Skip to main content

Posts

Showing posts from February, 2018

Tkellem Biex Tiftiehem

“Ħa ma tipproċiedi l-ebda kelma mħassra minn fommkom, iżda biss kwalunkwe kelma tajba għall-edifikazzjoni ta’ ħaddieħor, skont kif tirrekjiedi l-okkażżjoni, sabiex tagħti grazzja ’l dawk li jisimgħuha. U tnikktux lill-Ispirtu s-Santu t’Alla, li bih kontu ssiġillati għal jum il-fidwa. Ħa jitwarrab minnkom kull imrar, għadab u rabja, għajjat klamoruż u diffamazzjoni, ma’ kull forma ta’ malizzja. Kunu benevolenti ma’ xulxin, kumpassjonali, u aħfru ’l xulxin, bħalma Alla ħafer lilkom fi Kristu” (Efesin 4:29-32). Biex timxi, taħdem u tgħix ma’ ħaddieħor taħt l-istess saqaf, sistema effettiva ta’ komunikazzjoni hija prijorità. Importanti dejjem tinżamm fi stat funzjonabbli u effettiv, bla ma ssofri ħsara. Żewġ persuni ma jistgħux jimxu flimkien jekk ma jaqblux bejniethom. Armonija kontinwa, progressiva u sodisfaċenti hija impossibbli mingħajr taħdit mibni fuq prinċipji bibliċi. Il-komunikazzjoni hi s-sengħa bażika meħtieġa biex nistabbilixxu u mmantnu relazzjonijiet sensibbli u so

Patt Dejjiemi

“Alla ta’ Iżrael tkellem, il-Blata ta’ Iżrael qalli, ‘Min jaħkem fuq in-nies għandu jkun ġust, jaħkem bil-biża’ tal-Mulej. U hu jkun bħad-dawl tas-sebħ, xħin titla’ x-xemx f’għodwa bla sħab, u tnibbet il-ħaxix tari mill-art, bid-dija tagħha wara x-xita.’ Mhix hekk dari quddiem Alla, ladarba hu għamel miegħi patt dejjiem, imħejji f’kollox, u mħares? Mhux hu li jnissel il-ħelsien tiegħi kollu u kulma nixtieq?” (2 Samwel 23:3-5). Din mhix wegħda waħda iżda ħemel ta’ wegħdi – kaxxa ta’ perli leqqiena. Ir-rabta, jew patt, li l-Mulej Alla għamel ma’ David hi l-arka li fiha jinġabar kollox. Mill-patt divin inixxu l-barkiet għall-fidili tiegħu. Hawn għandna rekordjati l-aħħar kliem ta’ David, iżda jistgħu jkunu tiegħi llum. Hawnhekk għandna tnegħida: m’għandix kollox kif nixtieq jien. Hemm il-provi, it-tħassib u d-dnubiet. Dawn jagħmlu l-imħabba tiegħi iebsa. Hawnhekk għandna solliev: “Hu għamel miegħi patt dejjiem.” Jaħwe ntrabat miegħi bi pleġġ, u ssiġilla l-patt bid-demm ta’

L-Użu Xieraq tal-Ġid

“Ordna lill-għonja fid-dinja preżenti biex ma jitkabbrux u lanqas jiffissaw tamithom fl-inċertezza tal-għana, iżda f’Alla, li jipprovdielna l-ħwejjeġ kollha bl-irfus għat-tgawdija tagħna. Kmandahom jagħmlu t-tajjeb, ikunu għonja f’opri tajba, ikunu ġenerużi u lesti jixxerjaw, biex hekk jaħżnu teżor għalihom infushom bħala sies sod għall-ġejjieni, sabiex jaqbdu l-ħajja li hi verament ħajja” (1 Timotju 6:17-19). Diffiċli tkun sinjur u tibqa’ tafda fil-Mulej, daqskemm hu diffiċli għall-benestant illi jidħol fis-saltna. Bil-grazzja t’Alla ż-żewġ sfidi jingħelbu, m’għandix dubju. Kristu javżana, “Hu eħfef li ġemel jgħaddi minn għajn labra milli wieħed għani jidħol f’saltnet Alla” (Mattew 19:24). Is-Salvatur hawnhekk mhux qed jitkellem dwar l-impossibbli, iżda dwar id-diffiċli, u allura r-rarità tal-każ. Ġobb solva l-indovinalja, għax għadda minn għajn il-labra bi tlett elef ġemel u qtajja’ bhejjem oħra. Jibqa’ l-fatt illi hi sfida kumplessa tkun sinjur, bla ma tkun mitruħ spiritwalment

Biża'

