Skip to main content

Bil-Fidi

“F’dak il-jum titgħanna din l-għanja f’art Ġuda: ‘Għandna belt qawwija; il-Mulej jagħmel il-ħelsien bħala swar u ħitan ta’ barra. Iftħu l-bwieb, biex jidħol il-ġens ġust, li jħares is-sewwa. Inti żżommu fi sliem perfett lil min moħħu jistrieħ fik, għax jafda fik. Ittamaw fil-Mulej għal dejjem, għax fil-Mulej Alla għandna blata ta’ dejjem. Għax hu jniżżel lil dawk li joqogħdu fl-għoli; hu waqqa’ sal-art il-belt li qiegħda fl-għoli; jitfagħha mal-art, imqar fit-trab’” (Isaija 26:1-5).

Huwa x-xogħol tal-fidi illi biha nirriżenjaw u nċedu r-rieda tagħna lil Alla. Meta nċedu l-volontà tagħna lil Alla nkunu qed nafdawh bina nfusna. Inħallu lilu jieħu ħsiebna u jipproteġina. 

Fi żmien il-għawġ, il-bniedem jaqbad mal-wegħdi t’Alla u japplikahom għalih innifsu. Imma kif nistgħu napplikaw il-promessi divina jekk mhux bil-fidi? Jekk tabib iwiegħed il-fejqan, trid tafda fih, ċoè, tmur il-klinika għandu, tisma’ x’għandu xi jgħidlek, tissottometti għat-trattament tiegħu, u tieħu l-mediċina skont il-preskrizzjoni tiegħu. Altrimenti ma tkunx qed tafdah; il-wegħda tiegħu ma tkunx għamiltha tiegħek. 

Hu x-xogħol pekuljari tal-fidi illi tilmaħ id Alla f’kull dispensa, fil-ġid u d-deni, fil-mard u s-saħħa, fil-għana u l-faqar. “Il-Mulej jagħti u l-Mulej jieħu,” tgħid il-fidi (Ġobb 1:21). “Jien bqajt immutat u ma ftaħtx fommi, għax int, Mulej, għamilt dan,” tgħid l-istess fidi (Salmi 39:9). 

Proprjament il-fidi taħdem billi tara d-dehra sħiħa, tħaddan ir-realtà kollha, mhux nofsha. Il-providenza lejna tista’ tkun mudlama jew imdawla. Is-sens u r-raġuni umana jikkonkludu li Alla hu magħna fid-dawl, imma mhux fid-dlam. Il-fidi tisħaq, “Le, Alla hu magħna kull ħin, sew jekk bi nhar kif ukoll billejl. U għalkemm id-dmugħ idum għal lejl wieħed, il-ferħ jiġi filgħodu.” Il-fidi tisma’ lil Alla meta jgħid, “Nagħtikom bieb ta’ tama f’wied Akor” (Ħosegħa 2:15). “Il-Mulej ikollu ħniena mill-qaddejja tiegħu xħin jara li saħħithom marret, u li ma baqax aktar fosthom la lsir u lanqas ħieles” (Dewteronomju 32:36).

Il-fidi hi persważa li Alla jissokkorri, jaf minn xiex aħna għaddejjin, u għandu l-ħin u l-mod tiegħu kif joħroġna għad-dawl. “Għax il-Mulej isalvahom, għax jafdaw fih” ( Salmi 37:40). 

Meta wieħed jestendi l-fidi tiegħu, u jħaddimha b’dal-mod, żgur jibqa’ trankwill u ħieles mill-iskuraġġiment. Il-fidi kapaċi timxi f’dil-mogħdija, u hekk tagħmel. Ċertament, mela, il-fidi u l-fidi biss hi dik il-grazzja li twieżen u ssaħħaħ il-qalb kontra kull avversità u skoraġġiment. 

Talba: “Mulej sovran u ħanin, urina l-glorja u l-eċċellenza tiegħek aktar u aktar, sabiex daparti tagħna, imqanqla mill-Ispirtu tiegħek, nesprimu r-rispons xieraq billi nafdawk. Għax is-salvazzjoni tagħna kollha, fil-partijiet u l-aspetti tagħha, hi miġbura fi Kristu Ibnek. La rridu, la nistgħu u lanqas għandna għalfejn infittxuhom band’ oħra. Grazzi talli fih aħna kompluti. Ammen.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Il-Mogħdrija

“Imma issa intom imisskom tneħħu dawn il-ħwejjeġ kollha: ir-rabja, l-għadab, il-malizzja, l-ikkalunnjar u diskors oxxen minn ħalqkom. Tigdbux lil xulxin, ladarba nżajtu l-bniedem il-qadim bil-prattiċi ħżiena tiegħu, u lbistu l-ġdid, li qed jiġġedded fit-tagħrif veru skont l-immaġni ta’ min ħalqu - tiġdid fejn m’hemmx distinzjoni bejn Grieg u Lhudi, ċirkonċiżjoni u inċirkonċiżjoni, barbaru, Skita, ilsir jew liberu, iżda Kristu hu kollox u f’kulħadd. Mela, bħala l-magħżulin t’Alla, qaddisin u maħbubin, ilbsu sentimenti ta’ mogħdrija, benevolenza, umiltà, manswetudini u paċenzja” (Kolossin 3:8-12).  Il-beninnità hi l-ispirtu ta’ trattament favorevoli, jew il-prattika kostanti u abitwali ta’ azzjonijiet amikevoli u benevolenti. Hemm żewġ prinċipji ewlenin fil-kostituzzjoni umana, li jwettqu serriegħa bla waqfien għall-predominanza: l-egoiżmu u l-benevolenza, jew il-beninnità. L-egoiżmu jikkonċentra s-sentimenti, ix-xewqat u l-azzjonijiet kollha fuq il-promozzjoni tal-benesseri i...

Diskors Bid-Dehen

“La taħsibx kif tagħmel il-ħsara lil għajrek huwa u qiegħed jgħammar bla biża’ miegħek. La tiġġieled ma’ ħadd għalxejn, jekk ma għamillek l-ebda deni. Ħu offiż hu aktar iebes biex jintrebaħ minn belt qawwija, u l-ġlied bejn l-aħwa qisu staneg ta’ kastell. Aħjar tgħammar f’rokna ta’ setaħ milli ma’ mara ġellieda f’dar kbira.” (Proverbji 3:29-30; 18:19; 25:24).  Matul l-Assedju l-Kbir fl-1565, il-qawwiet Ottomani tħabtu u ssieltu biex jirbħu lil pajjiżna taħt idejhom. Għalkemm kienu ferm aktar numerużi minna, it-Torok iġġieldu għalxejn għal erba’ xhur sħaħ. Il-bliet Maltin, fortifikati bis-swar u balwardi godlija, kienu virtwalment inespjunabbli. Hekk ukoll hu diffiċli tirbaħ lura l-ħbiberija ta’ ħu offiż. Anzi, dal-proverbju jwissina li hu aktar diffiċli tirbaħ lura lil ħuk milli tegħleb belt qawwija. Ma naħsibx li dan inkiteb biex naqtgħu qalbna milli nfittxu rikonċiljazzjoni f’waqtha. Jekk wieħed jistaqsi, x’inhi r-rikonċiljazzjoni? Hi t-tieni ħbiberija. Dan jibqa’ dmir...