Skip to main content

Posts

Showing posts from February, 2019

Is-Sunnara Mistura

“Tkunux idolatri, bħal xi wħud minnhom; bħalma hu miktub: ‘In-nies poġġew jieklu u jixorbu, u qamu jilagħbu.’ M’għandniex niffornikaw, bħalma xi wħud minnhom iffornikaw, u mietu tlieta u għoxrin elf f’jum wieħed. M’għandniex inġarrbu lis-Sid, bħalma xi wħud minnhom ġarrbuh, u kienu meqrudin mis-serpenti; lanqas tgemgmu, kif xi wħud minnhom gemgmu, u kienu meqrudin mill-anġlu qerried. Issa dawn il-ħwejjeġ ġraw lil dawk in-nies bħala eżempji, u nkitbu bħala ammoniment għalina, li fuqna wasal it-twettiq taż-żminijiet. Għalhekk min jidhirlu li jinsab wieqaf fis-sod għandu joqgħod attent li ma jaqax! Ebda tiġrib ma qabadkom ħlief dak li hu komuni għall-umanità. Però Alla hu fidil, u mhux se jħallikom tkunu mġarrbin lil hinn milli kapaċi tifilħu, iżda mat-tiġrib jipprovdi l-ħruġ ukoll, ħalli tkunu tistgħu tissaportuh” (1 Korintin 10:6-13). It-tiġrib jippreżenta ruħu attraenti; iwiegħed il-kuntentizza, almenu kuntentizza temporanja. Imma qatt ma jiġi b’idejh vojta – joffrili s-sodisfa

Is-Solitudni

“Kollox għandu żmienu, u kull ħaġa għandha waqtha taħt is-sema: waqt biex titwieled u waqt biex tmut; waqt li tħawwel u waqt li taqla’ l-imħawwel; waqt li toqtol u waqt li tfejjaq; waqt li tibki u waqt li tidħaq; waqt li tagħmel il-vistu u waqt li tiżfen; waqt li tarmi l-ġebel u waqt li tgeddes il-ġebel; waqt li titgħannaq u waqt li titbiegħed mit-tgħanniq; waqt li tfittex u waqt li titlef; waqt li terfa’ u waqt li tarmi; waqt li tqatta’ u waqt li tħit; waqt li tiskot u waqt li titkellem; waqt li tħobb u waqt li tobgħod; waqt ta’ gwerra u waqt ta’ sliem” (Ekkleżjażti 3:1-8). Is-solitudni, bħal-lupi bir-ragħwa f’ħalqu, tissajja fid-dellijiet tal-avversità, lesta biex taqbeż fuqi. Jgħidu fjakkola mkebbsa tgerrex lil-lupu u ma jersaqx lejk. Jheddek, imma jibqa’ distakkat. Il-fjakkola hi biss il-komunjoni li nista’ mmantni kostantement, bla interruzzjoni, mal-Missier. Imma rrid inżommha f’idi, mhux nitlaqa’ quddiem l-għarix. U nieħu ħsiebha, mhux nittraskuraha.  Inġerragħ is-sol

Saċerdozju Sultani, Nazzjon Qaddis

“Dan ikun il-kastig tal-Eġittu u l-kastig tal-ġnus kollha li ma jitilgħux biex jiċċelebraw il-Festa tal-Għerejjex. F’dak il-jum ikun hemm miktub fuq il-ġlieġel taż-żwiemel: ‘Qaddis lill-Mulej.’ U l-borom f’dar il-Mulej ikunu bħall-bwieqi quddiem l-artal. U kull borma f’Ġerusalemm u f’Ġuda tkun ikkonsagrata lill-Mulej tal-eżerċti, u dawk kollha li joffru s-sagrifiċċji jiġu biex jieħdu minnhom, u jsajru fihom, u ma jkunx hemm iżjed Kagħnanin f’dak il-jum f’dar il-Mulej tal-eżerċti” (Żakkarija 14:19-21). Daqskemm il-profeti bassru l-ġudizzju ċert t’Alla, daqshekk ieħor semmgħu nota ta’ ġublew u hena. Ipenġulna stampa ta’ barka inesprimibbli li tnixxi mis-salib ta’ Kristu. X’jum ta’ ferħ meta l-ħwejjeġ kollha jkunu kkonsagrati, u saħansitra l-ġolġol m’għonq iż-żiemel isemma’ l-qdusija lill-Mulej!  Dak il-jum wasal għalina. Aħna, imweldin mill-ġdid u mogħtijin qalb li tagħraf lill-Mulej, diġà nagħmlu l-ħwejjeġ qaddisa lil Alla. L-ilbies li nxiddu filgħodu jfakkruna fil-qdusija li