“Ħa tissokta l-imħabba fraterna. Tinsewx l-ospitalità, għax b’din xi wħud, bla ma ndunaw, ospitaw l-anġli. Ftakru fil-priġunieri, bħallikieku kkalzrati magħhom, u fl-immaltrattati, ladarba intom infuskom ukoll tinsabu fil-ġisem. Iż-żwieġ għandu jkun onorat minn kulħadd, u s-sodda matrimonjali mhix ikkontaminata, għax Alla għad jiġġudika l-fornikaturi u l-adulteri. Ħa tkun il-manjiera ta’ ħajjitkom mingħajr imħabba għall-flus, u kunu kuntenti bil-ħwejjeġ li għandkom, għax Alla nnifsu qal, ‘Żgurament mhu se nħallik, lanqas qatt mhu se nabbandunak’ - biex hekk aħna nistgħu ngħidu kunfidentament, ‘Is-Sid sokkoratur tiegħi; mhux se nibża’. X’jista’ jagħmilli l- bniedem?’” (Ebrej 13:1-6). Peress li Alla qatt mhu se jitlaqna jew iħallina, nistgħu nkunu kuntenti b’dawk il-ħwejjeġ li għandna. Ladarba l-Mulej hu tagħna, ma nistgħux nitħallew mingħajr ħabib, teżor u dar. Din l-assigurazzjoni taqtagħlna kull rabta mal-bnedmin: ma niddependu fuq ħadd ħliefu. Alla hu l-padrun tagħna; m’għandn

Ruħ u Ġisem Glorifikati

“Hekk ukoll se jkun fir-resurrezzjoni tal-mejtin. Il-ġisem hu miżrugħ fil-korruzzjoni, hu rxoxtat fl-inkorruttibilità. Hu miżrugħ fid-diżunur, hu rxoxtat fil-glorja; hu miżrugħ fid-dgħufija, hu rxoxtat fis-setgħa. Hu miżrugħ ġisem naturali, hu rxoxtat ġisem spiritwali. Jekk hemm ġisem naturali, hemm ukoll ġisem spiritwali. Hekk hu miktub: ‘L-ewwel bniedem Adam sar ruħ ħajja’; l-aħħar Adam hu spirtu li jagħti l-ħajja. L-ispiritwali mhuwiex l-ewwel, iżda n-naturali; imbagħad l-ispiritwali. L-ewwel bniedem kien mill-art, tat-trab; it-tieni bniedem hu s-Sid mis-sema. Bħalma kien il-bniedem tat-trab, hekk ukoll dawk tat-trab, u bħalma hu l-bniedem tas-sema, hekk ukoll dawk tas-sema” (1 Korintin 15:42-48). Hija ħaġa taqbel mas-sapjenza u l-ġustizzja governattiva t’Alla illi l-istess ġisem li kien imsieħeb mar-ruħ fid-dnub jew fl-indiema jkollu sehem magħha fil-pwieni tal-Infern jew fil-feliċità smewwitija.  Hekk l-Iskrittura tiddikjara profetikament, b’diversi modi u tixbihat, il

Adorazzjoni lil Alla

“Faħħru l-Mulej! Faħħru, o qaddejja tal-Mulej, faħħru isem il-Mulej. Ikun imbierek isem il-Mulej, minn issa u għal dejjem! Minn tlugħ ix-xemx sakemm tinżel, isem il-Mulej għandu jkun imfaħħar. Il-Mulej għoli fuq il-ġnus kollha, u l-glorja tiegħu fuq is-smewwiet. Min hu bħall-Mulej, Alla tagħna, li qiegħed fuq it-tron fil-għoli, li jħares ’l isfel biex jara l-ħwejjeġ li huma fis-smewwiet, u fuq l-art!” (Salmi 113:1-6). Il-Monarka universali, imlibbes bil-maestà, jikkondixxendi lejna. Għalfejn is-sejħiet għall-qima huma tant ripetuti, imxerrda mas-Salterju kollu? M’għandniex għalfejn noffendu ruħna. Irridu min ifakkarna urġentement u kontinwament dwar il-privileġġ kbir u solenni tal-fidi tagħna: li nfaħħru u nbierku ’ll-Mulej, bla ma naqtgħu. Kultant irridu nirdoppjaw jew anke nittriplaw is-sejħiet ħerqana għal dad-dover. It-tifħir hu ministeru eċċellenti, imma l-qalb, għalkemm imġedda, ġieli tqisu bħala piż, xi ħaġa superfluwa. Il-lingwa sikwit tinstab vejjikolu poveru għall-

