Skip to main content

Posts

Showing posts from September, 2017

Is-Serp Tbusu jew Taħarbu?

“Tassew, int toqtol lill-ħażin, o Alla; għalhekk tbiegħdu minni, ja rġiel tad-dmija. Għax huma jitkellmu kontrik bil-qerq, u l-għedewwa tiegħek jieħdu ismek għalxejn. M’għandix nobgħodhom, o Mulej, lil dawk li jobogħduk? M’għandix nistmellhom lil dawk li jqumu kontra tiegħek? Nobgħodhom bl-akbar mibegħda; ngħoddhom b’għedewwa tiegħi...Il-biża’ tal-Mulej hi l-mibegħda tal-ħażen: il-tkabbir, l-arroganza, l-imġiba ħażina u l-fomm giddieb nobgħodhom” (Salmi 139:19-22; Proverbji 8:13). Immaġinak miexi fil-kampanja, tiggosta l-fwieħa ħelwa tan-narċis u l-ġiżimin, titgħaxxaq bl-għelieqi maħruta, bis-siġar iħaxwxu fiż-żiffa. Issa fettillek tibda tgħaqqad bukkett fjuri varjat. Iżda int u sejjer, fid-daqqa u l-ħin tibda xxomm rieħa pessma, bilkemm tissaportiha. Quddiemek, bla mistenni, issib miżbla. Jekk ikolli ngħid, naħseb li minflok tkompli tersaq ’l hemm, iddabbar rasek ’il bogħod mill-munzell ta’ żibel jinten.  Għaliex tagħmel hekk? Għax filwaqt li xtaqt il-fjuri, xorta waħda ma

Ix-Xjuħ Żejda jew Żina?

“Ix-xagħar abjad kuruna ta’ ġieħ, jekk jinstab fi triq is-sewwa. Ulied l-ulied kuruna tax-xjuħ, u l-glorja tal-ulied missirijiethom. Il-glorja taż-żgħażagħ qiegħda f’saħħithom, u ż-żina tax-xjuħ fix-xagħar abjad tagħhom. Isma’ lil missierek, dak li nisslek, u la żżeblaħx lil ommok meta tixjieħ” (Proverbji 16:31; 17:6; 20:29; 23:22). X’għerf sublimi hu merfugħ f’dawn il-ftit ħsibijiet! Longfellow, poeta Amerikan, jaqbel, u jkompli jgħid: “L-għajn tax-xjuħija tħarisli mansweta f’qalbi! Il-vuċi tax-xjuħija tidwi bil-krib fiha! Ir-ras xehbiena u l-id ċċongata jraħħmuli irreżistibbilment għas-simpatija! Nivvenera x-xjuħija; u ma nistax ngħid li jogħġobni dak li kapaċi jħares bla emozzjoni fuq għabex il-ħajja, meta l-għabex jibda jiġma’ fuq l-għajnejn impeċpċa, u d-dellijiet tal-krepuskolu jitwessgħu u jitfanndu fuq il-fehma.” Il-ġust jibqa’ jagħmel is-sewwa anke fi xjuħitu, tarah jippersevera u jirrendi l-frott fi żmienu. John Wesley prietka medja ta’ ħmistax-il prietka fil-ġi

Il-Knisja l-Kapulavur ta' Kristu

“Ma noħolqu ebda kawża ta’ tfixkil f’xejn, sabiex ma jkunx skreditat il-ministeru tagħna. Aktarx, f’kollox nirrikmandaw lilna nfusna bħala servi t’Alla: f’saportu kbir; f’afflizzjonijiet, neċessitajiet u kalamitajiet; fit-tidrib, priġuneriji u f’irvellijiet; f’taħbitiet, f’sahriet bla rqad u ġuħ; bis-safa, tagħrif, paċenzja u beninnità; fl-Ispirtu s-Santu u f’imħabba sinċiera; bil-kelma tal-verità u fis-setgħa t’Alla; bl-armi tal-ġustizzja fl-id il-leminija u x-xellugija; permezz ta’ glorja u diżunur, permezz ta’ infamja u rapport tajjeb. Aħna stmati bħala imposturi, frattant veri; bħala mhux magħrufa, frattant magħrufa sew; bħala qed immutu, frattant nibqgħu ngħixu; bħala msawtin, frattant mhux maqtulin; bħala mnikktin, frattant dejjem nifirħu; bħala foqra, frattant ngħanu lil ħafna; bħala m’għandna xejn, frattant nippossiedu kollox” (2 Korintin 6:3-10). Min bil-grazzja sar denju quddiem Alla awtomatikament sar indenju quddiem id-dinja. Min hu magħdud bħala ħaġra prezzjuża fi