Isma' d-Doppju ta' Kulma Tgħid

Jingħad li darba waħda ġuvnott mar għand Sokrate, il-filosfu Grieg, biex jgħallmu l-oratorja. Introduċewh miegħu, u baqa’ jredden u jreċpel strappata sħiħa. Sokrate talbu miżata doppja.  “Għaliex se tiċċarġjani żżejjed?” staqsieh mibluh.  It-tutur qallu, “Għax se jkolli ngħallmek żewġ sengħat: waħda kif tagħmel ilsienek bejn snienek, u l-oħra kif tħollu meta meħtieġ.” Żenone, qabel Sokrate, kien diġà għamel l-osservazzjoni li għandna par widnejn u fomm wieħed, biex inkunu konvinti li jmissna nisimgħu d-doppju ta’ kemm nitkellmu. Għalhekk, qatt mhu għaqli nagħtu libertà ġeneruża lil ilsienna stess, li ma jmurx jaqbadna priġunieri tiegħu. Kelma mhix imlissna għadha tiegħek, bħax-xabla f’għantha; jekk tħalliha titberraħ, sejfek issa qiegħed f’idejn ħaddieħor. Jekk nixtiequ li nkunu magħdudin għorrief, kun għaref biżżejjed hekk li trażżan ilsienek.  Talba: “Ma rridx niżloq f’diskorsi, Mgħallem tiegħi; għinni nżomm għassa ma’ lsieni. Agħmilni konxju ma’ min inkun qed nit

God's Covenant of Grace

The Lord proclaims his grace abroad! Behold, I change your hearts of stone; Each shall renounce his idol god, And serve, henceforth, the Lord alone. My grace, a flowing stream, proceeds To wash your filthiness away; Ye shall abhor your former deeds, And learn my statutes to obey. My truth the great design insures, I give myself away to you; You shall be mine, I will be yours, Your God unalterably true. Yet not unsought, or unimplored, The plenteous grace shall I confer; No—your whole hearts shall seek the Lord, I’ll put a praying spirit there. From the first breath of life divine, Down to the last expiring hour; The gracious work shall all be mine, Begun and ended in my pow’r.         - William Cowper.

Jesus Calls You!

Zaccheus climbed the tree, And thought himself unknown; But how surprised was he When JESUS called him down! The LORD beheld him, though concealed, And by a word his pow’r revealed. Wonder and joy at once Were painted in his face; Does he my name pronounce? And does he know my case? Will Jesus deign with me to dine? Lord, I, with all I have, am thine! Thus where the gospel’s preached, And sinners come to hear; The hearts of some are reached Before they are aware: The word directly speaks to them, And seems to point them out by name. ’Tis curiosity Oft brings them in the way, Only the man to see, And hear what he can say; But how the sinner starts to find The preacher knows his inmost mind. His long forgotten faults Are brought again in view, And all his secret thoughts Revealed in public too: Though compassed with a crowd about, The searching word has found him out. While thus distressing pain And sorrow fills his heart, He hears a voice again, That b

The Woman of Samaria

Jesus, to what didst thou submit To save thy dear–bought flock from hell! Like a pour trav’ller see him sit, Athirst, and weary, by the well. The woman who for water came, (What great events on small depend) Then learnt the glory of his name, The Well of life, the sinner’s Friend! Taught from her birth to hate the Jews, And filled with party–pride; at first Her zeal induced her to refuse Water, to quench the Savior’s thirst. But soon she knew the gift of GOD, And JESUS, whom she scorned before, Unasked, that drink on her bestowed, Which whoso tastes shall thirst no more. His words her prejudice removed, Her sin she felt, relief she found; She saw and heard, believed and loved, And ran to tell her neighbors round. O come, this wondrous man behold! The promised Savior! this is he, Whom ancient prophecies foretold, Born, from our guilt to set us free. Like her, in ignorance content, I worshipped long I knew not what; Like her, on other things intent, I found h

