Skip to main content

Posts

Showing posts from August, 2018

It-Tisfija

“‘Fil-pajjiż kollu jiġri,’ jgħid il-Mulej, ‘illi tnejn minn tlieta fih jinqerdu u jintemmu, u wieħed minn kull tlieta fih jibqa’. Indaħħal it-tielet fin-nar, u nirfinieh, bħal ma nirfina l-fidda, u nipprovah bħal ma nipprova d-deheb. Huma jsejħu ismi, u jien inweġibhom. Ngħid: “Huma l-poplu tiegħi!” u huma jgħidu: “Il-Mulej hu Alla tiegħi!”’” (Żakkarija 13:8-9). Il-grazzja tibdilna f’metall prezzjuż, u mbagħad in-nar u l-forġa jiġu immedjatamet wara. Ninħasdu b’dan? Tippreferi, biex tiskansa t-tbatija, tibqa’ bla siwi, bħall-ġebel tar-raba’? Il-kumdità hi l-agħar għażla. Tagħmilx bħalma għamel Għeżaw, li ħataf skutella minestra, u ċeda l-wirt tal-familja.  “Le, Mulej; nippreferu nintefgħu fil-forn milli nintefgħu bogħod mill-preżenza tiegħek!” In-nar jirfina l-metall; ma jeqirdux. Il-Mulej biħsiebu jgħaddina u joħroġna min-nar, mhux iħallina fih. Il-Mulej jagħraf il-valur ta’ niesu, u allura jixtieq jippurifikahom mill-ħmieġ tagħhom. Jekk aħna għorrief, nilqgħu dan il-pr

Dikjarat Ġust u Magħmul Ġust

“Mela billi għandna dawn il-wegħdi, maħbubin, ħa nippurifikaw lilna nfusna minn kull kontaminazzjoni tal-ġisem u tal-ispirtu, u nipperfezzjonaw t-tqaddis tagħna fil-biża’ t’Alla. Agħmlu l-wisa’ għalina fi qlubkom. M’għamilna ħsara lil ebda wieħed, ma kkorrompejna ’l ħadd, ma vvantaġġjajna ruħna minn ebda wieħed. Ma ngħidx dan għall-kundanna tagħkom, għax għidt qabel illi intom tinsabu fi qlubna biex immutu flimkien u ngħixu flimkien magħkom. Għandi kunfidenza kbira fikom, għandi ħafna ftaħir bikom. Imtlejt bil-faraġ; ninsab imfawwar bil-ferħ fl-afflizzjoni kollha tagħna.” (2 Korintin 7:1-4). Din hi l-istedina u l-appell, anzi, il-kmand definittiv għal dawk li ntmessu bil-grazzja divina. Il-qdusija la tgħatti u lanqas tpatti; ma tħallas ebda dejn. Qatt ma nistgħu nkunu milqugħa quddiem Alla bl-opri. Tagħmel x’tagħmel u tagħmel kemm tagħmel, tibqa’ indenju avolja tagħmel dmirek kollu (Luqa 17:10). Mingħajr il-grazzja, l-opri tagħna huma maħmuġa fid-dawl tal-qdusija assoluta t’Alla

Kemm Hu Kbir Ismek!

“O Mulej, Sid tagħna, kemm hu kbir ismek fl-art kollha! Int li qegħidt il-glorja tiegħek ’il fuq mis-smewwiet. Minn fomm it-tfal u t-trabi int ħriġt il-qawwa, minħabba l-għedewwa tiegħek, biex issikket lill-għadu u lil dak li jivvendika ruħu. Meta nħares lejn is-smewwiet tiegħek, għemil subgħajk, il-qamar u l-kwiekeb li int għamilt, x’inhu l-bniedem biex int tiftakar fih, u bin il-bniedem biex tieħu ħsiebu...O Mulej Sidna, kemm hu kbir ismek fl-art kollha!” (Salmi 8:1-4,9).  L-isem t’Alla, kif esibit fl-Iskrittura tiegħu, hu kemm isem glorjuż, mimli maestà, kif ukoll isem grazzjuż, mimli ħniena. It-titli nfushom t’Alla huma virtwalment promessi mgħoddija lil niesu. Meta hu msejjaħ xemx, tarka, torri potenti, kenn u wirt, x’ifisser dan jekk mhux illi nistgħu ngawdu fih kulma hu sinifikat b’dawn il-metafori?  It-titli ta’ Kristu l-istess: il-ħobż tal-ħajja, id-dawl tad-dinja, it-triq, i-verità, id-dielja, il-qawmien. X’inhuwa dawn jekk mhux worant għall-fidili biex, imseħbin m