Dejn li ma Jitħallasx

“Tiddejnu xejn ma’ ħadd ħlief li tħobbu ’l xulxin, għax min iħobb lil ħaddieħor wettaq il-liġi. Għax il-kmandamenti, ‘Tikkommettix adulterju,’ ‘Tikkommettix omiċidju,’ ‘Tisraqx,’ ‘Tirgħibx,’ u jekk hemm xi kmandament ieħor, huma ssommati f’dir-regola waħda: ‘Ħobb il-proxxmu tiegħek bħalek innifsek.’ L-imħabba ma tagħmilx deni lill-proxxmu. Mela l-imħabba hi t-twettiq tal-liġi” (Rumani 13:8-10). Min qed jimmira lejn il-maturità spiritwali ma jfittixx il-ħelsien tiegħu fl-awsteritajiet u qilla lejh innifsu, iżda lanqas ma jħalli l-pendlu jkaxkru fit-tmegħik ta’ pjaċiri bla sens, jew isawwar madwaru sur ta’ abbondanza. Ikun sab il-mogħdija medjana. Min ma jirrikmandax l-għoti tal-karità? Min ma jfaħħarx il-filantropu? Jew min qatt ma tħeġġeġ għal xi tip ta’ meditazzjoni jew taħriġ reliġjuż? Jew min qatt ma semma’ tnehidu lejn is-sema? Għal dawn kollha jindaqqu l-lawdijiet, iżda akbar minn kollox hi l-imħabba tenera. Għax bħalma dawl il-qamar jarmi dija mitt darba iżjed mid-daww

Tilqgħu lit-Tabib?

“Ġesù reġa’ ħareġ maġenb il-lag. Il-folla kollha ġiet għandu, u qagħad jgħallimhom. Kif kien għaddej ra lil Levi bin Alfew bilqiegħda mal-banka tad-dazju. “Segwini!” qallu. U Levi qam u segwih. Hu u jirreklina għall-ikel fid-dar ta’ Levi, ħafna dazjarji u midinbin ukoll irreklinaw ma’ Ġesù u d-dixxipli tiegħu, għax kienu ħafna li segwewh. L-iskribi tal-Fariżej, xħin raw illi kien qed jiekol mal-midinbin u d-dazjarji, staqsew lid-dixxipli tiegħu, ‘Għaliex jiekol mad-dazjarji u l-midinbin?’ Malli Ġesù sema’ dan, qalilhom, “Dawk b’saħħithom m’għandhomx bżonn tabib, iżda dawk li għandhom xi mard. Ma ġejtx insejjaħ lill-ġusti, iżda l-midinbin’” (Mark 2:13-17).  Il-marda tad-dnub hi serjissma. Iżda ħajr lil Alla: daħħalna fl-isptar tiegħu. Spiritwalment u moralment aħna lkoll morda u miġruħin, deformati u miġugħa, għomja u torox, paralitiċi u zopop – wisq wisq iżjed milli nirrealizzaw. L-agħar ħaġa li tista’ tiġrilna hi meta nagħmlu evalwazzjoni pożittiva tagħna nfusna inkwantu l-l

Għal min qed Taħdem?

“Nordnawlkom, l-aħwa, f’isem is-Sid Ġesù Kristu, biex tiskansaw lil kull ħu li jimxi fl-għażż u mhux skont it-tradizzjoni li rċevejtu mingħandna. Għax intom infuskom tafu kif jeħtieġ timitawna, għax ma konniex għażżenin fostkom, lanqas ma kilna l-ħobż mingħand xi ħadd bla ħlas, iżda b’taħbit u strapazz bqajna naħdmu lejl u nhar biex ma ntaqqlux lil xi ħadd minnkom; mhux għax m’għandniex jedd għall-għajnuna, iżda sabiex nagħmlu lilna nfusna mudell għalikom, ħalli timitawna. Għax saħansitra meta konna għadna magħkom, ordnajnielkom dan: jekk xi ħadd ma jridx jaħdem, lanqas m’għandu jiekol. Difatti nisimgħu li xi wħud fostkom qed jimxu fl-għażż, ma jaħdmu xejn, iżda huma sifisenti. Lit-talin nordnawlhom u neżortawhom fis-Sid Ġesù Kristu sabiex jaħdmu bil-kwiet u jaqilgħu l-ħobż tagħhom infushom” (2 Tessalonkin 3:6-12). Ix-xogħol, avolja wieħed jista’ jkun fornut b’talent u kapaċità, ma jista’ jkun xejn ħlief vojtizza, fl-aħħar mill-aħħar, jekk il-ħaddiem jibqa’ ma jirrealizzax li l