Paul's Voyage

If Paul in Caesar’s court must stand, He need not fear the sea; Secured from harm, on every hand, By the divine decree. Although the ship, in which he sailed, By dreadful storms was tossed; The promise over all prevailed, And not a life was lost. Jesus! the GOD whom Paul adored, Who saves in time of need; Was then confessed, by all on board, A present help indeed! Though neither sun nor stars were seen Paul knew the Lord was near; And faith preserved his soul serene, When others shook for fear. Believers thus are tossed about On life’s tempestuous main; But grace assures, beyond a doubt, They shall their port attain. They must, they shall appear one day, Before their Savior’s throne; The storms they meet with by the way, But make his power known. Their passage lies across the brink Of many a threat’ning wave; The world expects to see them sink, But JESUS lives to save. Lord, though we are but feeble worms, Yet since thy word is past; We’ll venture throug

Il-Kelma bil-Kuraġġ

“Meta ġejt għandkom, l-aħwa, jien ma ġejtx innidilkom ix-xhieda t’Alla b’superjorità ta’ diskors jew ta’ għerf. Għax iddeterminajt li ma nkun naf ebda ħaġa fostkom ħlief lil Ġesù Kristu, u lilu imsallab. Jien kont magħkom bi dgħufija u b’biza’, u b’ħafna tregħid. Il-messaġġ u l-predikazzjoni tiegħi ma kinux bi kliem persważiv ta’ għerf, iżda f’dimostrazzjoni tal-Ispirtu u tas-setgħa, sabiex il-fidi tagħkom ma tkunx tistrieħ fuq l-għerf ta’ bnedmin, iżda fuq is-setgħa t’Alla” (1 Korintin 2:1-5). Kif nittrasmettu l-bxara t-tajba huwa kruċjali. Ma naffordjawx nippermettu l-moda filosofika moderna tiddettalna l-kontenut tal-messaġġ jew il-metodoloġija kif se nikkomunikawh.  Biex nillustra: kappella ċkejkna f’raħal Ingliż kellha l-ħitan tagħha miksija bil-liedna tradizzjonali. Fuq l-arkata tal-bieb kellha mnaqqxa s-sentenza Pawlina, “Aħna nippritkaw lil Kristu msallab.” Ġenerazzjoni ta’ nies twajba hekk għamlet, preċiżament: xejn u ħadd ma seta’ jfixkilhom milli jgħallmu lil kulħ

Ħniena mal-Ħalliel

“Wieħed mill-kriminali mdendla hemm insultah, ‘Ewwilla m’intix il-Messija, int? Salva lilek innifsek u lilna!’ Imma l-malefattur l-ieħor ċanfru. ‘Int lanqas tibża’ minn Alla,’ qallu, ‘ladarba tinsab taħt l-istess sentenza ta’ kundanna? Aħna tabilħaqq ġustament, għax qegħdin nirċievu lura x’ħaqqna għal li għamilna, imma dan ebda misfatt m’għamel.’ Imbagħad qal, ‘Ġesù, ftakar fija meta tiġi f’saltnatek!’ Ġesù wieġbu, ‘Tassew ngħidlek, illum se tkun miegħi fil-Ġenna’” (Luqa 23:39-43). L-iblah jgħid, “Meta jfettilli nista’ naqta’ l-vizzju u nerġa’ għan-normal.” Xi stupidaġni! Ma jafx illi l-indiema, daqskemm hi obbligu u dmir tiegħu, hi wkoll għotja minn fuq. Il-Mulej ta wegħda għall-indiema mwaħħra, iżda mkien u qatt ma lissen wegħda ta’ ndiema mwaħħra.  Ħadd m’għandu għalfejn jinganna bih innifsu billi jirreferi għall-każ tal-ħalliel penitenti, salvat fl-aħħar siegħa fuq is-salib, u meħud il-Ġenna dakinhar stess ma’ Kristu. Dan l-att kien turija speċjali tal-grazzja t’Alla, bi

