Skip to main content

Posts

Showing posts from November, 2017

Is-Sinjur u l-Fqir

“Ikel bil-kotra tagħti x-xagħra maħduma tal-fqir, iżda dan kollu jista’ jintilef minħabba nuqqas ta’ ġustizzja. Aħjar ftit bis-sewwa minn kotra ta’ dħul bla ġustizzja. Il-fqir mibgħud imqar minn qrabatu, iżda dawk li jħobbu l-għonja huma bil-kotra. Mhux sewwa tikkundanna lil min hu ġust, u ssawwat nies ta’ ġieħ minħabba s-sewwa tagħhom” (Proverbji 13:23; 14:20; 16:8; 17:26). “Il-fqir mibgħud imqar minn qrabatu.” Dal-proverbju hu stampa ta’ mistħija. Jurina l-egoiżmu prevalenti fl-umanità. Il-fqar, għax huma fqar, jisfaw imwarrbin saħansitra minn dawk li suppost huma qrabathom.  Huwa minnu li sikwit il-bniedem, bi stupidaġni, ifaqqar lilu nnifsu. Il-povertà faċilment tista’ tinstab bħala l-effett dirett u l-konsegwenza tad-dnub u l-vizzju. Is-sakranazz jixrob ġidu stess, bħalma jagħmel it-tazza bl-inbid, sal-qiegħ nett, u ma jħalli xejn. Il-mara vanaglorjuża xxidd ġidha madwarha, fl-ilbies lussuż li fuqu taħli ġidha. Min hu llampikat għal-logħob tal-ażżard jispiċċa biex jirha

Kollox hu Tagħkom!

“Ħalli ebda wieħed minnkom ma jinganna lilu nnifsu. Jekk xi ħadd fostkom jidhirlu li hu għaref f’daż-żmien, ħa jsir ‘iblah’ sabiex isir għaref. Għax l-għerf ta’ did-dinja hu bluha quddiem Alla. Infatti hu miktub: ‘Alla hu dak li jaqbad l-għorrief fl-astuzja tagħhom’; u jerġa’, ‘Is-Sid jaf il-ħsibijiet tal-għorrief, illu huma futili.’ Għalhekk ħalli ebda wieħed ma jiftaħar bil-bnedmin! Għax kollox hu tagħkom, sew jekk Pawlu jew Apollo jew Kefa jew id-dinja jew il-ħajja jew il-mewt jew il-ħwejjeġ preżenti jew il-ħwejjeġ li ġejjin - kollox tagħkom, u intom ta’ Kristu, u Kristu t’Alla” (1 Korintin 3:18-23). L-appostlu donnu jfittex is-smewwiet u l-art, iż-żmien u l-eternità, biex jiġbor katalgu ta’ ħniniet gawduti minn ulied Alla. Imma sa fejn iwassal il-ħsieb? Biex żgur ma jħalli xejn barra mit-teżorerija tagħna, u biex xejn ma jinstab nieqes għall-konfort tal-maħturin t’Alla, darbtejn jisħaq, “Kollox hu tagħkom”! Ja fidil, trid tkun taf min int u x’għandek fil-krettu tiegħek?

Filosofija Ferma u Filosofija Falza

“Għax il-messaġġ tas-salib hu bluha għal dawk li qed jintilfu, imma għalina li qed isalvaw hu s-setgħa t’Alla. Għax hu miktub: ‘Se neqred l-għerf tal-għorrief; se niffrustra l-intelliġenza tal-intelliġenti.’ Fejn hu l-għaref? Fejn hu l-iskular? Fejn hu d-disputant ta’ daż-żmien? Ewwilla Alla ma bellahx l-għerf tad-dinja? Għax ladarba fl-għerf t’Alla d-dinja ma saritx taf ’l Alla permezz ta’ għerfha, għoġob ’l Alla illi jsalva dawk li jemmnu permezz tal-bluha tal-predikazzjoni” (1 Korintin 1:18-21). Ħa nemmnuha bla riżerva: Alla jġib fix-xejn l-għerf tal-għorrief, u juri kemm hu bla siwi d-dehen ta’ nies li jidhrilhom huma għaqlin mingħajru. Kliem l-appostlu Pawlu jesprimi theddida għan-nies tad-dinja, u fl-istess ħin hu wegħda għal kull fidil sempliċi.  L-imgħallmin professjonalment il-ħin kollu jipprovaw itertqu l-fidi tal-Kristjan umli, iżda t-tentattivi perversi kollha tagħhom jisfaw meqruda. L-argumenti tagħhom jitkissru frak, it-teoriji tagħhom jittaqbu, il-kumplotti si

Taf Titlob?