F'Kull Qagħda, Jien Nafda Fik

“Għax Sidi, il-Mulej, jgħinni; għalhekk ma nistħix. Għalhekk għamilt wiċċi bħal ħaġra taż-żniet, u jien naf li ma jkollix mniex nistħi. Qrib hu dak li jiġġustifikani; min se jeħodha miegħi? Ħa nqumu flimkien; min hu l-avversarju tiegħi? Ħa jersaq lejja. Ara, Sidi, il-Mulej, jgħinni; min se jikkundannani? Ara, ilkoll bħal libsa jeqdiemu; il-kamla tikolhom. Min fostkom jibża’ mill-Mulej, li jisma’ minn leħen il-qaddej tiegħu, li jimxi fid-dlam, u m’għandux dawl? Ħa jafda f’isem il-Mulej, u jistrieħ fuq Alla tiegħu” (Isaija 50:7-10). Xi Kristjani, peress li mhumiex mgħallma, jistmaw il-providenzi partikolari, l-esperjenzi, il-manifestazzjonijiet tal-imħabba divina u l-barkiet temporali bħala l-barometru tal-imħabba eterna t’Alla. Jekk m’għandhomx dawn, dritt jiskuraġġixxu rwieħhom. Jilmentaw, “Alla rħieni, telaqni; ma jridx jaf bija aktar.” Għaliex? Għax jiddeterminaw l-imħabba eterna t’Alla skont kif igawdu kumdità, saħħa, għana, u faċilità f’dil-ħajja.  Imma difatti, Alla jis

Nagħti Ħajti Għan-Nagħaġ

“Għalhekk Ġesù reġa’ qal, ‘Tassew, tassew ngħidilkom, jien hu xatbet in-nagħaġ. Dawk kollha li ġew qabli huma ħallelin u briganti, iżda n-nagħaġ ma semgħuhomx. Jien hu x-xatba. Jekk xi ħadd jidħol minni se jkun salvat. Jidħol u joħroġ, u jsib il-mergħa. Il-ħalliel ma jiġix ħlief biex jisraq u joqtol u jeqred. Jien ġejt sabiex ikollhom il-ħajja u jkollhom sal-milja tagħha. Jien hu r-ragħaj it-tajjeb. Ir-ragħaj it-tajjeb jagħti ħajtu għan-nagħaġ.’...Ġesù weġibhom, ‘Għidtilkom u ma temmnux. L-opri li jien nagħmel f’isem Missieri, dawn jixhdu dwari, iżda intom ma temmnux għax m’intomx min-nagħaġ tiegħi’” (Ġwanni 10:7-11,25-26). Kristu wettaq fidwa partikolari, mhux, kif jassumu ħafna, fidwa ġenerali għall-umanità kollha indiskriminatament. Kieku hi fidwa għall-bnedmin kollha, hi biss fidwa teoretika, bla ma attwalment issalva lil kulħadd. Aktarx, kif jagħti prova konklużiva John Owen f’waħda mit-teżijiet ewlenin tiegħu, “Kristu miet għall-magħżulin kollha t’Alla.” Kristu sofra l-għa

Għalfejn Tiskansa l-Ħażen?