Żakkew u Int

“Ġesù daħal Ġeriko u kien għaddej minnha. Kien hemm raġel jismu Żakkew; dan kien dazjarju ewlieni u kien għani. Prova jara min hu Ġesù, imma ma setax minħabba l-folla, għax kien żgħir fl-istatura. Għalhekk ġera qabilhom ’il quddiem u tela’ fuq sikamoru sabiex jarah, għax kien dalwaqt se jgħaddi minn dik it-triq. Appena wasal fil-post, Ġesù ħares ’il fuq. ‘Żakkew,’ qallu, ‘għaġġel inżel minn hemm, għax illum jeħtieġli noqgħod f’darek.’ Għalhekk dak għaġġel u niżel, u laqgħu għandu ferrieħi. Xħin in-nies raw hekk, ilkoll bdew ibarqmu, ‘Daħal bħala mistieden għand raġel midneb.’ Imma Żakkew waqaf fuq qaddu u qal lis-Sid, ‘Ara, ja Sid! Nofs il-possedimenti tiegħi nagħtihom lill-foqra, u jekk għallatt lil xi ħadd minn xi ħaġa, inrodd l-ammont erba’ darbiet.’ Ġesù qallu, ‘Illum ġiet is-salvazzjoni lil did-dar, għax dan ukoll hu bin Abraħam. Għax Bin il-Bniedem ġie jfittex u jsalva x’intilef’” (Luqa 19:1-10). Għalkemm konverżjoni fit-tard rari tkun ġenwina, konverżjoni ġenwina qatt mhi

Kelma dwar il-Kuxjenza

“Dit-testimonjanza hi vera. Għaldaqstant ċanfarhom severament, sabiex ikunu korretti fil-fidi u ma jagħtux kas ħrejjef Lhud u kmandamenti tal-bnedmin li jirroftaw l-verità. Kollox pur għall-puri, imma għall-ikkontaminati u l-miskredenti xejn mhu pur, anzi kemm il-moħħ kif ukoll il-kuxjenza tagħhom huma kkontaminati. Jikklejmjaw li jafu ’l Alla, imma b’azzjonijiethom jiċħduh. Huma detestabbli, diżubbidjenti, u diżapprovati għal kull att tajjeb” (Titu 1:13-16). Xi darba jew oħra ngħafasna mill-persistenza tal-kuxjenza. Nafu x’testimonjanza kapaċi toffri. M’hemm ebda xhud daqshekk terribbli, ebda akkużatur tant setgħan daqs il-kuxjenza li tgħammar fina. Qisha avukat qed jgħaddina minn kontroeżami. Kuxjenza ħatja m’għandha x’tambi ’l ħadd min jixliha; tħoss biża’ kontinwu. Bniedem jaqbillu jissakkar f’kaverna ma’ orsa misruqa mill-frieħ tagħha milli jgħammar ma’ kuxjenza akkużatriċi. Ebda strument tat-tortura, ebda ħġejjeġ ma jistgħu jikkompetu mal-miżerja meta tkun konxjament ħat

Diskriminazzjoni Divina

“Meta timtedd ma jkollox biża’; iva, meta timtedd ngħasek jiġik ħelu. La tibżax minn qtajja għal għarrieda, u lanqas mill-ħsara tal-ħżiena, meta tasal. Għax ikun maġenbek il-Mulej, u riġlek iħarislek li ma jinqabadx…Is-saħta tal-Mulej f’dar il-ħażin, iżda dar il-ġusti jberikha. Min irid jiddieħaq, hu jiddieħaq bih, iżda lill-umli jagħtihom il-ħniena. L-għorrief jirtu l-ġieħ, iżda l-għajb hu sehem il-boloh” (Proverbji 3:24-26,33-35). Alla hu realment renjanti fuq it-tron tal-univers. Dan nistqarruh bil-fidi, speċjalment meta naraw l-anormalità u d-dissens morali minħabba d-dnub uman. Fil-Kredu nistqarru apertament illi Alla “jippremja t-tajbin u jikkastiga lill-ħżiena.” Allura meta Alla jżur il-bniedem bil-ġudizzji tiegħu, ma jkunx irid li niesu jallarmaw ruħhom. Jaf jiddistingwi bejniethom. Alla ma joħroġx biex jagħmel id-deni, iżda biex jiddefendi l-ġusti. Iridhom juri kuraġġ. Il-fidili, marbuta miegħu b’patt solenni, igawdu xirka miegħu u allura jafu bil-preżenza tiegħu, a

Fonti ta' kull Barka

“Issupplikaw u jingħatalkom; fittxu u ssibu; ħabbtu u jinfetħilkom. Għax kull min jissupplika jirċievi, min ifittex isib u ’l min iħabbat jinfetaħlu. Liema bniedem hemm fostkom, jekk ibnu jissupplikah ħobża, inewwillu ħaġra? Jew jekk jissupplikah ħuta, jaqaw inewwillu serpent? Jekk mela intom, avolja intom ħżiena, tafu kif tagħtu rigali tajbin lit-tfal tagħkom, kemm iżjed Missierkom fis-smewwiet jagħti ħwejjeġ tajba ’l dawk li jissupplikawh!” (Mattew 7:7-11). L-aqwa metodu għal kull persuna konvertita hu dan: titħassibx iżda itlob. Keċċi l-ansjetà billi tikkoltiva komunjoni intima u ta’ kwalità ma’ Missierek smewwieti. Ġorr kuljum bżonnijietek u saħansitra xewqatek quddiem is-Sid sovran, l-għassies ta’ ruħek, li miegħu tinsab marbut b’patt ta’ grazzja. Mur għandu bit-talb. Irrikorri għandu regolarment; tinsiex tadurah b’tifħir fewwieħ. Titlobx bid-dubju jew ambivalenza. Mat-tħannin tiegħek żid dejjem ir-radd il-ħajr għat-tjieba tiegħu fl-imgħoddi. Qis li se tirċievi dak li qed t