“Hekk salvahom minn id dak li kien jobgħodhom, u fdiehom minn id l-għadu. U l-ilmijiet għattew l-għedewwa tagħhom; wieħed minnhom ma baqax. Imbagħad emmnu fi kliemu, u għannewlu għana ta’ tifħir. Insew malajr l-għemejjel tiegħu; ma stennewx iseħħ ħsiebu. Iżda fid-deżert imtlew b’xewqat imħeġġa u ġarrbu lil Alla fid-deżert. U tahom li talbu, iżda bagħtilhom marda ta’ nxufija f’ruħhom” (Salmi 106:10-15). Meta l-kumdità nnamrat ma’ Luteru, is-suldat ferm ta’ Ġesù Kristu, kellu jgħajjat, “Mulej, ma rridx inkun distratt minn dawn il-ħwejjeġ!” Ħajja faċli, komda u lussurjuża hi ċertament attraenti għall-qalb midinba, li mingħaliha tgħaddi mingħajr Alla. Però meta npaxxu l-ġisem jisfalna ta’ detriment għar-ruħ. Il-ġisem, bla eżerċizzju, jitlef saħħtu u l-funzjoni effettiva tiegħu.  Issa l-afflizzjonijiet huma l-eżerċizzju għar-ruħ. Nitfanstu minnhom, għax huma skumdità għall-ġisem, frattant huma tant meħtieġa għal kull avvanz spiritwali. Ebda wild t’Alla mhu eżentat minnhom. Ladarb

Kliem il-Ħajja Eterna

“Ftakar f’kelmtek mal-qaddej tiegħek, li biha ttamajtni. Dan hu l-faraġ tiegħi fin-niket tiegħi, għax kelmtek tagħtini l-ħajja. L-imkabbrin daħqu ħafna bija; madankollu jien ma nerġax lura mil-liġi tiegħek. Niftakar fil-ġudizzji tiegħek ta’ dari, o Mulej, u nitfarraġ. Nagħdab għall-aħħar minħabba l-ħżiena li jitilqu l-liġi tiegħek. L-istatuti tiegħek huma l-għana tiegħi fid-dar tal-pellegrinaġġ tiegħi” (Salmi 119:49-54).  Mhix ħaġa naturali nittamaw f’Kelmet Alla; hi bis-setgħa tiegħu biss illi naslu nagħmlu dan. Hu biss meta l-Ispirtu jikkonvinċina illi ngħajtu, “Mulej, għand min immorru? Int għandek il-kliem tal-ħajja eterna!” Hu biss meta widnejna jinfetħu illi nisimgħu l-istruzzjoni sabiex insejsu darna fuq il-blata, ċoè fuq it-tagħlim ta’ Sidna Ġesù.  Fejn għandna tagħrif veru ta’ Ġesù, il-Kelma inkarnata, ikollna stima reali għall-Kelma skritturata, il-Bibbja Mqaddsa. L-istess Spirtu li għammar f’Ġesù ddetta l-veritajiet dwaru; u l-istess Spirtu jixhed dwar Ġesù fi q

Enerġija għall-Ġid jew Ħsara

“Smajtu illi ngħad lill-antiki, ‘Tikkommettix omiċidju,’ u ‘Kull min jikkommetti omiċidju jkun ħaqqu l-ġudizzju.’ Imma jien ngħidilkom, kull min jirrabja ma’ ħuh ikun ħaqqu l-ġudizzju. Jerġa’, kull min jgħid lil ħuh, ‘Raka,’ ikun suġġett għas-Sanedrin; u kull min jgħid, ‘Ja iblah!’ ikun ħaqqu jmur fl-Infern tan-nar” (Mattew 5:20-21). Meta l-korla fija tidher fl-aħjar tagħha, tiżvelali l-agħar fil-karattru tiegħi. Il-korla, bestja inkontrollabbli, tnissel rimors fil-qalb, diskordja fid-dar, qrusa fil-komunità u konfużjoni fl-istat.  Biss meta tiġi manipulata biex tikkonfronta problemi f’relazzjoni, tista’ tkun forza kostruttiva. Hi dajnamajt: faċilment tkun abbużata mid-delinkwenti għat-tkissir; f’xi każijiet tista’ tkun maniġġjata għall-ġid. Toffri varjetà wiesa’ ta’ possibbiltajiet. Toħloq kaos, imma tagħtik ukoll id-dinamika biex tinawgura mogħdijiet li altrimenti jibqgħu magħluqa. Tipprovdi s-saħħa biex tneħħi tfixkil, xkiel u imbarazz morali.  Taf iċċaqlaq id-diżubbi