Ħwejjeġ Jgħaddu u Ħwejjeġ Eterni

“Kliem il-Predikatur, bin David, sultan f’Ġerusalemm. ‘Frugħa tal-frugħat,’ jgħid il-Predikatur. ‘Frugħa tal-frugħat; kollox frugħa. Xi profitt għandu l-bniedem mit-taħbit kollu tiegħu li jitħabat taħt ix-xemx? Nisel jgħaddi u nisel ieħor jiġi, iżda l-art tibqa’ għal dejjem. Ix-xemx ukoll titla’, u x-xemx tinżel, u tgħaġġel lejn imkienha minn fejn terġa’ titla’” (Ekkleżjażti 1:1-5). Ma nimmaġinawx li r-ruħ immortali tista’ tkun sodisfatta bi ħwejjeġ transjenti. L-ilħiħ spiritwali tagħna qajla jista’ jsib tweġiba fil-vanità. B’rgħiba u kilba, bosta huma dawk li jiddomandaw miżura akbar milli għandhom, bħallikieku l-eċċessività fil-kwantità se tagħmel id-differenza. Irridu nifhmu illi l-ġuħ li nħossu fi qlubna ma jipproċedix minn nuqqas ta’ abbondanza terrestri, iżda għaliex hu nutriment żnaturali għal moħħ il-bniedem, hekk li l-ġuħ f’ruħna ma jistax ikun sodisfatt, daqskemm ġisimna ma jsib ebda sostenn bir-riħ. Il-pjaċiri tad-dinja qishom il-loqma mogħtija lil priġunier, li la tista’

Ruħ Mifnija

“F’dan niftakar jien, waqt li ruħi tinħall ġewwa fija, kif jien kont immur fil-ġemgħa, u neħodha f’dar Alla, fost l-għajjat ta’ ferħ u radd il-ħajr ta’ ġemgħa ferħana. Għaliex int mifnija, ruħ tiegħi? Għaliex int hekk imħawda ġewwa fija? Ittama f’Alla, għax jien nibqa’ nfaħħru; hu s-salvazzjoni tiegħi, u Alla tiegħi. Ruħi mifnija ġewwa fija; għalhekk fik niftakar, o Alla tiegħi, mill-art tal-Ġordan, mill-muntanji tal-Ħermon, u mill-muntanja ta’ Misgħar” (Salmi 42:4-6). F’perjodu ta’ dieqa, il-ħsieb dwar ħabib għażiż, li kkonfortana fl-imgħoddi, għandu ħabta jissollevana. Jekk inkunu assigurati minn imħabbtu, ma niddubitawx kemm hu lest biex jassistina. X’barka inesprimibbli meta ngħixu f’familjarità qaddisa m’Alla tal-imħabba! David iferra’ liberament l-ilmenti tiegħu u jaqsam m’Alla l-għali tiegħu. Għalkemm ruħu kienet milwija fih, u d-dawl ħelu tal-ferħ kien mistur bi sħab fosk ta’ dieqa, frattant l-għajn penetranti tal-fidi tħares lil hinn minnu. Minkejja ċ-ċirkostanzi u s-se

Jidrob u Jdewwi

“U jgħidu, ‘Ejjew ħa nerġgħu lura lejn il-Mulej, għax hu qattagħna iżda jfejjaqna. Hu darab u hu jdewwina. Wara jumejn jaħjina; fit-tielet jum iqajjimna, biex aħna ngħixu quddiemu. Għalhekk ħa nagħrfu lill-Mulej, ħa nitħeġġu biex nagħrfuh!’ O Efrajm, x’nagħmillek? O Ġuda, x’nagħmillek? Għax it-tjieba tagħkom bħal sħaba tas-sebħ, u bħan-nida li tgħaddi kmieni” (Ħosegħa 6:1-4).  Alla, marbut b’patt solenni magħna li jkun Alla tagħna għal dejjem, ma jitlaqx għal dejjem minn magħna. Jista’ jgħaddina mid-dlam, imma hi biss mogħdija, mhux priġunerija permanenti.  Raġel jista’ kultant joħroġ minn daru, bla ma jitlaq minnha. Innota d-differenza. Jekk wieħed jitlaq bla mhu biħsiebu jirritorna, iġorr l-għamara u ħwejġu kollha. Jerġa’, għalkemm wieħed jista’ jivvjaġġa u fit-tul u ’l bogħod, xorta waħda taf li ġej lura. Għaliex? Tgħidli, “Għax martu, uliedu u ġidu għadhom f’daru.” Hekk ukoll, jekk Kristu jirrofta segwaċi (nominali) tiegħu, u jitilqu għalkollox, iġorr miegħu ġidu, id