It-Tajjeb u l-Ħażin Maqlubin

“Gwaj għal dawk li jsejħu l-ħażin tajjeb, u t-tajjeb ħażin, li jqiegħdu d-dlam flok id-dawl, u d-dawl flok id-dlam, li jqiegħdu l-morr flok il-ħelu, u l-ħelu flok il-morr. Gwaj għal dawk li huma għorrief f’għajnejhom, u li mingħalihom għaqlin. Gwaj għal dawk li huma rġiel biex jixorbu l-inbid, u rġiel ta’ saħħa biex iħalltu xorb qawwi, li jiġġustifikaw il-ħażin bit-tixħim, u jieħdu d-dritt ta’ min hu ġust!” (Isaija 5:20-23). Il-problemi f’kull soċjetà u f’kull żmien jirrepetu ruħhom. Sakemm il-bniedem jibqa’ midneb, għandu ħabta jaqleb il-valuri ta’ taħt fuq, minkejja illi fil-kuxjenza tiegħu jaf illi qed jagħmel ħażin. Hu ħati, u jaf.  “Kulħadd sema’ n-nies jitlewmu. Kultant jinstemgħu komiċi u kultant sempliċement spjaċevoli. Insomma, jinstemgħu kif jinstemgħu, naħseb nistgħu nitgħallmu xi ħaġa importanti qatigħ meta nagħtu kas it-tip ta’ ħwejjeġ li jgħidu. Jilmentaw: “Xi tgħid kieku xi ħadd jagħmillek l-istess?” – “Dak posti, jien kont hemm l-ewwel!” – Ħallih; mhu jagħmil

Il-Ġdid u l-Qadim

“Għaldaqstant, billi tneħħu l-falsità, ‘Tkellmu l-verità, kull wieħed minnkom, mal-proxxmu tiegħu,’ għax aħna membri ta’ xulxin. ‘Irrabjaw u frattant tidinbux.’ Tħallux ix-xemx tgħarrab fuq il-korla tagħkom, lanqas tagħtu opportunità lix-xitan. Ħalli min seraq ma jisraqx iżjed, imma aktarx għandu jitħabat, billi jaħdem onestament b’idejh stess, sabiex ikollu x’jaqsam ma’ min hu fil-bżonn. Ħa ma tipproċiedi l-ebda kelma mħassra minn fommkom, iżda biss kwalunkwe kelma tajba għall-edifikazzjoni ta’ ħaddieħor, skont kif tirrekjiedi l-okkażżjoni, sabiex tagħti grazzja ’l dawk li jisimgħuha. U tnikktux lill-Ispirtu s-Santu t’Alla, li bih kontu ssiġillati għal jum il-fidwa. Ħa jitwarrab minnkom kull imrar, għadab u rabja, għajjat klamoruż u diffamazzjoni, ma’ kull forma ta’ malizzja. Kunu benevolenti ma’ xulxin, kumpassjonali, u aħfru ’l xulxin, bħalma Alla ħafer lilkom fi Kristu” (Efesin 4:25-32). Inża’ u ilbes, imma mhux fis-sens li l-ewwel tinża’ għalkollox biex imbagħad, bħala t-t

Il-Kankru tal-Kburija

“Il-ġlied jiġi biss mill-kburija, iżda l-għerf qiegħed ma’ dawk li jieħdu parir. Il-Mulej iġarraf dar il-kburin, iżda jżomm weqfin is-slajjen tal-armla. Kull min hu mkabbar f’qalbu l-Mulej jistkerrhu; jagħmel x’jagħmel, ma jeħlishiex. Għajnejn imkabbra u qalb minfuħa, dawl il-ħżiena, huma dnub. Ħa jfaħħrek ħaddieħor, iżda mhux fommok; wieħed barrani, iżda mhux xofftejk. Il-kburija ta’ bniedem iċċekknu, iżda min hu umli fl-ispirtu jkollu l-ġieħ” (Proverbji 13:10; 15:25; 16:5; 21:4; 27:2; 29:23).  Ħa jservu dawn il-qwiel ispirati bħala eżami tal-kuxjenza għal kull wieħed minna. Ftit huma l-Kristjani li jammettu element ta’ kburija fihom. Għalkemm ma noqogħdux niftaħru ma’ kulħadd, nippretendu li aħna umli. Il-pagun, meta jħares lejn imqar waħda mir-rix splendidu tiegħu, jisfa fjammat bil-kburija, imma ħarsa waħda lejn is-saqajn koroh tiegħu mal-ewwel iġġibu f’postu. Hekk ukoll magħna l-bnedmin. Jekk hemm il-ġmiel, l-għana, il-fama, is-suċċess jew kwalunkwe fattur ieħor li jħajjarn