Lezzjonijiet mir-Riforma

Hemm ħafna x'nitgħallmu mir-Riforma Protestanta. Insemmi erbgħa biss: 1. Ma nistgħux nassumu li l-poplu jaf x’inhu Kristjan u kif issir Kristjan. Irridu nibdew minna nfusna: immorru f’ras il-għajn, il-Bibbja Mqaddsa, u naraw sewwa x’qed jgħidilna l-Mulej. Jekk ma tafx x’fiha l-Bibbja, kif tista’ tagħraf lil Kristu Ġesù u tafda fih għas-salvazzjoni eterna tiegħek? 2. Iż-żamma u l-prattika ta’ dottrina skritturali hi aktar importanti minn unità ekkleżjali esterna. Ladarba Ruma baqgħet stinata, u ma riditx tammetti l-fallimenti gravi tagħha, allura l-firda saret inevitabbli. 3. Ma nistgħux naffordjaw li nikkompromettu l-Verità li Alla wriena. Aħjar mibgħuda min-nies u milqugħa minn Alla, milli parti mill-folla miexja fit-triq il-wiesa’ għat-telfien etern.  4. B’riżultat tar-Riforma ħarġu fiċ-ċar ħames prinċipji ewlenin, li xieraq dejjem inżommuhom f’qalbna u f’moħħna: Sola Scriptura. Nemmnu dak kollu li hemm fil-Bibbja Mqaddsa, u dak biss. It-tradizzjoni hemm pos

X'Intrebaħ bir-Riforma Protestanta

F’ġieħ is-sewwa, tajjeb għalina llum, li ngħixu fi żmien modern, illi nħarsu lura u naraw x’inkiseb għalina biex ingawduh. U tajjeb nistaqsu aħniex tabilħaqq qed ingawduh, altrimenti jkun għajb jekk ninstabu nagħtu bis-sieq dak li ntrebaħ b’tant u tant sagrifiċċju, anke b’martirju ta’ bosta nies fidili illi ssieltu favur il-verità. Dawn huma xi wħud mir-rebħiet tar-Riformisti (Luteru, Kalvinu, Zwingli u l-kollegi tagħhom) fis-seklu sittax: 1. Ir-Riforma ġabet libertà sħiħa għall-investigazzjoni xjentifika. Tat bidu għall-istorja moderna; spiċċa d-dlam tal-Medju Evu. 2. Aktar importanti, ir-Riforma kisbet id-dritt sagrosant għal-libertà tal-kuxjenza. L-individwu għaraf li mhuwiex imjassar għal istituzzjoni awtokratika u abbużiva, imma primjarament hu responsabbli lejn Alla, il-Ħallieq u s-Salvatur tal-bnedmin għal dawk kollha li jduru lejh b’indiema sinċiera, permezz ta’ Kristu Ibnu.  3. Ir-Riforma aċċennwat is-saċerdozju tal-fidili kollha. M’g

Jum ir-Riforma (1517-2017)

Xi wħud li qatt m’għamlu r-riċerka tagħhom jassumu li r-Riforma Protestanta kienet żball. Xi denominazzjonijiet illum, li b’ingratitudni nsew il-patrimonju tal-passat, għandhom kilba biex jingħaqdu ma’ Ruma, u jerġgħu lura fil-jasar spiritwali. L-unità sabiħa u mixtieqa, imma jeħtieġ ikollha bażi dottrinali soda. Il-moviment ekumeniku bejn l-aħwa huwa kommendibbli, imma x-xebba rżina u safja qatt ma tista’ tagħmilha mal-prostituta li Alla għad jiġġudika. Aħna mwissija kontra ‘vanġelu’ li mhu vanġelu xejn (2 Korintin 11:2-4). Imqanqal u disturbat profondament mill-abbużi serjissmi ta’ żmienu, meta l-ġerarkija tal-knisja kienet qed tisloħ u tinganna lin-nies komuni, u sfaċċatament tbiegħ "is-salvazzjoni," Luteru, patri u professur tat-teoloġija, sammar lista ta’ 95 Teżi fuq il-bieb tal-knisja f’Wittenberg. Xi wħud minnhom jixhdu li kien għadu maqbud fil-Kattoliċeżmu, oħrajn juru illi l-istudju tiegħu fl-Iskrittura ma kienx mitluf.  Nislet għadd minnhom: 1. Meta