“Dawk li jgħixu skont in-natura midinba jiffissaw ħsiebhom fuq ħwejjeġ in-natura midinba, imma dawk li jgħixu skont l-Ispirtu jiffissaw ħsiebhom fuq ħwejjeġ l-Ispirtu. Moħħ il-bniedem midneb hu l-mewt, imma l-moħħ ikkontrollat mill-Ispirtu hu ħajja u sliem. Il-moħħ midneb hu ostili għal Alla, għax mhux sottomess għal-liġi t’Alla, u lanqas tabilħaqq ma jista’ jkun. Dawk kontrollati min-natura midinba ma jistgħux jogħġbu ’l Alla. Imma intom m’intomx kontrollati min-natura midinba iżda mill-Ispirtu, jekk infatti l-Ispirtu t’Alla jgħammar fikom. U jekk xi ħadd m’għandux l-Ispirtu ta’ Kristu, dan ma jappartenix għalih. Imma jekk Kristu hu fikom, għalkemm il-ġisem hu mejjet minħabba d-dnub, l-ispirtu tagħkom hu ħaj minħabba l-ġustizzja” (Rumani 8:5-10). Bħalma d-deheb ikun fih xi impuritajiet u frattant xorta jissejjaħ deheb, u bid-dritt, hekk il-mifdija jibqagħlhom xi fdal ta’ dnub, iżda t-toqol tal-karattru tagħhom ixaqleb deċiżivament lejn il-qdusija. In-nagħaġ m’għandhomx ħabta ji

Bil-Fidi

“F’dak il-jum titgħanna din l-għanja f’art Ġuda: ‘Għandna belt qawwija; il-Mulej jagħmel il-ħelsien bħala swar u ħitan ta’ barra. Iftħu l-bwieb, biex jidħol il-ġens ġust, li jħares is-sewwa. Inti żżommu fi sliem perfett lil min moħħu jistrieħ fik, għax jafda fik. Ittamaw fil-Mulej għal dejjem, għax fil-Mulej Alla għandna blata ta’ dejjem. Għax hu jniżżel lil dawk li joqogħdu fl-għoli; hu waqqa’ sal-art il-belt li qiegħda fl-għoli; jitfagħha mal-art, imqar fit-trab’” (Isaija 26:1-5). Huwa x-xogħol tal-fidi illi biha nirriżenjaw u nċedu r-rieda tagħna lil Alla. Meta nċedu l-volontà tagħna lil Alla nkunu qed nafdawh bina nfusna. Inħallu lilu jieħu ħsiebna u jipproteġina.  Fi żmien il-għawġ, il-bniedem jaqbad mal-wegħdi t’Alla u japplikahom għalih innifsu. Imma kif nistgħu napplikaw il-promessi divina jekk mhux bil-fidi? Jekk tabib iwiegħed il-fejqan, trid tafda fih, ċoè, tmur il-klinika għandu, tisma’ x’għandu xi jgħidlek, tissottometti għat-trattament tiegħu, u tieħu l-mediċi

Għix il-Vanġelu

“Intom tafuh dan, ħuti maħbubin: kull bniedem għandu jkun pront biex jisma’, dewwiem biex jitkellem u dewwiem għar-rabja, għax ir-rabja tal-bniedem ma tiksibx il-ġustizzja t’Alla. Għaldaqstant, neħħu kull ħmieġ morali u ħażen tant prevalenti, u bil-manswetudini ilqgħu l-kelma mħawla fikom, li kapaċi ssalva erwieħkom” (Ġakbu 1:19-21). Taħlix saħħtek u ż-żelu tiegħek fil-fidi filli tiċċensura u tikkritika lil ħaddieħor. Min hu l-aktar bieżel fit-tmaqdir ta’ nies oħra hu dejjem l-inqas interessat filli jeżamina lilu nnifsu. Meta wieħed jiffissa filli jiġġudika jew jikkundanna lil sħabu jkun biss qed jipprovokahom għall-għadab. Hemm mod wieħed biss kif tista’ tqanqalhom fil-kuxjenza tagħhom, u dan hu b’komportament qaddis. Il-prattika tal-fidi, jum wara jum, tiġġudika kull persuna profana f’ħobbha stess. Imma apparentement hu aktar sfidanti tgħix il-vanġelu milli tredden bi lsienek. Min iparla wisq, u ħsiebu biex jagħmel osservazzjoni dwar dan u dik, ma tantx jibqagħlu ħin biex

