Skip to main content

Saċerdozju Sultani, Nazzjon Qaddis

“Dan ikun il-kastig tal-Eġittu u l-kastig tal-ġnus kollha li ma jitilgħux biex jiċċelebraw il-Festa tal-Għerejjex. F’dak il-jum ikun hemm miktub fuq il-ġlieġel taż-żwiemel: ‘Qaddis lill-Mulej.’ U l-borom f’dar il-Mulej ikunu bħall-bwieqi quddiem l-artal. U kull borma f’Ġerusalemm u f’Ġuda tkun ikkonsagrata lill-Mulej tal-eżerċti, u dawk kollha li joffru s-sagrifiċċji jiġu biex jieħdu minnhom, u jsajru fihom, u ma jkunx hemm iżjed Kagħnanin f’dak il-jum f’dar il-Mulej tal-eżerċti” (Żakkarija 14:19-21).

Daqskemm il-profeti bassru l-ġudizzju ċert t’Alla, daqshekk ieħor semmgħu nota ta’ ġublew u hena. Ipenġulna stampa ta’ barka inesprimibbli li tnixxi mis-salib ta’ Kristu. X’jum ta’ ferħ meta l-ħwejjeġ kollha jkunu kkonsagrati, u saħansitra l-ġolġol m’għonq iż-żiemel isemma’ l-qdusija lill-Mulej! 

Dak il-jum wasal għalina. Aħna, imweldin mill-ġdid u mogħtijin qalb li tagħraf lill-Mulej, diġà nagħmlu l-ħwejjeġ qaddisa lil Alla. L-ilbies li nxiddu filgħodu jfakkruna fil-qdusija li biha libbisna Sidna Kristu. Xogħli nagħmlu qisni għall-Mulej, mhux għal wiċċ l-impjegatur. Illum jixraq nagħmlu darna tempju t’Alla, il-mejda tagħna artal, id-diskors tagħna inċens, u aħna nfusna qassisin! Mhumiex ideat stravaganti dawn; jaqblu perfettament mal-istatus tagħna bħala wlied Alla. “Intom ġens magħżul, saċerdozju sultani, nazzjon qaddis, nies bħala l-pussess t’Alla, ħalli tniedu l-eċċellenzi morali ta’ dak li sejħilkom mid-dlam għad-dawl meraviljuż tiegħu” (1 Pietru 2:9).

Allura skont dil-fidi naġixxu. Jekk tabilħaqq nemmnu d-dikjarazzjoni, inkunu mgħejjuna biex iseħħ quddiemna. Bħalma jien innifsi l-proprjetà tal-Mulej Ġesù, hu jagħmel lista ta’ dak kollu li għandi, għax kulma għandi hu tiegħu. Jien amministratur, u rrid nagħti kont lilu. 

Illum mela nagħmel riżoluzzjoni ħalli nuża kollox għall-foħrija tiegħu. Minn filgħodu sa flgħaxija niddisponi mill-ħwejjeġ kollha b’regola qaddisa. Mhux aktar bil-geddum, iżda naqdi lil Sidi bil-ferħ. Mhux aktar b’inkejja, iżda bi predispożizzjoni grata. Il-ġlieġel tiegħi idoqqu - għala le? Anke ż-żwiemel tiegħi jxiddu l-ġlieġel; il-qaddisin għandhom dritt jużaw il-mużika għall-glorja ta’ Sidhom. Iżda l-ġlieġel kollha, il-mużika, il-ferħ tiegħi, ikunu indurati bil-qdusija. “Kunu qaddisin, għax qaddis jien,” jgħid il-Mulej. Il-komportament sobriju u sagru tiegħi jesprimi l-konsagrazzjoni interna ta’ ruħi lill-Feddej tiegħi.

Talba: “O Rinovatur tal-univers u tal-umanità, xi prospett poġġejt quddiemna! Kif timtela l-qalb bil-ferħ meta nafu illi għad jasal jum meta int toħloq smewwiet ġodda u art ġdida li fihom tgħammar il-ġustizzja. Għinna ngħixu antiċipattivi, b’dit-tama mkebbsa fina, għall-qdusija tagħna u l-glorja tiegħek. Wettaq il-wegħda tiegħek, u tħalli xejn ikun komuni jew imniġġes għalina. F’isem Kristu Ibnek, ammen.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Lejk Nerfa' Ħarsti

“Nerfa’ għajnejja lejn l-għoljiet, minn fejn tiġi l-għajnuna tiegħi. Mill-Mulej tiġi l-għajnuna tiegħi, hu li għamel is-sema u l-art. Hu ma jħallix lil riġlek jogħtor; dak li jħarsek ma jongħosx. Ara, dak li jħares lil Iżrael la jongħos u lanqas jorqod. Il-Mulej il-protettur tiegħek; il-Mulej hu dellek fuq lemintek. Ix-xemx ma tolqtokx binhar, lanqas il-qamar billejl. Il-Mulej iħarsek minn kull deni; hu iħarislek ruħek. Il-Mulej iħares il-ħruġ u d-dħul tiegħek, minn issa u għal dejjem ta’ dejjem” (Salmi 121:1-8). Huwa għaqal, anzi, dehen minn fuq, li nkunu kapaċi nagħtu direzzjoni korretta għall-mistennija u t-talb tagħna. Il-viżjoni tas-salmista hi ffokata strettament fuq id-destinazzjoni finali tiegħu, Ġerusalemm, u Sijon, l-għolja t’Alla. Mhux faċli twaħħal ħarstek fid-direzzjoni profitabbli, meta bosta attrazzjonijiet oħra jlellxu madwarna. Fi żmien il-prova, aħna ninstabu inklinati żżejjed biex niksbu għajnuna minn ħwejjeġ instabbli, biex insibuhom biss bħal qasba mġelġla l...

Alla u l-Atomu huma Inviżibbli

“Għax ir-rabja t’Alla qed tkun irrivelata mis-sema kontra kull empjetà u inġustizzja tal-bnedmin li jissopprimu l-verità fl-inġustizzja, għaliex dak li jista’ jkun magħruf dwar Alla hu evidenti għalihom, għax Alla lilhom immanifestah. Għax l-attributi inviżibbli tiegħu – kemm is-setgħa dejjiema kif ukoll in-natura divina tiegħu – jidhru distintivament mill-ħolqien tad-dinja, mifhuma mill-ħwejjeġ magħmula, tant li huma bla skuża” (Rumani 1:18-20). Alla mhu mkien, jew kullimkien? L-ateiżmu u l-Kristjaneżmu huma ż-żewġ pożizzjoni li ma jippretendu ebda inkonsistenza. Kwalunkwe filosofija bejniethom – deiżmu, anjostiċiżmu, edoniżmu, panteiżmu, u l-bqija – huma kollha kompromettenti. Jekk is-soċjetà tipprova tinbena fuq l-edoniżmu, pereżempju, ir-riżultat mhux diffiċli tindovinah bil-quddiem. Jirriżulta biss kaos u diżgwid.  Jekk Bin Marija mhuwiex ukoll Bin Alla, m’għandna ebda kawża soda kontra l-ateiżmu. Avolja xi atej huma biss atej fil-bnazzi, xorta rridu nkunu lesti nwa...