Ġenituri u Wlied

“Il-biża’ tal-Mulej hu l-bidu tat-tagħlim, iżda l-boloh jistmerru l-għerf u t-twiddib. Ibni, isma’ twiddib missierek u la titlaqx tagħlim ommok, għax ikunulek kuruna ħelwa ma’ rasek u ħannieqa madwar għonqok. Ibni, jekk iħajruk il-midinbin, tgħidilhomx ‘Iva.’ Jekk jgħidulek, ‘Ejja magħna, ħa nissajjaw biex noqtlu, nonsbu bil-moħbi għal min hu innoċenti; ħa nibilgħuhom ħajjin, bħal Xeol, u sħaħ bħal dawk li jinżlu fil-ħofra.’...Ibni, la timxix magħhom; warrab riġlejk minn triqathom” (Proverbji 1:7-12,15). Ir-responsabbiltà tal-ulied hi sempliċi: it-tfal għandhom jobdu u jirrispettaw lill-ġenituri tagħhom. Mill-banda l-oħra, il-Mulej irid l-missirijiet u l-ommijiet iħarrġu lil uliedhom fi triqatu – vokazzjoni fiha nfisha! Miskin għalih it-tifel ribelluż, li bi stinazzjoni jinjora l-ġenituri tiegħu u jgħaffeġ għal rasu. Minflok jilqa’ l-pariri siewja tagħhom, imsejsa fuq l-Iskrittura u l-esperjenza umana, iqishom tfixkil. Meta jitlaq għal rasu jkun qed jistieden illi jaqa’ fin-

Protezzjoni Rjali

“U jiġri jekk tisma’ bir-reqqa leħen il-Mulej, Alla tiegħek, u tħares u tagħmel il-kmandamenti tiegħu li qiegħed nagħtik illum, illi l-Mulej, Alla tiegħek, jgħollik fuq il-ġnus kollha tal-art. U jiġu dawn il-barkiet kollha fuqek, u jilħquk, jekk tisma’ leħen il-Mulej, Alla tiegħek. Imbierek tkun fil-belt, u mbierek tkun fir-raba’…Il-Mulej iżommok bħala l-poplu qaddis għalih, bħalma ħaliflek, jekk tħares il-kmandamenti tal-Mulej, Alla tiegħek, u timxi fi triqatu. U l-popli kollha tal-art jaraw li int tissemma b’isem il-Mulej; u jibżgħu minnek” (Dewteronomju 28:1-3,9-10). Jekk nikkonsidraw sewwa, nirrealizzaw minnufih illi m’għandna ebda raġuni għala nitbeżżgħu mill-ġnus. Pjuttost il-kuntrarju, għax min hu fuq in-naħa t’Alla impossibbli jsofri disfatta finali. Mela kodardja jew intimidazzjoni daparti tal-Kristjan tittradixxi spirtu dgħajjef; hu biss sinjal ta’ nuqqas ta’ fidi jew, l-aktar l-aktar, fidi infantili u debboli. Alla jista’ jagħmilna tant nixbhuh, illi n-nies ikunu sfo

Imħabba Infallibbli

“Min se jifridna mill-imħabba ta’ Kristu? Tribulazzjoni jew diqa jew persekuzzjoni jew għaks jew għera jew periklu jew sejf? Bħalma hu miktub: ‘Minħabba fik niffaċċjaw il-mewt il-jum kollu; aħna stmati bħala nagħaġ għat-tbiċċir.’ Għall-kuntrarju, f’dawn il-ħwejjeġ kollha aħna aktar minn konkwistaturi permezz ta’ dak li ħabbna. Għax ninsab konvint illi la l-mewt, la l-ħajja, la l-anġli, la l-ħakkiema, la l-ħwejjeġ preżenti, la l-ħwejjeġ futuri, la s-setgħat, la l-għoli, la l-fond u lanqas kwalunkwe ħlejqa oħra mhi ħa tkun kapaċi tifridna mill-imħabba t’Alla li hi fi Kristu Ġesù Sidna” (Rumani 8:35-39). M’aħniex bħal dawk li jparlaw fil-vojt u jgħidu illi Alla jista’ jhennik bit-tagħrif tas-salvazzjoni, biex jixkanak l-għada, jew jinkurunak bit-tjieba eterna tiegħu, biex jiċħadhielek il-ġimgħa d-dieħla.  It-tali idea hi dijametralment opposta għall-enfasi u l-ispirtu tat-Testment il-Ġdid. X’dottrina aktar patetika jista’ jkun hemm minn din: filli int fi stat ta’ ħajja, u filli