Adottat minn Alla

“Irrid ngħid, illi sakemm idum iż-żmien li l-werriet għadu minorenni, mhu differenti xejn minn ilsir, għalkemm ikun il-padrun ta’ kollox, iżda hu taħt il-ħarsien ta’ indokraturi u fiduċjarji sad-data ffissata mill-missier. Hekk ukoll aħna, meta konna tfal, konna mjassrin taħt il-prinċipji elementari tad-dinja.Meta ġiet il-milja taż-żmien, Alla bagħat lil Ibnu, imwieled minn mara, imwieled taħt il-liġi, sabiex jifdi ’l dawk taħt il-liġi, sabiex nirċievu l-adozzjoni bħala wlied. U għax intom ulied, Alla bagħat l-Ispirtu t’Ibnu fi qlubna, jgħajjat, ‘Abba! Missier!’ Għalhekk m’għadikx iżjed ilsir, iżda iben; u ladarba iben, werriet ukoll permezz t’Alla” (Galatin 4:1-7). L-adozzjoni hi azzjoni li biha raġel jilqa’ lil xi ħadd fil-familja tiegħu, biex jagħmlu parti minnha. Jagħtih il-jedd u l-privileġġi kollha ta’ wliedu. Bint Faragħun adottat iċ-ċkejken Mosè, u Mordekaj għamel l-istess ma’ Ester.  Teoloġikament, l-adozzjoni hi dak l-att divin li bih dawk li darba kienu aljenati m

O Alla, Inqimek u Nadurak

“Għaldaqstant, neħħu kull ħmieġ morali u ħażen tant prevalenti, u bil-manswetudini ilqgħu l-kelma mħawla fikom, li kapaċi ssalva erwieħkom. Imma siru għammiela tal-kelma, u mhux sempliċement semmiegħa, altrimenti tilludu lilkom infuskom. Għax jekk xi ħadd hu semmiegħ tal-kelma u mhux għammiel, dan donnu raġel li jikkonsidra l-wiċċ naturali tiegħu f’mera: appena ħares lejh innifsu, telaq, u malajr nesa liema speċi ta’ persuna kien. Imma min jittawwal b’attenzjoni fil-liġi perfetta, il-liġi tal-libertà, u jkompli fiha, mhux isir semmiegħ li jinsa iżda jpoġġiha fil-prattika, dan se jkun imbierek f’għemilu” (Ġakbu 1:21-25). Prijorità numru wieħed: nitgħallem insir qejjiem. “Adoro Te.” Hi ċentrali, u kollox suppost jirrivolvi magħha, bħalma l-pjaneti jduru max-xemx. Attwalment mhuwiex hekk. Għad hemm x’wieħed jaqdef. Sakemm nibqgħu naduraw xogħolna b’tant impenn, u naħdmu b’tant serjetà fil-logħob tagħna, il-probabbiltà tkun li nibqgħu nilagħbu fil-qima tagħna. Frattant Alla Tr

Mosè Mudell

“Bil-fidi Mosè, meta twieled, kien moħbi għal tliet xhur mill-ġenituri tiegħu, għax raw li t-tifel kien sabiħ, u ma beżgħux mill-editt tas-sultan. Bil-fidi Mosè, meta kiber, irrifjuta milli jkun imsejjaħ iben bint Faragħun. Ħatar aktarx li jkun immaltrattat mal-poplu t’Alla milli temporanjament ikollu t-tgawdija tad-dnub. Ikkonsidra l-għajb ta’ Kristu bħala għana ikbar mit-teżori tal-Eġittu, għax kien qed iħares lejn il-premju. Bil-fidi ħalla l-Eġittu warajh, bla ma beża’ minn għadab is-sultan, għax issaporta, bħallikieku qed jara lill-Inviżibbli. Bil-fidi għamel l-Għid u t-traxxix tad-demm, sabiex il-qerried ma jmissx il-primoġeniti tagħhom.” (Ebrej 11:23-28). Id-dnub hu kkastigat bid-dnub. Sikwit Alla sempliċement iħalli r-reprobati jgħassdu aktar fl-inikwità li fiha xibilku lilhom infushom, bla rażan. Aktar ma wieħed jogħdos fil-konkupixxenza u l-laxxivja aktar jitmewwet għas-safa u l-qdusija. Bħalma l-lebbruż ma jibqax iħoss l-uġigħ tal-ġrieħi, hekk ukoll jitlef is-setgħa bi