Fortizza Soda

“Alla hu l-kenn u l-qawwa tagħna, għajnuna pronta dejjem fid-dwejjaq. Għalhekk ma nibżgħux imqar jekk l-art titriegħed u l-muntanji jiġġarrfu f’nofs il-baħar, u l-ilmijiet jgħajtu u jirgħaw, u l-muntanji jitheżżu bit-tqanqil tagħhom...Biżżejjed! Kunu afu li jien Alla; jien nitgħolla fuq il-ġnus, jien nitgħolla fuq l-art! Alla tal-eżerċti magħna; Alla ta’ Ġakobb il-fortizza tagħna” (Salmi 46:1-3,10-11). M’hemmx għalfejn tfittex it-trabil, għax it-trabil żgur ifittex lilek. Fl-agħar perjodi Luteru kien jgħid lill-kollegi tiegħu: “Ejjew inkantaw Salm 46, u ħallihom jagħmlu l-agħar li kapaċi jagħmlu.” Minn das-salm silet il-ħsieb għal Ein feste Burg ist unser Gott , ċoè, Fortizza soda hu Alla tagħna.  Ikompli jgħid: “Ngħannu das-salm għat-tifħir t’Alla, għax Alla jinsab preżenti magħna; jippriżerva u jiddefendi l-knisja u ’l Kelmtu bis-setgħa u mirakolożament, kontra l-ispirti fanatiċi u x-xtabi tal-Infern, kontra l-mibegħda implakabbli tax-xitan, u l-assalti tad-dinja, il-laħ

La Tibżax!

“Imma int, Iżrael, int il-qaddej tiegħi, Ġakobb li jien għażiltek, nisel Abraħam ħabibi. Int li ħadtek minn truf l-art, u sejjaħtlek min-naħat bogħod tagħha, u għidtlek: ‘Int il-qaddej tiegħi; ħtartek u ma rmejtikx. La tibżax, għax jien miegħek; la tħarisx imwerwer madwarek, għax jien Alla tiegħek. Insaħħek, iva, nwieżnek b’leminti tal-ġustizzja tiegħi. Dawk kollha li huma mgħaddbin għalik jistħu u jiregħxu; ikunu qishom xejn. Dawk li jeħduha miegħek jintilfu’” (Isaija 41:8-11). Tajjeb timxi bi prudenza, u meta taħseb li se taqa’, biża’ bħal dan jiswielek. Jiġu ħinijiet fuqna meta jkollna nixkanaw mal-art jekk kemm-il darba xi ħadd ma jissapportjaniex. Hawnhekk għandna das-sapport speċjali. Tajjeb tmil fuq l-id il-leminija t’Alla. Mhux biss idu, għalkemm iżżomm is-smewwiet u l-art f’posthom, iżda l-id il-leminija tiegħu: il-qawwa tiegħu mgħaqqda mas-sengħa, il-qawwa tiegħu fl-aħjar tagħha.  Biex ikompli jgħollina, hu miktub: “Inwieżnek b’leminti tal-ħaqq tiegħi.” Dik l-id li