Il-Qanpiena tal-Allarm

“Ibni, ħsiebek f’għerfi, mejjel widintek għal dehni. Biex tagħraf taħseb, u xofftejk iħarsu l-għerf. Għax xofftejn il-mara adultera iqattru l-għasel, u fommha oħla miż-żejt, iżda fl-aħħar tagħha morr daqs l-assenzju, daqs sejf b’żewġt ixfar jaqta’. Riġlejha neżlin lejn il-mewt; lejn Xeol jieħu l-mixi tagħha. Xejn ma tqisha triq il-ħajja, il-mixi tagħha ’l hawn u ’l hemm, u ma tafx fejn sejra. Isimgħuni, issa, uliedi, u minn kliem fommi la titwarrbux. Biegħed triqtek minnha, u tersaqx lejn bieb darha, biex fjur żgħożitek ma tagħtihx f’idejn ħaddieħor, u f’idejn wieħed kiefer sninek; biex il-barranin ma jimtlewx b’ġidek, u t-taħbit tiegħek imur f’dar ħaddieħor. U fl-aħħar tiegħek inti tokrob, meta laħmek u ġismek ikunu kkonsmati; u tgħid: ‘Kif bgħadt it-tagħlim, u kif qalbi setgħet tistmell it-twiddib, u ma smajtx kliem min kien jgħallimni, u lanqas tajt widen għal min kien iwissini! Għal ftit ma waqgħitx fuqi l-aqwa ħsara, f’nofs il-laqgħa u l-ġemgħa!’” (Proverbji 5:1-14). Qiegħe

Aċċerta Ruħek Mis-Sejħa tas-Sema

“‘Tgemgmux bejnietkom,’ Ġesù weġibhom. ‘Ħadd ma jista’ jiġi għandi jekk il-Missier li bagħatni ma jiġbdux, u jien għad inqajmu fl-aħħar jum. Hu miktub fil-Profeti: “Se jkunu lkoll mgħallmin minn Alla.” Kull min sema’ u tgħallem mingħand il-Missier jiġi għandi. Mhux għax xi ħadd ra lill-Missier ħlief min hu mingħand Alla; dan ra lill-Missier. Tassew, tassew ngħidilkom, min jemmen għandu l-ħajja eterna. Jien hu l-ħobż tal-ħajja” (Ġwanni 6:43-48). Il-qagħda u l-assigurazzjoni tagħna, bħala sħab Kristu, jinsabu fuq pedament ċert. L-oriġni huwa mingħand Alla l-Missier, id-dispensa mill-Iben, u l-applikazzjoni mill-Ispirtu s-Santu. Huma ħielsa fil-Missier, żguri fl-Iben, u tagħna fl-Ispirtu.  Din hi l-preżentazzjoni skritturali inkwantu s-salvazzjoni tagħna, mill-bidu sat-tmiem. Ara li ħadd minna ma jiddisprezza l-predestinazzjoni! Hemmhekk tinsab it-tama kollha tagħna, illi Alla appunta fdal minn ulied Adam sabiex infallibbilment ikunu salvati. Jekk dawn il-maħturin jistgħu qatt

L-Għaqli u l-Iblah

“Wieħed għaref jisma’ twiddib missieru, iżda l-kiesaħ ma jismax iċ-ċanfir. Ċanfira tagħmel aktar impressjoni fuq l-għaqli minn mitt daqqa fuq l-iblah. Min jgħid lill-ħażin, ‘Inti ġust,’ il-poplu jisħtu, u l-ġnus jistkerrħuh. Imma dawk li jċanfru lill-ħażin jaħbtilhom tajjeb, u fuqhom tinżel barka u ġid. Canfira fid-deher aħjar minn imħabba mistura. Fidili l-ġrieħi ta’ ħabib, iżda qarrieq il-bews ta’ għadu. Min iwiddeb lil xi ħadd, wara jkunu jafuhulu aktar minn dak li jmelles b’ilsienu” (Proverbji 13:1; 17:10; 24:24-25; 27:5-6; 28:23). Spiss fil-Ktieb tal-Proverbji nisimgħu dwar l-għaqli u l-iblah. Hawnhekk issirilna l-osservazzjoni li l-għaqli hu l-bniedem li jaċċetta ċanfira, filwaqt li l-iblah ma jismax meta jiġi mwiddeb. L-għaqli hu l-individwu li meta żbalja, u xi ħadd jurih fejn u kif għotor, jammetti d-debolizza u jfittex jirranġa kollox bla dewmien, bla inkejja jew skużi. Ma joqgħodx jara kif se jiġġustifika lilu nnifsu; u lanqas jipprova jwaddab it-tort fuq ħaddieħo

