Skip to main content

Posts

Il-Mixja Fid-Dawl

“Tkunux mela partiċipanti flimkien magħhom, għax darba kontu dlam, imma issa intom dawl fis-Sid. Imxu bħala tfal tad-dawl (għax frott id-dawl jikkonsisti f’kull tjieba, ġustizzja u verità) u provaw skopru x’inhu dak li jogħġob lis-Sid. Tixxirkux fl-għemejjel bla frott tad-dlam, imma aktarx esponuhom, għax hu għajb imqar meta titkellem dwar il-ħwejjeġ li jsiru segretament minnhom. Imma l-ħwejjeġ kollha esposti mid-dawl isiru viżibbli, għax huwa d-dawl li jagħmel kull ħaġa viżibbli. Għaldaqstant tgħid: ‘Stenbaħ, ja rieqed, qum mill-imwiet, u Kristu jiddi fuqek’” (Efesin 5:7-14).
Pawlu jamplifika fuq xi kwalità ta’ mixja, jew komportament, il-knisja obbligata tadotta tul il-pelleġrinaġġ tagħha. Hi mixja denja tas-sejħa tagħna, fl-unità u s-sliem, mixja ta’ bniedem ġdid, mixja fl-imħabba, u issa mixja fid-dawl, li huwa s-simbolu tal-qdusija.
Jadotta linja ta’ argument simili għal qabel. “Darba...imma issa!” Il-Mulej irid mhux biss nastienu mid-dnubiet li inevitabbilment iqanqlu d-dispjaċ…
Recent posts

Il-Messaġġ u l-Messaġġier

“Minħabba f’hekk, billi għandna dal-ministeru, bħalma sibna ħniena, ma naqtgħux jiesna. Aktarx, irrenunzjajna l-intriċċi sigrieti u vergonjużi, bla ma nimxu bl-astuzja u lanqas inbagħbsu b’kelmet Alla, iżda bil-manifestazzjoni tal-verità nirrikmandaw lilna nfusna lill-kuxjenza tal-bnedmin kollha f’għajnejn Alla. U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla” (2 Korintin 4:1-4).
Messaġġ mingħajr messaġġier jibqa’ rieqed; ma jasalx fid-destinazzjoni mixtieqa. Pawlu jqis iċ-ċarġ jew kummissjoni li rċieva bħala diakonia, qadi (litteralment djakunat). Primarjament jaqdi ’l Alla bħala servjent – doulos – billi jilħaq lil ħaddieħor bl-eċċellenza tal-evanġelju. Jgħodd lilu nnifsu bħala reċipjent ta’ ħniena, kwalifikat għall-ministeru biss bil-miżerikordja t’Alla lejh. 
Għaldaqstant jippersisti fil…

Bil-Fidi

“U qal: ‘Tassew, nerġa’ niġi għandek bħal daż-żmien sena, u ara, Sara martek ikollha tifel.’ U Sara semgħet dan fil-bieb tat-tinda, li kienet warajh. Issa sew Abraħam u sew Sara kienu mdaħħlin fiż-żmien, u kien inqata’ għal Sara dak li soltu jkollhom in-nisa. Għalhekk Sara daħqet f’qalbha billi qalet: ‘Wara li xjaħt se jkolli l-hena; u sidi hu hekk xiħ ukoll!’ U l-Mulej qal lil Abraħam: ‘Għaliex daħqet Sara billi qalet: “Tassew niled tarbija, meta jien xjaħt?” Ewwilla hemm xi ħaġa tqila ħafna għall-Mulej? Bħal daż-żmien sena nerġa’ niġi għandek, u Sara jkollha tifel.’ Imbagħad Sara ċaħdet billi qalet: ‘Ma dħaqtx,’ għax kienet beżgħana. Hu qal: ‘Iva, dħaqt’” (Ġenesi 18:10-15)
Martin Luther King, bil-bravuri immaġinattivi tiegħu, kontra kull konvenzjoni, bilfors jieħu t-trofew bħala pijunier tal-fidi. Jgħid, “F’nofs perikli mortali ħassejt kalma ġewwiena u għaraft riżorsi ta’ qawwi li Alla biss kapaċi jagħti…Wara l-bixriet ħorox tad-dinja hemm Monarka beninn…Is-sofferenzi u l-mumenti a…

Maħfra Għan-Niedma

“Il-Mulej deher lil Salamun billejl u qallu: ‘Smajt talbek, u ħtart dan il-post għalija bħala dar is-sagrifiċċju. Jekk nagħlaq is-sema u ma tkunx xita, jew jekk jien nordna lill-ġradijiet biex jibilgħu l-art, jekk nibgħat il-pesta fost il-poplu tiegħi – jekk il-poplu tiegħi, li fuqu jissejjaħ ismi, jumilja ruħu, u jitlob, u jfittex wiċċi, u jerġgħu lura minn triqathom il-ħżiena, jien nisma’ mis-sema, u naħfer ħtijiethom, u nfejjaq lil arthom. U issa għajnejja jkunu miftuħin u widnejja attenti għat-talb ta’ dan il-post. Għax issa jien ħtart u qaddist din id-dar biex ikun ismi fiha għal dejjem, u għajnejja u qalbi jkunu hemm il-jiem kollha” (2 Kronaki 7:12-15).
Avolja fuqna jissejjaħ isem il-Mulej, madankollu għadna rġiel u nisa niżbaljaw. Ix-xogħol tal-grazzja hu mibdi fina, u f’xi wħud ipprogressa sew, iżda għadu mhuwiex mitmum. Xi ħniena mingħand il-Mulej li jibqa’ dispost biex jaħfrilna! Kull meta nidinbu, ejjew ngħaġġlu mmorru quddiem it-tron tal-grazzja t’Alla, u nfittxu l-maħfra…