Gideb u Verità

“Min jaħbi l-mibegħda għandu xofftejn giddieba, u min joħroġ qlajja’ hu iblah...Xofftejn is-sewwa jżommu sħiħ għal dejjem, iżda lsien giddieb hu għal waqt wieħed. Ix-xofftejn giddieba huma abominazzjoni quddiem il-Mulej, iżda dawk li jagħmlu s-sewwa jogħġbuh. Xhud tajjeb isalva l-ħajjiet, iżda xhud falz jgħid il-gideb. Xhud qarrieq ma jgħaddihiex b’xejn, u min jitkellem bi-gideb ma jeħlishiex” (Proverbji 10:18; 12:19,22; 14:25; 19:5).  Darba staqsew lil Aristotile, it-tutur ta’ Alessandru l-Kbir, x’jista’ jiggwadanja wieħed billi jgħid il-gideb. Weġibhom, “Illi ma jkunx emmnut meta jlissen il-verità.” Huwa ġieh meta wieħed ikun fdat u emmnut, sempliċement fuq is-saħħa u l-konsistenza tal-karattru integru tiegħu.  Hekk stmawh lil Petrarka, il-poeta Taljan, meta kien imħarrek bħala xhud. Kif soltu jagħmlu, qabel beda dderiġewh biex jaħlef jgħid is-sewwa. Imma l-imħallef interviena. “Inkwantu int, Petrarka, il-kelma tiegħek suffiċjenti.” X’rispett għani jirċievu dawk li d-devoz

Ġesù Juri Lil Alla

“F’dak iż-żmien Ġesù ddikjara, ‘Niżżik ħajr, Missier, Sid is-sema u l-art, għax ħbejt dawn il-ħwejjeġ mill-għorrief u l-intelliġenti, u rrivelajthom lit-tfal ċkejknin. Iva, Missier, għax hekk għoġbok. Kollox kien kommess lili minn Missieri. Ħadd ma jaf lill-Iben ħlief il-Missier, lanqas ħadd ma jaf lill-Missier ħlief l-Iben, u dak li lilu l-Iben, jekk irid, jirrivelahulu’” (Mattew 11:25-27). Ħadd minna ma jista’ jkun jaf lill-Missier aktar milli jogħġob lill-Iben illi jiżvelahulna. Ninsabu dipendenti għalkollox fuq “id-dawl tad-dinja” biex mhux biss iqarribna lejn il-Missier iżda wkoll jurihulna. Lil Alla nikkonoxxuh biss fi Kristu; ix-xemx ma narawhiex ħlief bid-dawl tax-xemx. Fin-natura ta’ madwarna naraw lil Alla, biex ngħidu hekk, bħax-xemx fi stampa; fil-liġi, bħax-xemx wara sħaba; fi Kristu narawh fid-dija tiegħu, għax l-Iben hu l-leqqa tal-glorja tiegħu, u l-immaġni eżatta tal-persuna tiegħu.  Issa lil Kristu nafuh permezz tal-Iskrittura. Il-ħajja eterna ma tinsabx fl

Suffiċjenza fi Kristu Waħdu

“Mela, billi għandna sommu saċerdot kbir li għadda mis-smewwiet, Ġesù Bin Alla, ħa nżommu ferma l-istqarrija tal-fidi tagħna. Għax m’għandniex sommu saċerdot li mhux kapaċi jissimpatizza ma’ dgħufijietna, imma wieħed li bħalna ġġarrab f’kollox - frattant mingħajr dnub. Ħa nersqu mela bil-kunfidenza lejn it-tron tal-grazzja, sabiex nirċievu ħniena u nsibu grazzja għas-sukkors tagħna fi żmien opportun” (Ebrej 4:14-16). Ftit huma dawk is-sudditi ta’ kwalunkwe sultan mondan illi għandhom permess jidħlu quddiemu liberament. Hu unur kbir, hekk kbir illi mhuwiex komuni. Għax is-swali u l-palazzi tal-monarki huma maħsuba biss għan-nobbli. Il-foqra u l-emarġinati, il-batuti u miżerabbli, il-karfa tas-soċjetà m’għandha ebda jedd tidher quddiem il-maesta tiegħu.  Ja sudditi msejkna tas-Sultan tas-slaten, mhuwiex dan il-każ tagħkom! Is-Sultan etern, għalkemm dejjem fuq tron glorjuż, fejn il-maestà suprema tiddi bla tfixkil, liberament jagħti grazzja u ħniena lill-erwieħ fil-bżonn. Miste

