Skip to main content

Kollox hu Tagħkom!

“Ħalli ebda wieħed minnkom ma jinganna lilu nnifsu. Jekk xi ħadd fostkom jidhirlu li hu għaref f’daż-żmien, ħa jsir ‘iblah’ sabiex isir għaref. Għax l-għerf ta’ did-dinja hu bluha quddiem Alla. Infatti hu miktub: ‘Alla hu dak li jaqbad l-għorrief fl-astuzja tagħhom’; u jerġa’, ‘Is-Sid jaf il-ħsibijiet tal-għorrief, illu huma futili.’ Għalhekk ħalli ebda wieħed ma jiftaħar bil-bnedmin! Għax kollox hu tagħkom, sew jekk Pawlu jew Apollo jew Kefa jew id-dinja jew il-ħajja jew il-mewt jew il-ħwejjeġ preżenti jew il-ħwejjeġ li ġejjin - kollox tagħkom, u intom ta’ Kristu, u Kristu t’Alla” (1 Korintin 3:18-23).

L-appostlu donnu jfittex is-smewwiet u l-art, iż-żmien u l-eternità, biex jiġbor katalgu ta’ ħniniet gawduti minn ulied Alla. Imma sa fejn iwassal il-ħsieb? Biex żgur ma jħalli xejn barra mit-teżorerija tagħna, u biex xejn ma jinstab nieqes għall-konfort tal-maħturin t’Alla, darbtejn jisħaq, “Kollox hu tagħkom”!

Ja fidil, trid tkun taf min int u x’għandek fil-krettu tiegħek? Jew forsi tistaqsi, kif jista’ jkun il-Mulej ikkonsenjali barkiet hekk innumerabbli u għonja? Kif jista’ jkun ingawdi ħniniet hekk infiniti? 

Għax fl-aħħar mill-aħħar aħna konxji tad-diżubbidjenza tagħna kontra Alla, sa dis-siegħa stess! U allura din l-imperfezzjoni ma tispussessaniex mit-tgawdija ta’ dawn il-barkiet? Le! Għax l-għotjiet t’Alla huma skont il-grazzja, u ladarba mogħtija ma jittiħdux lura. Hu dikjarat: “Id-doni u s-sejħa t’Alla huma irrevokabbli” (Rumani 11:29). La r-raġuni, la l-liġi u lanqas in-nuqqas ta’ rettitudni ma jistgħu jegħlbu l-favur t’Alla lejn il-maħturin tiegħu. 

Immedita sew. Ħares lejn l-Ispirtu tal-verità biex tistabbilixxi l-fidi, issaħħaħ it-tama, tavvanza fl-imħabba u tippromwovi l-hena. “Intom ta’ Kristu” – b’għotja speċjali. Kristu xtrana għalih innifsu biex inkunu tiegħu u hu tagħna. Aħna l-premju tiegħu, talli sofra l-passjoni u l-mewt. Kollox miġbur fih: imħabba għanja, grazzja partikolari, għotja ħielsa, u wegħdi mis-sema li jilħqu sal-art biex jgħolluna sal-ogħla smewwiet, fejn qiegħed Kristu. 

X’inhi l-evidenza mbierka illi kollox hu tagħna? Il-fidi tagħna f’Ġesu kif imxandar fl-evanġelju appostoliku. Biex ingawdu dan l-inventarju kotran irid ikollna interess f’Ġesù, u dan l-interess jintwera billi nafdaw fih, u fih waħdu.

Kif tiġina l-fidi? Kif titnissel fina? Billi nisimgħu u nwieġbu għall-Kelma. U l-Kelma ġejja mingħand l-Ispirtu, li wkoll jagħti d-don tal-fidi. U għaliex ingħatalna l-Ispirtu? Għax Ġesù issa hu glorifikat.

Talba: “Missier, seddaqni biex jirnexxili nwarrab kull malizzja, qerq, ipokresija u tqasqis. Bħal dik it-tarbija tat-twelid, xennaqni dejjem għall-ħalib safi ta’ Kelmtek biex nikber bih, għax issa doqt kemm tassew int twajjeb u ħelu. Ma mxejtx miegħi skont ħtijieti, iżda skont il-kobor tal-ħniena tiegħek. Grazzi talli lqajtni fi Kristu; grazzji talli fih jien werriet tiegħek, u kollox hu tiegħi!”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Alla u l-Atomu huma Inviżibbli

“Għax ir-rabja t’Alla qed tkun irrivelata mis-sema kontra kull empjetà u inġustizzja tal-bnedmin li jissopprimu l-verità fl-inġustizzja, għaliex dak li jista’ jkun magħruf dwar Alla hu evidenti għalihom, għax Alla lilhom immanifestah. Għax l-attributi inviżibbli tiegħu – kemm is-setgħa dejjiema kif ukoll in-natura divina tiegħu – jidhru distintivament mill-ħolqien tad-dinja, mifhuma mill-ħwejjeġ magħmula, tant li huma bla skuża” (Rumani 1:18-20). Alla mhu mkien, jew kullimkien? L-ateiżmu u l-Kristjaneżmu huma ż-żewġ pożizzjoni li ma jippretendu ebda inkonsistenza. Kwalunkwe filosofija bejniethom – deiżmu, anjostiċiżmu, edoniżmu, panteiżmu, u l-bqija – huma kollha kompromettenti. Jekk is-soċjetà tipprova tinbena fuq l-edoniżmu, pereżempju, ir-riżultat mhux diffiċli tindovinah bil-quddiem. Jirriżulta biss kaos u diżgwid.  Jekk Bin Marija mhuwiex ukoll Bin Alla, m’għandna ebda kawża soda kontra l-ateiżmu. Avolja xi atej huma biss atej fil-bnazzi, xorta rridu nkunu lesti nwa...

Is-Sunnara Mistura

“Tkunux idolatri, bħal xi wħud minnhom; bħalma hu miktub: ‘In-nies poġġew jieklu u jixorbu, u qamu jilagħbu.’ M’għandniex niffornikaw, bħalma xi wħud minnhom iffornikaw, u mietu tlieta u għoxrin elf f’jum wieħed. M’għandniex inġarrbu lis-Sid, bħalma xi wħud minnhom ġarrbuh, u kienu meqrudin mis-serpenti; lanqas tgemgmu, kif xi wħud minnhom gemgmu, u kienu meqrudin mill-anġlu qerried. Issa dawn il-ħwejjeġ ġraw lil dawk in-nies bħala eżempji, u nkitbu bħala ammoniment għalina, li fuqna wasal it-twettiq taż-żminijiet. Għalhekk min jidhirlu li jinsab wieqaf fis-sod għandu joqgħod attent li ma jaqax! Ebda tiġrib ma qabadkom ħlief dak li hu komuni għall-umanità. Però Alla hu fidil, u mhux se jħallikom tkunu mġarrbin lil hinn milli kapaċi tifilħu, iżda mat-tiġrib jipprovdi l-ħruġ ukoll, ħalli tkunu tistgħu tissaportuh” (1 Korintin 10:6-13). It-tiġrib jippreżenta ruħu attraenti; iwiegħed il-kuntentizza, almenu kuntentizza temporanja. Imma qatt ma jiġi b’idejh vojta – joffrili s-sodisfa...