Il-Mezzi tal-Grazzja

“‘B’ħafna kliem ieħor xehed solennement u kompla jeżortahom, billi qal, “Kunu salvati minn dil-ġenerazzjoni perversa!’ Għalhekk dawk li aċċettaw kelmtu tgħammdu, u żdiedu dak il-jum madwar tlett elef ruħ. Iddedikaw irwieħhom għat-tagħlim tal-appostli u għax-xirka, fi qsim il-ħobż u fit-talb. Kull ruħ inħakmet mit-timenza, u kienu jsiru qabda għeġubijiet u sinjali mirakolużi permezz tal-appostli. Dawk kollha li emmnu kienu flimkien u kellhom kollox komuni” (Atti 2:40-44). Meta Eliżew idderieġa lil Nagħman biex jinħasel mill-ġdiem tiegħu fix-Xmara Ġurdan, il-ġeneral Sirjan għall-ewwel tkaża b’dan ir-rimedju, u qabad jikkavilla. “X’inhu l-Ġurdan biex ninħasel fih?” U ġab ukoll l-argument li x-Xmara Farfar f’pajjiżu hi aktar nadifa, u sebaħ u dalam.  Ħafna nies illum jagħmlu l-istess bil-mezzi tal-grazzja. “X’inhu l-ippritkar biex nattendih? Qatt ma nisma’ xi ħaġa li ma nkunx diġà naf biha!” U inkwantu s-sagramenti għandhom l-istess atteġġjament fjakk. “X’inhuma dawn l-elementi

Il-Wegħda tal-Ħajja

“Hu jqabbad l-anġli jieħdu ħsiebek, biex iħarsuk fi triqatek kollha. Huma jerfgħuk fuq idejhom, li ma taħbatx riġlek ma’ xi ġebla. Int timxi fuq l-iljun u l-lifgħa; ferħ ta’ ljun u serp int tirfes taħt riġlejk. La ħabbni jien neħilsu; naqbeż għalih, la għaraf ismi. Hu jsejjaħli, u jien inwieġbu; inkun miegħu fil-għali; neħilsu u nerfagħlu ġieħu. B’għomor twil nimlieh u nurih is-salvazzoni tiegħi” (Salmi 91:11-16). Hemm ħajja tripla: il-ħajja naturali, meta nitnisslu f’ġuf ommna, u nibdew l-eżistenza tagħna f’did-dinja; il-ħajja spiritwali, meta nitwieldu mill-Ispirtu t’Alla, u nsibu ruħna fis-saltna ta’ Kristu; u l-ħajja eterna, meta nsibu ruħna fil-Ġenna. Il-ħajja, fl-aqwa sens tagħha, mela, hi eċċellenza miżjuda mal-eżistenza. Il-ħajja naturali hi tant qasira, illi nikkonfondu nsejħulhiex ħajja qed tmut, jew mewt qed tgħix. Għomor il-bniedem hu biss dell ta’ daħna, ħolma f’illużjoni. Ma jmissniex inkejluh bis-snin, imma kkalkolat bl-azzjoni: wieħed jista’ jmut xiħ ta’ tlet

Tama Tajba

“Bit-tama, kontra kull tama, Abraħam emmen, ħalli jsir missier ħafna ġnus, skont dak li ntqal lilu, ‘Hekk se jkun nislek.’ Bla ma ddgħajjef fil-fidi kkonsidra l-ġisem tiegħu nnifsu, issa mmewwet – billi kellu madwar mitt sena – u l-isterilità ukoll ta’ ġuf Sara. Frattant, inkwantu l-wegħda t’Alla, ma qagħadx indeċiż bl-inkredulità, iżda kien imsaħħaħ fil-fidi tiegħu, waqt li ta glorja ’l Alla, u kien persważ kompletament illi dak li wiegħed, Alla kien kapaċi wkoll jagħmlu. Konsegwentement il-fidi tiegħu ‘kienet kreditata lilu għall-ġustifikazzjoni tiegħu’” (Rumani 4:18-22). It-tama hi verġni ta’ bixra sabiħa u attraenti: il-maqgħad proprju tagħha hu fuq l-art, l-oġġett proprju tagħha fis-sema. Il-fidi hi d-difensur tagħha, it-talb l-avukat tagħha, is-sabar it-tabib, il-karità l-almoner tagħha, il-gratitudni t-teżorier tagħha, il-konfidenza l-viċi-ammirall, il-wegħda divina l-ankra tagħha, is-sliem it-tron statali tagħha, u l-glorja eterna l-kuruna tagħha.  Dit-tama, imsejsa

