe viżjoni, imma l-aqwa u l-aħjar viżjoni, dik supereċċellenti. Il-kittieb sagru jafferma: “Fejn m’hemmx viżjoni, il-poplu jkun bla lġiem, iżda min iħares il-liġi hu mbierek” (Proverbji 29:18).

Ċerta knisja Amerikana stqarret: “Il-viżjoni tagħna sforzatna biex naħsbu aktar bħala missjonarji milli bħala konsumaturi.” Viżjoni tintlaqa’ biss fil-proporzjon kemm tabilħaqq tikkorrispondi mas-sens mhux espress tal-għan tagħna lkoll. Dixxeriment ta’ mument kultant jiswa daqs esperjenza t’għomor sħiħ. Il-viżjoni hi l-bżonn l-aktar urġenti tad-dinja. M’hemm ebda sitwazzjoni bla tama; hemm biss nies li jaħsbu bla tama.

Talba: “Mulej, inti pronunzjajtna mbierka għax għajnejna jaraw u widnejna jisimgħu. Wassaltilna messaġġ mimli tama, u żejjintna b’viżjoni li tieħu lil hinn mill-qabar. Ħalli d-dawl tal-vanġelu jilluminalna ħajjitna f’kull aspett tagħha, biex minn hawn stess nippjanaw u naġixxu skont il-pjan tiegħek kif urejtulna fil-paġna tal-Iskrittura Mqaddsa.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Lejk Nerfa' Ħarsti

“Nerfa’ għajnejja lejn l-għoljiet, minn fejn tiġi l-għajnuna tiegħi. Mill-Mulej tiġi l-għajnuna tiegħi, hu li għamel is-sema u l-art. Hu ma jħallix lil riġlek jogħtor; dak li jħarsek ma jongħosx. Ara, dak li jħares lil Iżrael la jongħos u lanqas jorqod. Il-Mulej il-protettur tiegħek; il-Mulej hu dellek fuq lemintek. Ix-xemx ma tolqtokx binhar, lanqas il-qamar billejl. Il-Mulej iħarsek minn kull deni; hu iħarislek ruħek. Il-Mulej iħares il-ħruġ u d-dħul tiegħek, minn issa u għal dejjem ta’ dejjem” (Salmi 121:1-8). Huwa għaqal, anzi, dehen minn fuq, li nkunu kapaċi nagħtu direzzjoni korretta għall-mistennija u t-talb tagħna. Il-viżjoni tas-salmista hi ffokata strettament fuq id-destinazzjoni finali tiegħu, Ġerusalemm, u Sijon, l-għolja t’Alla. Mhux faċli twaħħal ħarstek fid-direzzjoni profitabbli, meta bosta attrazzjonijiet oħra jlellxu madwarna. Fi żmien il-prova, aħna ninstabu inklinati żżejjed biex niksbu għajnuna minn ħwejjeġ instabbli, biex insibuhom biss bħal qasba mġelġla l...

Alla u l-Atomu huma Inviżibbli

“Għax ir-rabja t’Alla qed tkun irrivelata mis-sema kontra kull empjetà u inġustizzja tal-bnedmin li jissopprimu l-verità fl-inġustizzja, għaliex dak li jista’ jkun magħruf dwar Alla hu evidenti għalihom, għax Alla lilhom immanifestah. Għax l-attributi inviżibbli tiegħu – kemm is-setgħa dejjiema kif ukoll in-natura divina tiegħu – jidhru distintivament mill-ħolqien tad-dinja, mifhuma mill-ħwejjeġ magħmula, tant li huma bla skuża” (Rumani 1:18-20). Alla mhu mkien, jew kullimkien? L-ateiżmu u l-Kristjaneżmu huma ż-żewġ pożizzjoni li ma jippretendu ebda inkonsistenza. Kwalunkwe filosofija bejniethom – deiżmu, anjostiċiżmu, edoniżmu, panteiżmu, u l-bqija – huma kollha kompromettenti. Jekk is-soċjetà tipprova tinbena fuq l-edoniżmu, pereżempju, ir-riżultat mhux diffiċli tindovinah bil-quddiem. Jirriżulta biss kaos u diżgwid.  Jekk Bin Marija mhuwiex ukoll Bin Alla, m’għandna ebda kawża soda kontra l-ateiżmu. Avolja xi atej huma biss atej fil-bnazzi, xorta rridu nkunu lesti nwa...