Kor Ta' Tifħir

“Faħħru lill-Mulej! Faħħru lill-Mulej mis-smewwiet: faħħruh fl-ogħla smewwiet. Faħħruh, anġli tiegħu kollha: faħħruh, eżerċti tiegħu kollha! Faħħruh, xemx u qamar; faħħruh, kwiekeb kollha li tiddu. Faħħruħ, smewwiet tas-smewwiet, u intom ilmijiet ta’ fuq is-smewwiet! Ħa jfaħħru dawn isem il-Mulej, għax hu kmanda u huma nħolqu. Hu waqqafhom ukoll għal dejjem ta’ dejjem; tahom ordni li ma tinkiser qatt. Faħħru l-Mulej minn fuq l-art, monstri tal-baħar, u intom abbissi kollha; in-nar u s-silġ, il-borra u ċ-ċpar, l-irwiefen li jisimgħu kelmtu, il-muntanji u l-għoljiet kollha, is-siġar tal-frott, u ċ-ċedri kollha” (Salmi 148:1-9).
Rivoluzzjonarju u anarkista Russu jafferma: “Kollox jgħaddi, u d-dinja għad tinqered, imma d-Disa’ Sinfonija tibqa’.” Din l-opra ta’ Beethoven tinkludi l-Ode għall-Ferħ. Das-salm huwa wkoll sinfonija, ħalleluja universali. Hu xewqa, appell u invokazzjoni lit-totalità tal-ħolqien biex jaġixxi kif suppost jaġixxi, ċoè, f’akkordju ta’ tifħir lil Alla li waħdu hu …

Id-Dnub

“Mosè qalilhom: ‘Jekk tagħmlu dil-ħaġa, jekk tarmaw lilkom infuskom, u timxu quddiem il-Mulej għall-gwerra, u kull gwerrier tagħkom jaqsam il-Ġordan quddiem il-Mulej, sakemm ikeċċi l-għedewwa tiegħu minn quddiemu, u l-art tinħakem quddiem il-Mulej, imbagħad wara terġgħu lura, u tkunu bla ħtija quddiem il-Mulej u quddiem Iżrael; u din l-art tkun tagħkom quddiem il-Mulej. Iżda jekk ma tagħmlux hekk, ara, tidinbu kontra l-Mulej, u kunu afu li dnubkom isibkom” (Numri 32:20-23). 
Faċli tgħid gidba waħda, imma diffiċli tgħid gidba waħda biss. Bħal f’żelqiet oħra, id-dnub, anke jekk xejn gravi, jista’ jkun l-okkażżjoni ta’ għali kbir, meta ma jkunx hemm għali għad-dnub. 
Kwalunkwe dnub ta’ preżunzjoni hu kommess bid-dawl fil-moħħ u l-malizzja fil-qalb. Dnub ta’ debolizza jista’ jaqla’ apoloġija; dnub tal-injoranza jista’ jkun skużat; imma dnub ta’ sfida ma jista’ jsib ebda difiża. 
Kwalunkwe faxxa tgħatti l-ġrieħi, imma l-ifjen ħarir ma jostorx dnubietna. Meta nittrasgredixxu l-liġi dejjem …

Il-Fidil u l-Infidil

“Konsegwentement ma naqtgħux jiesna. Għalkemm il-bniedem esterjuri tagħna qed jitħassar, madankollu l-bniedem interjuri tagħna qed ikun imġedded jum wara jum. Għax l-afflizzjoni leġġiera u mumentanja tagħna qed tipproduċi għalina toqol etern ta’ glorja ’l hinn minn kull paragun, filwaqt li aħna nixħtu l-attenzjoni mhux lejn il-ħwejjeġ viżibbli, iżda lejn il-ħwejjeġ inviżibbli. Għax il-ħwejjeġ viżibbli huma temporanji, imma l-ħwejjeġ inviżibbli huma eterni” (2 Korintin 4:16-18).
Il-kredenti u l-miskredenti huma skandlu għal xulxin, u jistagħġbu bil-komportament ta’ xulxin. Il-bniedem karnali jiskanta meta jara lill-Kristjan miexi strett, skont ir-regola evanġelika, impennjat biex iċaħħad lilu nnifsu dawk il-libertajiet karnali li s-soċjetà sikwit tiffanga fihom. Mill-banda l-oħra, id-dixxiplu ta’ Ġesù jgħoddha bħala ħaġa tabilħaqq stramba kif il-bnedmin kapaċi jkunu daqshekk ikkattizzmati, imsaħħra bil-frugħa, u jippreferu jibqgħu wlied il-għadab, filwaqt li jgħejju lilhom infushom l…