L-Istorja tar-Reġina

“Għax il-wegħda ’l Abraħam u lil nislu, li kellu jkun il-werriet tad-dinja, ma saritx permezz tal-liġi, iżda permezz tal-ġustizzja li tiġi bil-fidi. Għax jekk il-werrieta huma l-aderenti tal-liġi, il-fidi tbattlet u l-wegħda hi nnullifikata, għax il-liġi ġġib ir-rabja, imma fejn m’hemmx liġi, lanqas m’hemm trasgressjoni. Minħabba f’hekk hi mill-fidi, sabiex il-wegħda tkun tiddependi fuq il-grazzja, ħalli tkun garantita għan-nisel kollu t’Abraħam - mhux biss għal dawk tal-liġi iżda wkoll għal dawk li huma tal-fidi t’Abraħam, li hu missierna lkoll” (Rumani 4:13-16). Darba waħda assassina nħbiet fil-kmamar privati tar-Reġina Eliżabetta l-Ewwel tal-Ingilterra, bil-ħsieb li malli tkun waħidha taħbat għaliha u teħdilha ħajjitha. Inqabdet, u minnufih irrealizzat li l-każ tagħha kien bla tama xejn. Għalhekk intefgħet mal-art quddiem ir-reġina u ttalbitilha biex turiha miżerikordja.  “Il-grazzja tiegħek biss tista’ ssalvani,” għajtet imbikkija.  Eliżabetta ħarset lejha bi bruda u q

Uża l-Għodda

“Huma u ħerġin minn Ġeriko, segwietu folla kbira. Żewġt irġiel għomja bilqiegħda mat-triq, appena semgħu illi Ġesù kien għaddej minn hemm, bdew jgħajtu, ‘Ja Sid, ħenn għalina, Bin David!’ Il-folla ċanfrithom sabiex jisktu, imma huma wisq iktar għajtu, ‘Ja Sid, ħenn għalina, Bin David!’ Ġesù waqaf u sejħilhom. ‘Xi triduni nagħmlilkom?’ staqsa. Weġbuh, ‘Ja Sid, illi għajnejna jkunu miftuħa.’ Ġesù tħassarhom u messilhom għajnejhom; u istantanjament bdew jaraw u segwewh” (Mattew 20:29-34). Iż-żewġ għomja fil-Vanġelu ma kellhomx ħila jagħtu d-dawl lil għajnejhom stess; kienet operazzjoni impossibbli għalihom. Biss setgħu joqogħdu fit-triq mnejn kellu jgħaddi r-Rabbi Ġesù. Setgħu wkoll jgħollu leħinhom u jappellawlu biex tiġih ħniena minnhom. Irrealizzaw li hu biss seta’ jfejjaqhom. Allura ħadu azzjoni!  Alla tana t-talb, il-qari tal-Iskrittura, ix-xirka ma’ aħwa Kristjani, u mezzi oħra biex bihom nikbru fil-fidi tagħna. Issa dawk li huma ħawtiela fl-użu tal-mezzi huma n-nies li

Alla Ġust u Ħanin

“Int, iva, int tal-biża’; u min jista’ joqgħod quddiem il-preżenza tiegħek meta tkun mgħaddab? Int ġegħilt li l-ħaqq jinstema’ mis-sema; l-art beżgħet u tbikkmet xħin Alla qam biex jagħmel il-ħaqq, biex isalva l-imsejkna kollha tal-art. Tassew, għadab il-bniedem ifaħħrek; il-fdal tal-għadab int titħażżem bih. Wiegħdu u roddu lill-Mulej, Alla tagħkom; ħalli dawk kollha ta’ madwaru jġibulu għotjiet, lilu, li hu tal-biża’, li dak li jifni lill-kbarat u jnissel il-biża’ fis-slaten tal-art” (Salmi 76:7-12). L-infidili jinkorlaw kontrina. Min-natura tagħhom ma jafux jagħmlu aħjar minn hekk. Ir-rabja tagħhom nissaportuha bħala tikketta tas-sejħa tagħna, sinjal li aħna sseparati u differenti minnhom. “Għalhekk aħna nfusna niftaħru bikom fil-knejjes t’Alla għall-kostanza u l-fidi tagħkom fil-persekuzzjonijiet u l-afflizzjoni kollha tagħkom li qegħdin tissaportu. Dan hu evidenza tal-ġudizzju ġust t’Alla, ħalli tkunu magħdudin denji ta’ saltnet Alla, li għaliha wkoll qegħdin tbatu” (2 Tess