Il-Waħx tal-Infern

“Imbagħad jgħid ukoll lil dawk fuq ix-xellug, ‘Itilqu minn quddiemi, ja misħutin, fin-nar etern ippreparat għax-xitan u l-anġli tiegħu. Għax kont bil-ġuħ u ma tajtunix niekol, għatxan u ma sqejtunix, kont barrani u ma lqajtunix, għarwien u ma leffiftunix, marradi u fil-kalzri u ma żortunix.’ Imbagħad iwieġbu huma wkoll, ‘Ja Sid, meta rajniek ġewħan jew għatxan jew barrani jew għarwien jew marradi jew fil-kalzri, u ma servejniekx?’ Imbagħad iweġibhom, ‘Tassew ngħidilkom, daqskemm m’għamiltux ma’ wieħed minn dawn l-iżgħar, lanqas m’għamiltu miegħi.’ U dawn għad imorru fil-kastig etern, imma l-ġusti fil-ħajja eterna” (Mattew 25:41-46). Waqt li l-Ġenna nistgħu nqabbluha ma’ għolja, l-Infern jixbah ħofra. L-Infern hu ċ-ċentru li fih il-linji kollha tad-dnub u l-miżerja jikkonverġu. Hu s-sikka li fuqha l-iġfna tal-piraterija morali jinkaljaw. Hu t-tmiem inevitabbli għall-istinat u l-ġifa, bħalma x-xmajjar eventwalment jarmu ilmijiethom fl-ibħra vasti, u bħalma x-xmajjar, meta jispiċċa

Ħajja Niedma

“Lill-anġlu tal-knisja f’Efesu ikteb: ‘Dawn il-ħwejjeġ jgħid dak li jżomm is-seba’ kwiekeb f’idu l-leminija, li jimxi fost is-seba’ kandelabri dehbin. Naf l-għemejjel tiegħek, it-taħbit u l-perseveranza tiegħek. Naf illi ma tistax tittollera l-ħżiena, u ttestjajt lil dawk li jsejħu lilhom infushom appostli, iżda mhumiex, u sibthom foloz. Naf illi għandek il-kostanza u ssaportejt minħabba ismi, u m’għejjejtx. Madankollu għandi dan kontrik: ħallejt l-ewwel imħabba tiegħek. Ftakar mela mnejn waqajt! Indem u agħmel l-opri li għamilt għall-ewwel. Altrimenti se niġi għandek u nneħħi l-kandelabru tiegħek minn postu, jekk ma tindimx’” (Rivelazzjoni 2:1-5). Inizjalment insiru wlied Alla bit-twelid mill-ġdid, fejn tingħatalna l-abbiltà biex nindmu u nemmnu l-evanġelju. L-indiema, flimkien mal-fidi, twassal għall-ħajja eterna. Mingħajrha ma nistgħux insalvaw. Minn qagħda ta’ telfien u kundanna ninġiebu f’qagħda ta’ salvazzjoni u grazzja, fejn għandna l-opportunità naqdu ’l Alla.  Inevi