Ħobb Lil Min Ma Jħobbokx

“Smajtu illi ngħad, ‘Ħobb il-proxxmu tiegħek u obgħod lill-għadu tiegħek.’ Imma jien ngħidilkom, ħobbu lill-għedewwa tagħkom u itolbu għal dawk li jippersegwitawkom, ħalli tkunu wlied Missierkom fis-smewwiet; għax itella’ x-xemx tiegħu fuq il-ħżiena u t-tajbin, u jibgħat ix-xita fuq il-ġusti u l-inġusti. Għax jekk tħobbu ’l dawk li jħobbukom, xi premju għandkom? Ewwilla ma jagħmlux saħansitra d-dazjarji l-istess ħaġa? U jekk issellmu ’l ħutkom biss, xi tkunu qed tagħmlu iżjed mill-oħrajn? Ewwilla ma jagħmlux saħansitra l-Ġentili l-istess ħaġa? Kunu mela intom perfetti, bħalma Missierkom smewwieti hu perfett” (Mattew 5:43-48). Ma nkunu qed nagħmlu xejn speċjali jekk inħobbu biss lil dawk li jħobbuna. Il-briganti wkoll iħobb lill-briganti sħabhom. Jekk il-favuri u l-pjaċiri nagħmilhom biss ma’ nies li jaħmluni, x’benefiċċji nippretendi? Ix-xellerati u l-immorali jagħmlu l-istess ħaġa! Jekk insellef biss lil dawk li mingħandhom nippretendi rikumpensa, xi krettu għandi? Il-banavakki

Eħ Dik il-Biċċa Tonn!

“Min jgħasses fommu jippriżerva ħajtu, iżda min xofftejh jiftaħ beraħ, ħażin għalih. Min jistor il-ħtija, irid il-ħbubija, iżda min itenni l-ħtija, ibiegħed il-ħabib. Min jaqla’ l-qlajja jikxef sigrieti; għalhekk la tagħmilhiex ma’ min xofftejh dejjem miftuħa. La tqasqasx fuq il-qaddej ma’ sidu, li ma jisħikx u tinsab ħati” (Proverbji 13:3; 17:9; 20:19; 30:10).  Il-Kristjani jidinbu kontra xulxin u joffendu wieħed lill-ieħor. M’għandikx għalfejn tiskandalizza ruħek għal din l-istqarrija. Ħares lejk innifsek: int tammetti dgħufijietek, u kemm-il darba tidneb kontra Alla u l-proxxmu. Ma tifhimx, mela, li ħaddieħor hu wkoll midneb u dgħajjef bħalek? Xi darba jew oħra se nirfsu fuq il-kallu ta’ xulxin, inweġġgħu lil xulxin, u allura neħtieġu t-tolleranza reċiproka. Il-vokazzjoni tagħna tinkludi illi “b’kull umiltà u manswetudini, bil-paċenzja, nissaportu ’l xulxin fl-imħabba, u nħabirku ħalli nippriżervaw l-unità tal-Ispirtu fir-rabta tas-sliem” (Efesin 4:2-3). Kull Kristjan għa

Rabja Mrażżna

“Imma intom mhux hekk tgħallimtu ’l Kristu. Indubjament smajtu lilu u kontu mgħallmin fih, skont il-verità li hi f’Ġesù. Rigward l-imġiba preċedenti tagħkom, kontu mgħallmin tinżgħu l-bniedem qadim li qed jikkorrompi ruħu skont ix-xewqat qarrieqa; tkunu rrenovati fl-atteġġjament ta’ moħħkom; u tilbsu l-bniedem il-ġdid, li skont ix-xbieha t’Alla hu maħluq fil-ġustizzja u l-qdusija vera. Għaldaqstant, billi tneħħu l-falsità, tkellmu l-verità, kull wieħed minnkom, mal-proxxmu tiegħu, għax aħna membri ta’ xulxin. Irrabjaw u frattant tidinbux. Tħallux ix-xemx tgħarrab fuq il-korla tagħkom, lanqas tagħtu opportunità lix-xitan” (Efesin 4:20-27). Il-korla tibda bl-imbeċillaġni u dejjem tispiċċa mgħarrqa fir-rimors. Hemm żewġ sitwazzjonijiet li fihom qatt m’għandna ngħaddbu: meta nistgħu nikkontrollaw il-qagħda, u meta ma nistgħux nikkontrollawha. Meta wieħed jisbel jista’ jsir elokwenti imma ma jsir xejn aktar xjenti; fqir kien u ifqar ikun. B’kelma ġentili abbli ġġibu f’postu bħalma l-

Libertà!