Id-Don tal-Indiema

“Tagħrfu li jien hu l-Mulej, meta nġibkom f’art Iżrael, fil-pajjiż li b’id merfugħa ħlift li nagħtih lil missirijietkom. Hemm tiftakru f'imġibitkom, u fl-għemejjel tagħkom kollha li bihom tniġġistu, u titkexkxu minnkom infuskom minħabba l-ħżunijiet tagħkom kollha li għamiltu. U tagħrfu mbagħad li jien hu l-Mulej, meta nagħmel magħkom minħabba f’ismi, mhux skont triqatkom il-ħżiena jew skont l-għemejjel imħassra tagħkom, o dar Iżrael,’ jgħid Sidi l-Mulej” (Eżekjel 20:42-44). Meta l-Mulej jilqagħna fi ħdanu, u jpoġġina f’qagħda ta’ favur, paċi u sigurezza miegħu, iwassalna biex nindmu mill-fallimenti kollha tagħna ħalli niddedikaw ruħna f’ubbidjenza lejh, sforz il-grazzja effettiva tiegħu fina. L-indiema hi bidla fil-ħsieb, li tirriżulta dejjem f’kambjamenti konkreti fil-kondotta. Moralment ngħaddu ’l quddiem. L-indiema tant hi prezzjuża illi nistgħu nsejħulha djamant tal-aqwa kwalità. Il-Mulej iwiegħed l-indiema lil niesu bħala wieħed mir-riżultati santifikanti tas-salvaz

Ġenna u Infern

“Imbagħad rajt tron kbir abjad u dak bilqiegħda fuqu. L-art u s-sema ħarbu mill-preżenza tiegħu, u post ma nstabx għalihom. U rajt il-mejtin, il-kbar u ż-żgħar, weqfin quddiem it-tron, u nfetħu l-kotba. Infetaħ ktieb ieħor, li hu ktieb il-ħajja. Il-mejtin kienu ġġudikati mill-ħwejjeġ rekordjati fil-kotba, skont l-għemejjel tagħhom. Il-baħar radd l-mejtin li kienu fih, u l-mewt u Ħades raddew il-mejtin fihom, u kienu ġġudikati, kull wieħed skont l-għemejjel tagħhom. Imbagħad il-mewt u Ħades kienu mitfugħin fl-għadira tan-nar. Din hi t-tieni mewt, l-għadira tan-nar. Jekk isem xi ħadd ma nstabx miktub fi ktieb il-ħajja, kien mitfugħ fl-għadira tan-nar” (Rivelazzjoni 20:11-15). Ġie li smajt l-ilment illi jekk imqar se jkun hemm ruħ waħda fl-Infern dan il-fatt itellef il-feliċità ta’ dawk salvati. It-tali protesti jinstemgħu ħanina, però fil-fatt min ileħħinhom qajla jaf x’inhu jgħid. Jissuġġerixxu illi n-nies bla mħabba, diżubbidjenti u miskredenti, nies li impriġunaw lilhom infusho

Pellegrinaġġ

“Dawn kollha mietu fil-fidi, bla ma rċevew il-wegħdi, iżda rawhom mill-bogħod u tawhom merħba, u ammettew illi kienu barranin u għorba fuq l-art. Infatti dawk li jgħidu t-tali ħwejjeġ jagħmluha ċara illi qed ifittxu patrija. Kieku kienu jaħsbu f’dak il-pajjiz li minnu ħarġu, kien ikollhom opportunità biex jirritornaw. Imma attwalment issa jleħħu għal pajjiż aħjar, ċoè wieħed smewwieti. Għaldaqstant Alla ma jistħix minnhom biex jissejjaħ Alla tagħhom, għax ippreparalhom belt” (Ebrej 11:13-16). Min jaf kieku l-jum preżenti hu l-aħħar lejl għad-dinja? L-importanti mhuwiex illi dejjem nibżgħu jew imqar nittamaw dwar l-aħħar tad-dinja, iżda li niftakru u nieħdu rendikont illi, iva, l-univers preżenti għad jasal fi tmiemu.  Biex inġibu eżempju: pensjonant ta’ sebgħin sena m’għandux għalfejn iħossu l-ħin kollu li armajn wasal fi tmiem il-vjaġġ, u lanqas hu obbligat isemmih il-ħin kollu. Jekk hu għaqli, però, jieħdu in konsiderazzjoni f’kull entrapriża jew proġett tiegħu. Ikun baħna

Għall-Kenn

“Hu ma jilmaħx ħażen f’Ġakobb u lanqas ra għawl f’Iżrael. Il-Mulej, Alla tiegħu, miegħu, u l-għajta ta’ sultan hi fosthom. Alla ħariġhom mill-Eġittu; hu għalihom bħal qrun ta’ gendus salvaġġ. Tassew, m’hemmx seħer f’Ġakobb, lanqas hemm xi teħbir f’Iżrael. F’waqtu jingħad lil Ġakobb u lil Iżrael: ‘X’għamel Alla!’ Ara, il-poplu jqum bħal ljunissa u jintrefa’ bħal iljun; ma jimteddx qabel ma jkun kiel il-priża tiegħu, u jkun xorob demm il-maqtulin” (Numri 23:21-24). Dal-kliem hu bħal mannara li tqaċċat mill-għeruq kull biża’ belha minħabba s-superstizzjoni. Anke jekk is-seħer u l-okkult huma minnhom, ma jistgħux jaffettwaw in-nies t’Alla. Dawk li Alla jberikhom, id-demonji flimkien ma jistgħux jisħtuhom. L-avversarji tagħna jistgħu jikkomplottaw kif iridu; mhux se jirnexxilhom ixejnu lill-erwieħ miksuba minn Kristu għal Alla. Ix-xtabi ta’ Ħades qatt mhu se jipprevalu kontra l-imsejħin u l-maħbubin tiegħu, magħrufin minnu mill-eternità.  Nies bla kuxjenza, bħal Balgħam, jistgħu

