Skip to main content

Id-Don tal-Indiema

“Tagħrfu li jien hu l-Mulej, meta nġibkom f’art Iżrael, fil-pajjiż li b’id merfugħa ħlift li nagħtih lil missirijietkom. Hemm tiftakru f'imġibitkom, u fl-għemejjel tagħkom kollha li bihom tniġġistu, u titkexkxu minnkom infuskom minħabba l-ħżunijiet tagħkom kollha li għamiltu. U tagħrfu mbagħad li jien hu l-Mulej, meta nagħmel magħkom minħabba f’ismi, mhux skont triqatkom il-ħżiena jew skont l-għemejjel imħassra tagħkom, o dar Iżrael,’ jgħid Sidi l-Mulej” (Eżekjel 20:42-44).

Meta l-Mulej jilqagħna fi ħdanu, u jpoġġina f’qagħda ta’ favur, paċi u sigurezza miegħu, iwassalna biex nindmu mill-fallimenti kollha tagħna ħalli niddedikaw ruħna f’ubbidjenza lejh, sforz il-grazzja effettiva tiegħu fina. L-indiema hi bidla fil-ħsieb, li tirriżulta dejjem f’kambjamenti konkreti fil-kondotta. Moralment ngħaddu ’l quddiem.

L-indiema tant hi prezzjuża illi nistgħu nsejħulha djamant tal-aqwa kwalità. Il-Mulej iwiegħed l-indiema lil niesu bħala wieħed mir-riżultati santifikanti tas-salvazzjoni. Alla jagħti d-don tal-indiema, u jirċievi mixja niedma mingħandna. Pietru ddefenda l-aġir tiegħu quddiem l-aħwa Lhud meta mar jipprietka għand il-pagani, u “malli semgħu dan ikkwitaw, igglorifikaw ’l Alla, u qalu, ‘Mela Alla ta mqar lill-Ġentili l-indiema għall-ħajja’” (Atti 11:18).

M’aħniex kapaċi nindmu waħidna: Alla l-imbierek irid jopera fi qlubna biex ireġġagħna lura għandu. L-indiema ma jagħtihilniex bħala pillola morra, iżda bħala għasel, għax il-frott tagħha jferraħna. Nitgħallmu nikkuntentaw b’Alla, nitgħaxxqu fih, u nservu lilu. 

Il-Mulej jagħtina t-tagħrif tal-maħfra, mixtrija bid-demm tas-salib. Jurina kif kellu ħniena minna bla ma ħaqqna. Dan ikun l-aħjar mezz biex idewweb qlub tal-ħaġar. Inħossuna mwebbsa u kalluża kontra Alla? Ejjew nimmeditaw dwar imħabbtu li wriena billi daħal f’patt magħna. Imbagħad narmu d-dnub, nitkexkxu mill-offiżi tagħna stess. Nistmelluhom; iva, saħansitra nibdew nobogħdu lilna nfusna talli ħadnieha kontra l-imħabba infinita tas-smewwiet. 

Talba: “Missier mill-aktar benevolenti, nersqu lejk imbottati mill-wegħda tiegħek stess, għax int mimli bil-maħfra għal dawk li jibżgħu minnek. Nitolbuk tgħinna niftakru, nindmu, jiddispjaċina ġenwinament minn ħżunitna, u nduru lejk. O li kieku kellna ngawdu t-tidwib ta’ għali qaddis! X’solliev ikun għargħar ta’ dmugħ għalina, meta tabilħaqq jisgħobbina għal dnubietna! Mulej, idrob il-blata, kellimha, u ħalli l-ilma jnixxi minnha! Ammen.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Lejk Nerfa' Ħarsti

“Nerfa’ għajnejja lejn l-għoljiet, minn fejn tiġi l-għajnuna tiegħi. Mill-Mulej tiġi l-għajnuna tiegħi, hu li għamel is-sema u l-art. Hu ma jħallix lil riġlek jogħtor; dak li jħarsek ma jongħosx. Ara, dak li jħares lil Iżrael la jongħos u lanqas jorqod. Il-Mulej il-protettur tiegħek; il-Mulej hu dellek fuq lemintek. Ix-xemx ma tolqtokx binhar, lanqas il-qamar billejl. Il-Mulej iħarsek minn kull deni; hu iħarislek ruħek. Il-Mulej iħares il-ħruġ u d-dħul tiegħek, minn issa u għal dejjem ta’ dejjem” (Salmi 121:1-8). Huwa għaqal, anzi, dehen minn fuq, li nkunu kapaċi nagħtu direzzjoni korretta għall-mistennija u t-talb tagħna. Il-viżjoni tas-salmista hi ffokata strettament fuq id-destinazzjoni finali tiegħu, Ġerusalemm, u Sijon, l-għolja t’Alla. Mhux faċli twaħħal ħarstek fid-direzzjoni profitabbli, meta bosta attrazzjonijiet oħra jlellxu madwarna. Fi żmien il-prova, aħna ninstabu inklinati żżejjed biex niksbu għajnuna minn ħwejjeġ instabbli, biex insibuhom biss bħal qasba mġelġla l...

Alla u l-Atomu huma Inviżibbli

“Għax ir-rabja t’Alla qed tkun irrivelata mis-sema kontra kull empjetà u inġustizzja tal-bnedmin li jissopprimu l-verità fl-inġustizzja, għaliex dak li jista’ jkun magħruf dwar Alla hu evidenti għalihom, għax Alla lilhom immanifestah. Għax l-attributi inviżibbli tiegħu – kemm is-setgħa dejjiema kif ukoll in-natura divina tiegħu – jidhru distintivament mill-ħolqien tad-dinja, mifhuma mill-ħwejjeġ magħmula, tant li huma bla skuża” (Rumani 1:18-20). Alla mhu mkien, jew kullimkien? L-ateiżmu u l-Kristjaneżmu huma ż-żewġ pożizzjoni li ma jippretendu ebda inkonsistenza. Kwalunkwe filosofija bejniethom – deiżmu, anjostiċiżmu, edoniżmu, panteiżmu, u l-bqija – huma kollha kompromettenti. Jekk is-soċjetà tipprova tinbena fuq l-edoniżmu, pereżempju, ir-riżultat mhux diffiċli tindovinah bil-quddiem. Jirriżulta biss kaos u diżgwid.  Jekk Bin Marija mhuwiex ukoll Bin Alla, m’għandna ebda kawża soda kontra l-ateiżmu. Avolja xi atej huma biss atej fil-bnazzi, xorta rridu nkunu lesti nwa...