Alla Fidil

“Hu bi grazzja tal-Mulej li aħna ma ntemmejniex għalkollox, għax il-ħniniet tiegħu ma jonqsu qatt; jiġġeddu kull filgħodu. Kbira l-fedeltà tiegħek! Il-Mulej sehmi, tgħid ruħi; għalhekk nittama fih. Tajjeb il-Mulej għal dawk li jittamaw fih, għar-ruħ li tfittxu. Tajjeb li wieħed jittama u jistenna bil-kwiet is-salvazzjoni tal-Mulej. Tajjeb għal wieħed li jerfa’ l-madmad minn żgħożitu. Ħa joqgħod waħdu u ma jitkellimx xħin il-Mulej jgħabbihulu!” (Lamentazzjonijiet 3:22-28). Il-fedeltà t’Alla! Hi ogħla mis-sħab, ifnad mill-oċean immens. Il-fidi tagħna tista’ togħtor kultant, u niddiżappuntaw imqar lilna nfusna; iżda l-fedeltà t’Alla ma tfalli qatt. Bħal ħnientu, hi ġdida kull filgħodu. Kbira hi l-fedeltà tiegħu! Għax bħalma Alla fil-bidu m’għażilnix għax kont fl-għoli, hekk issa ma jabbandunax ħidmietu fija għax ninsab fil-baxx. Alla jżomm Kelmtu, iżomm il-patt; mhuwiex bniedem bħalna biex jigdeb, jew instabbli bħalna biex jerġa’ jibdielu. “Alla hu fidil, li bih intom issejjaħtu għ

Jien m'inix Int

“B’dan hi pperfezzjonata l-imħabba fostna, sabiex ikollna kunfidenza f’jum il-ġudizzju, għax bħalma hu Ġesù, aħna wkoll aħna f’did-dinja. M’hemmx biża’ fl-imħabba, anzi l-imħabba perfetta tixħet ’il barra l-biża’, għax il-biża’ jinvolvi l-kastig, u min jibża’ mhux ipperfezzjonat fl-imħabba. Aħna nħobbu għax hu ħabbna l-ewwel. Jekk xi ħadd jikklejmja, ‘Inħobb ’l Alla,’ u frattant jobgħod lil ħuh, hu giddieb, għax min ma jħobbx lil ħuh li ra ma jistax iħobb ’l Alla li ma rax. U dal-kmandament għandna mingħandu: min iħobb ’l Alla jmissu jħobb ukoll lil ħuh” (1 Ġwanni 4:17-21).  Kull wieħed minna intenzjonat biex jesibixxi l-karattru tiegħu nnifsu, ikun dak li ħaddieħor mhuwiex, u jagħmel dak li ħaddieħor mhux imsejjaħ biex jagħmel. Meta jien trasparenti miegħi nnifsi, u nagħraf l-identità partikolari tiegħi, imbagħad iseħħ dak li naqraw f’Shakespeare:  “Fuq kollox dan – kun veru miegħek innifsek,  U jirriżulta, bħalma l-lejl wara n-nhar jiġi,  Illi ma tkun falz ma’ ebda bni

Lejk Nerfa' Ħarsti

“Nerfa’ għajnejja lejn l-għoljiet, minn fejn tiġi l-għajnuna tiegħi. Mill-Mulej tiġi l-għajnuna tiegħi, hu li għamel is-sema u l-art. Hu ma jħallix lil riġlek jogħtor; dak li jħarsek ma jongħosx. Ara, dak li jħares lil Iżrael la jongħos u lanqas jorqod. Il-Mulej il-protettur tiegħek; il-Mulej hu dellek fuq lemintek. Ix-xemx ma tolqtokx binhar, lanqas il-qamar billejl. Il-Mulej iħarsek minn kull deni; hu iħarislek ruħek. Il-Mulej iħares il-ħruġ u d-dħul tiegħek, minn issa u għal dejjem ta’ dejjem” (Salmi 121:1-8). Huwa għaqal, anzi, dehen minn fuq, li nkunu kapaċi nagħtu direzzjoni korretta għall-mistennija u t-talb tagħna. Il-viżjoni tas-salmista hi ffokata strettament fuq id-destinazzjoni finali tiegħu, Ġerusalemm, u Sijon, l-għolja t’Alla. Mhux faċli twaħħal ħarstek fid-direzzjoni profitabbli, meta bosta attrazzjonijiet oħra jlellxu madwarna. Fi żmien il-prova, aħna ninstabu inklinati żżejjed biex niksbu għajnuna minn ħwejjeġ instabbli, biex insibuhom biss bħal qasba mġelġla l