Atturi Bla Unuri

“Tħalli ’l ħadd min jiddisprezzak minħabba ż-żgħożija tiegħek, iżda aktarx kun eżempju għall-kredenti fid-diskors, fl-imġiba, fl-imħabba, fil-fidi u fis-safa. Sakemm niġi applika ruħek għall-qari pubbliku tal-Iskrittura, għall-eżortazzjoni u t-tagħlim. Tittraskurax id-don fik, li kien mogħti lilek permezz ta’ profezija bit-tqegħid ta’ idejn il-presbiterju. Okkupa ruħek b’dawn il-ħwejjeġ, kun assorbit fihom, sabiex il-progress tiegħek ikun evidenti għal kulħadd. Oqgħod attent għalik innifsek u għad-dottrina tiegħek. Ippersisti fihom, għax billi tagħmel hekk issalva kemm lilek innifsek u lis-semmiegħa tiegħek” (1 Timotju 4:12-16). Biex tiskonġri trid tkun pur. Jekk il-komportament tiegħi ħadd ma jsib x’jgħid fih, il-kunsill u ċ-ċanfir tiegħi jkun bil-wisq aktar aċċettabbli u kredibbli. Jekk qanpiena tkun imxaqqa, ħossha jinstema’ jżarżar. Ikel nutrittiv ma jinżlilniex tajjeb jekk inkunu nafu li l-kok sajjarulna bil-geddum u kontra qalbu. Hekk ukoll meta nfittxu li nagħmlu l-ġid, p

Mhux Bilfors Nirrabja!

“In-nies kesħin iġibu belt f’nassa, iżda l-għorrief iberrdu t-tmasħin. L-iblah jiżvoga għadbu kollu iżda l-għaref iżommu. Wieħed imgħaddab iqajjem il-ġlied, u min jitbaqbaq jagħmel ħafna ħtijiet. Jekk kont iblah billi tkabbart, jew jekk ħsibt id-deni, qiegħed idek fuq fommok, għax jekk tagħsar il-ħalib toħroġ il-baqta, u jekk tagħsar imnieħrek toħroġ id-demm, u jekk tagħsar il-għadab joħroġ il-ġlied” (Proverbji 29:8,11,22; 30:32-33). Il-ġudizzju hu l-eżami aħħari tagħna quddiem Alla – “kull wieħed minna jagħti kont ’l Alla tiegħu nnifsu.” Kif taħseb li se tmur f’dan l-eżami kruċjali? Se tgħaddi jew teħel? Tinstab għaref jew iblah? Ir-risposta tista’ tkun tafha, għax il-Mulej jagħtina ħafna u ħafna testijiet matul ħajjitna biex naraw kif aħna sejrin; inkunu qed nagħmlu evalwazzjoni tagħna nfusna.  Dawn it-testijiet huma ċ-ċirkostanzi li tiltaqa’ magħhom kuljum, fid-dar, l-iskola, fuq ix-xogħol, fil-ħanut, fil-knisja, mal-ħbieb, ma’ kulħadd. Mistoqsija li toħroġ spiss f’dawn i

Int Ħalliel?

“Wieħed mill-kriminali mdendla hemm insultah, ‘Ewwilla m’intix il-Messija, int? Salva lilek innifsek u lilna!’ Imma l-malefattur l-ieħor ċanfru. ‘Int lanqas tibża’ minn Alla,’ qallu, ‘ladarba tinsab taħt l-istess sentenza ta’ kundanna? Aħna tabilħaqq ġustament, għax qegħdin nirċievu lura x’ħaqqna għal li għamilna, imma dan ebda misfatt m’għamel.’ Imbagħad qal, ‘Ġesù, ftakar fija meta tiġi f’saltnatek!’ Ġesù wieġbu, ‘Tassew ngħidlek, illum se tkun miegħi fil-Ġenna’” (Luqa 23:39-43). X’għeruq ħoxnin għandha l-inkredulità! X’influwenza perversa ssostni! Kapaċi żżommilna għajnejna u twebbsilna qlubna kontra Ġesù u l-grazzja tiegħu. Iżda fejn id-dnub kotor il-grazzja toktor wisq iżjed. U l-grazzja hi sovrana; Alla jilħaq lil min jogħġbu hu, altrimenti mhijiex grazzja. Hi favur bla mistħoqq.  It-tagħlim ta’ Ġesù hu eżemplifikat fiż-żewġ malefatturi misluba miegħu: wieħed ittieħed u l-ieħor tħalla (Mattew 24:40). Imma l-Mulej ma jwassalx il-midinbin fil-glorja mingħajr indiema. L-i