“Mosè tela’ ħdejn Alla, u l-Mulej għajjatlu mill-muntanja u qallu: ‘Hekk tgħid lil dar Ġakobb u tgħid lil ulied Iżrael: “Intom rajtu x’għamilt lill-Eġizzjani u kif erfajtkom fuq ġwinħajn ajkla, u ġibtkom lejja. Għalhekk issa, jekk tassew tisimgħu kliemi u tħarsu l-patt tiegħi, intom tkunu t-teżor partikolari tiegħi fost il-popli kollha – għax l-art kollha tiegħi – u tkunu għalija saltna ta’ qassisin u ġens imqaddes”’” (Esodu 19:3-6). L-Emanċipatur tagħna ħabbar is-Sena tal-Ġublew, tertaq il-ktajjen u kissrilna l-qjud, u fetaħ il-kanċell tal-ħabs. Hu nnifsu jirrilaxxjana, jerfagħna fi ħdanu u jagħtina f’idejna d-Dikjarazzjoni tal-Indipendenza, ossija, li minn issa ’l quddiem ninsabu dipendenti fuqu.  “Tassew, tassew ngħidilkom,” iddikjara Ġesù, “kull min jagħmel id-dnub hu l-ilsir tad-dnub. Issa l-ilsir ma jibqax fid-dar għal dejjem, imma l-iben jibqa’ għal dejjem. Mela jekk l-Iben jilliberakom se tkunu realment liberi. Kull min jagħmel id-dnub hu l-ilsir tad-dnub, imma jekk

Naqra Mingħand in-Nemla

“Mur għand in-nemla, ja għażżien. Ħares lejn id-drawwiet tagħha, u kun għaref. La għandha kap, la sopristant u lanqas padrun; fis-sajf tħejji l-ikel tagħha, u tiġma’ l-proviżjon tagħha fi żmien il-ħsad. Kemm se ddum rieqed, ja għażżien? Meta se tqum minn ngħasek? Ftit torqod, ftit tongħos, ftit b’idejk marbuta biex tistrieħ. Hekk jiġi l-faqar tiegħek bħal wieħed ħalliel, u l-għaks tiegħek bħal wieħed armat” (Proverbji 6:6-11). Għall-għażż bħala għażż m’hemmx skuża vijabbli. Xi wħud jikklejmjaw li huwa l-istat naturali tal-bniedem, u li llum ftit issib nies ta’ karattru biżżejjed li jissograw jibqgħu għażżiena f’ġenerazzjoni frenetika. Jgħidulek, l-għażżien jurik bil-provi li huwa kuntent, la jaspira għal iżjed u lanqas għal inqas. Anke meta n-negozjant jistinka u jishar, jonfoq saħħtu bit-tama li xi darba jirtira bil-kumdità, ċoè, isir għażżien. Frattant mhux faċli tikkonvinċih x’qed jimmissja meta okkażżjonalment jitlaq l-istim miġmugħ fih innifsu u jiftakar fl-umanità tiegħu,

Kollox Skont il-Pjan

“U nafu illi Alla jaħdem kollox flimkien għall-ġid ta’ dawk li jħobbu ’l Alla, għal dawk li huma msejħin skont l-għan tiegħu. Għax lil min kien jafhom minn qabel, Alla wkoll ippredestinahom biex ikunu kkonformati mal-immaġni t’Ibnu, ħalli jkun hu l-primoġenitu fost ħafna aħwa. U ’l min ippredestinahom, lil dawn ukoll sejjaħ; ’l min sejjaħ, lil dawn ukoll iġġustifika; ’l min iġġustifika, lil dawn ukoll igglorifika” (Rumani 8:28-30). Alla jippermetti l-ħażin jikber mat-tajjeb. Isawwab il-grazzja komuni tiegħu fuq kulħadd, xi ftit jew wisq, xi darba jew oħra, bħalma jtella’ x-xemx tiegħu u jibgħat ix-xita fuq il-ġust u l-inġust indiskriminatament. Alla ma jiġġudikax lill-ħażin apertament u immedjatament. Tana biss illustrazzjonijiet li ċertament għad ikun iġġudikat u kkundannat. Il-qagħda esterna tiegħek – soċjali, nazzjonali, fiżika, intellettwali, domestika – ma tirriflettix l-atteġġjament t’Alla lejk. Tista’ tkun fqir materjalment u għani spiritwalment.  Sħab il-patrijarka Ġ