Dur Lura

“Tħabbeb m’Alla u jkollok is-sliem; b’hekk ikollok ir-risq. Ħu minn fommu, nitolbok, dit-tagħlima, u wettaq kliemu f’qalbek. Jekk int terġa’ lejn l-Omnipotenti, tkun irrestawrit. Jekk tbiegħed mit-tinda tiegħek il-ħażen, u tpoġġi dehbek fit-trab, u d-deheb ta’ Ofir fost iċ-ċagħaq tan-nixxigħat, imbagħad l-Omnipotenti jkun id-deheb tiegħek, u l-fiddi prezzjuża tiegħek” (Ġobb 22:21-25). B’dal-kliem, Elifaż esprima verità grandjuża, li tiġbor fil-qosor ħafna passaġġi mill-Iskrittura. Jaqaw id-dnub għattnek u qed jifnik? Sirt qisek bini mġarraf? Jaqaw id il-Mulej ħarġet kontra tiegħek, tant li tinsab imfaqqar u miksur fl-ispirtu tiegħek? X’inhi dil-bluha li ġabet fuqek dat-tħassir?  Mela l-ewwel ħaġa l’għandek tagħmel hi din: erġa’ lura lejn il-Mulej. Bi ndiema profonda u fidi sinċiera, sib triqtek lura. Irritorna għandu. Hu dmirek, għax dort u tlaqt bogħod minnu, erħejt lil Alla, li int għidt li qed taqdih. Dur lejh. Ikun l-għerf tiegħek, għax ma tistax teħodha kontrih u ssib i

Is-Supremazija tal-Imħabba

“L-imħabba qatt ma tispiċċa. Imma sew jekk hemm doni ta’ profeziji, għad ikunu aboliti; jew ilsna, għad jehdew; jew tagħrif, għad jkun abolit. Għax nafu parzjalment u nipprofetizzaw parzjalment, imma meta jiġi l-perfett, il-parzjali se jkun abolit. Meta kont tifel, tkellimt bħal tifel, ħsibt bħal tifel, irraġunajt bħal tifel. Meta sirt raġel, warrabt il-ħwejjeġ tiflin. Għax bħalissa naraw immaġni mċajpra, qisu f’mera, imma mbagħad naraw wiċċ imb wiċċ. Bħalissa naf parzjalment, imma mbagħad inkun naf fis-sħiħ, bħalma wkoll intgħaraft fis-sħiħ. Għalhekk issa jibqgħu dawn it-tlieta: il-fidi, it-tama u l-imħabba. Imma l-ikbar minn dawn hi l-imħabba” (1 Korintin 13:8-13). Bħalma l-imrieżaq jiġu mix-xemx, u frattant mhumiex ix-xemx, hekk ukoll l-imħabba u l-mogħdrija tagħna, għalkemm mhumiex Alla, huma mingħandu biss, avolja huma biss xbieha fqira u debboli tiegħu, rifless bati tan-natura tiegħu. Jekk hemm il-miżerikordja f’qalbna, tittraċċja s-sors tagħha mill-funtana perenni tal-ħn

Radd il-Ħajr

“Ftakar fil-patt tiegħu magħhom, u sogħob bih skont il-kobor tat-tjieba tiegħu. Għamel ukoll li jsibu l-ħniena ta’ dawk kollha li kienu jassruhom. Salvana, o Mulej, Alla tagħna, u iġmagħna minn fost il-ġnus, biex inroddu ħajr lill-isem qaddis tiegħek, u biex niftaħru bit-tifħir tiegħek. Imbierek il-Mulej, Alla ta’ Iżrael, minn dejjem għal dejjem! U ħa jgħid il-poplu kollu, ‘Ammen! Faħħru lill-Mulej’” (Salmi 106:45-48). Raġel xwejjaħ u fqir instab bieżel iħawwel l-għoros tat-tuffieħ u jlaqqam. Żagħżugħ, biex jinkih, interrompieh. “Nann,” qallu, “hemm x’int tagħmel tfekren, bħallikieku għad għandek it-tama li se tiekol mill-frott ta’ dawn is-sġajriet?”  L-anzjan iddritta u warrab l-għodda minn idejh. Qallu, “Ibni, xi ħadd żmien ilu, qabel twelidt jien, indenja jħawwel is-siġar tal-frott għalija, biex ikolli x’niekol. Issa qed inħawwel għal ħaddieħor, avolja ma nafx min se jiekol minnhom, sabiex il-mafkar tal-gratitudni tiegħi jibqa’ jeżisti meta nkun għaddejt għad-dinja l-oħr