Fis-Sħana tal-Forġa

“Ara, hieni l-bniedem li Alla jwiddbu; għalhekk it-tagħlima tal-Omnipotenti la tbarrihiex. Għax hu jfieri, u jorbot; hu jidrob, u jdejh ifejqu. Minn sitt ħsariet jeħilsek: iva, is-seba’ ma tagħmillikx deni. Fil-għaks jeħilsek mill-mewt, u fil-gwerra mis-setgħa tas-sejf. Int tkun sikur minn sawt l-ilsien, u lanqas tibża’ mill-ħerba meta tiġi. Bil-ħerba u bil-ġuħ inti tidħaq, u lanqas tibża’ mid-dbejjeb tal-art” (Ġobb 5:17-22). B’dal-kliem Elifaż, wieħed mill-ħbieb ta’ Ġobb, esprima l-verità t’Alla. Jista’ jkollna trabil u saram daqs jiem il-ġimgħa, iżda Alla li ħadem f’dawk is-sitt ijiem għadu jaħdem favur niesu sakemm il-ħelsien tagħhom ikun sħiħ. Qatt u qatt il-Missier ma jaqta’ qalbu minn uliedu; jibqa’ jsus magħhom, jiddixxiplinahom, jesprimi mogħdrija lejhom. Imħabbtu hi infallibbli lejhom, il-merħla ċkejkna iżda tant għażiża ta’ Ibnu.  Aħna nistrieħu fih; fih biss niskopru s-serħan tagħna. Meta l-provi jiġuna waħda wara l-oħra b’suċċessjoni mgħaġla, il-fidi tagħna tkun

Sa Fejn Twassal Imħabbtek?

“Aħna nafu illi għaddejna mill-mewt għall-ħajja, għax inħobbu lill-aħwa. Min ma jħobbx jibqa’ fil-mewt. Kull min jobgħod lil ħuh hu qattiel, u tafu illi ebda qattiel m’għandu l-ħajja eterna tgħammar fih. B’dan għarafna l-imħabba, għax Ġesù ċeda ħajtu għalina. U aħna jmissna nċedu ħajjitna għall-aħwa. Kull min għandu l-ġid tad-dinja, u jara ’l ħuh fil-bżonn u frattant ma jurih ebda mogħdrija, kif tista’ tgħammar l-imħabba t’Alla fih? Tfal ċkejknin, ħa ma nħobbux bid-diskors u lanqas bl-ilsien biss, iżda bl-azzjoni u fil-verità” (1 Ġwanni 3:14-18). Sikwit nismagħha: “Alla jħobbok kif int!” Onestament ma togħġobnix, għax tgħid nofs storja. Teoloġija inkompluta jew inadegwata hija pożittivament perikoluża. Jien nikkoreġiha billi nissupplimentaha: “Alla jħobbok kif int, imma jħobbok wisq biex iħallik kif int!” Alla ma jħobbnix għax niswa xi ħaġa; għall-kuntrarju, għandi valur għax Alla jħobbni. Fuq dan l-isfond nirrealizza aktar u aktar illi faċilment nagħti bla ma nħobb, imma im

Tifħir lil min ħaqqu Tifħir

“Faħħru lill-Mulej! Faħħru lill-Mulej fis-santwarju tiegħu; faħħruh fil-firxa tas-smewwiet tal-qawwa tiegħu! Faħħruh għall-għemejjel kbar tiegħu; faħħruh għall-kobor tiegħu bla tarf. Faħħruh bid-daqqa tat-tromba; faħħruh bl-arpa u ċ-ċetra. Faħħruh bit-tanbur u ż-żfin; faħħruh bid-daqq tal-kordi u tal-flawt. Faħħruh bid-daqq qawwi taċ-ċimbli; faħħruh biċ-ċimbli jdamdmu. Ħa jfaħħar lill-Mulej kulma jieħu n-nifs. Faħħru lill-Mulej” (Salmi 150:1-6). Meta l-qalb tissaħħar f’ammirazzjoni grata lejn il-Ħallieq, żelożament tiżbokka u ssejjaħ il-ħlejjaq intelliġenti - anġeliċi u umani - kif ukoll ħlejjaq oħra, u l-ħolqien materjali, biex jifformaw kor wieħed universali, għalenija u armonjuż. Minn hawn nintebħu kemm hi adatta l-qima pubblika t’Alla.  Imma d-dnub ippervertiena. Bħala bnedmin razzjonali u immortali kif nistgħu nkunu mistħija meta ninstabu nfaħħru ’l Alla? X’kuntrast mal-eżerċti tas-sema! M’hemmx għalfejn tkun espert fl-astronomija biex tħoss l-obbligu raġunevoli li