Il-Misterju tal-Providenza

“Ġakobb missierhom qalilhom: ‘Għamiltuni bla wlied: Ġużeppi m’għadux iżjed, u Simgħon m’għadux iżjed, u tridu tiħduli ’l Benjamin: dan kollu kontra tiegħi.’ U Ruben kellem lil missieru, qallu: ‘Oqtol liż-żewġ uliedi, jekk ma nġibulikx; agħtihuli f’idejja, u jien nerġa’ nġibulek.’ U Ġakobb qal: ‘Ibni ma jinżilx magħkom, għax ħuh miet, u baqa’ waħdu. Jekk jiġrilu xi għawġ fit-triq li sejrin fiha, tniżżlu x-xagħar abjad tiegħi f’Xeol” (Ġenesi 42:36-38).  Ġakobb interpreta l-providenza divina u żbalja bl-ikrah. Ilmenta, “Kollox ġej kontrija,” mentri kollox attwalment kien favorih, għax Alla kien qed ihejji salvataġġ għalih u għal niesu. Meta aħna jew qrabatna nimirdu jew insofru estremament ma jfissirx bilfors li Alla ‘nsiena.’ Oħt Lażżru qalet lil Ġesù, “Kieku kont hawn ħija ma kienx imut” (Ġwanni 11:21). Mur għidilha l-pjan kif kellu jiżvolġi! Anzi, nistgħu nkunu strumentali għall-wiri tal-glorja t’Alla.  Meta niltaqgħu ma’ oppożizzjoni aħna u nagħmlu r-rieda magħrufa t’Al

Iżjed, Iżjed, Iżjed!

“La tirgħibx għal dar għajrek; la tirgħibx għal marti għajrek, u la għall-qaddej tiegħu, u la l-qaddejja tiegħu, la għall-gendus tiegħu u la l-ħmar tiegħu, u lanqas xejn milli hu ta’ għajrek” (Esodu 20:17).  Il-ġelożija hi rgħiba passiva; u r-rgħiba attiva hi l-forza li ssuq l-industrija ’l quddiem. Mingħajrha ma jiġi reġistrat ebda progress; u xi kwalità ta’ progress hu dan? Ir-rgħiba toktor aktar ma joktor il-munzell tad-deheb. Ara taqbilx: il-povertà trid xi ħwejjeġ, il-lussu ħafna, imma r-rgħiba tiddomanda kollox.  Il-katastrofi morali tagħna ma nosservawhx f’li għandna imma f’xi rridu, għax meta rridu u nirgħibu, il-gost jitgħarraq, bħal meta tħalli kejk barra fix-xita. M’għandniex għalfejn nipprovawha, imma probabbilment veru, li r-rgħiba u d-disperazzjoni ma jafu bl-ebda fruntiera. Dawn jikbru minn fuq xiex jieklu. L-ossessjoni biex nimmultiplikaw l-għana tagħna hi sors maġġuri tal-miżerja tagħna; f’dil-ferneżija, nabbandunaw pjaċir wieħed meta nafu li se niksbu wieħe

Avvanz fit-Triq Korretta

“Imma għalija ma jkun qatt li niftaħar ħlief bis-salib ta’ Sidna Ġesù Kristu, li permezz tiegħu d-dinja hi misluba għalija, u jien għad-dinja. Għax la ċ-ċirkonċiżjoni mhi xi ħaġa u lanqas l-inċirkonċiżjoni, iżda li jgħodd huwa ħolqien ġdid. Dawk kollha li jimxu ma’ dir-regola, is-sliem u l-ħniena fuqhom, iva, fuq l-Iżrael t’Alla” (Galatin 6:14-16). Personalità integrata u bilanċjata hi ħaġa desiderabbli. Ħadd ma jista’ jikkritika kwalunkwe tentattiv biex ngħollu l-livell tal-għixien fis-soċjetà u ngħallmu lin-nies ikunu pjaċevoli u edukati. Kull mezz mediku, ekonomiku u politiku għandu jintuża biex nipproduċu dinja aħjar bl-ikbar ammont ta’ nies ċivili, ħielsa mill-faqar, l-isfruttament u l-inġustizzja. Il-gvernijiet messhom jimmiraw biex il-gid komuni tad-dinja jitqassam b’tali mod biex ebda individwu ma jsofri l-karestija u l-ġuħ.  Ħa ngħidu għas-saħħa tal-argument li wettaqna dan kollu. Ma jfissirx illi wasalna. Salvajniehom materjalment; spiritwalment għadhom fl-agħar pr

Kif Iċċanfar

“L-aħwa, jekk wieħed jinqabad f’xi trasgressjoni, intom l-ispiritwali jmisskom tirrestawraw lit-tali bi spirtu ta’ manswetudini. Biss ħares lilek innifsek, li ma tkunx imġarrab int ukoll. Erfgħu t-toqol ta’ xulxin, u hekk twettqu l-liġi ta’ Kristu. Għax jekk xi ħadd jidhirlu li hu xi ħaġa filwaqt li mhu xejn, jinganna lilu nnifsu. Kull wieħed imissu jittestja l-azzjonijiet tiegħu nnifsu, u mbagħad ikun jista’ jiftaħar bih innifsu biss, u mhux f’ħaddieħor. Għax kull wieħed imissu jerfa’ t-tagħbija tiegħu stess” (Galatin 5:1-4). Ejjew noqogħdu attenti ferm fl-amministrazzjoni taċ-ċanfir. Jekk iċċanfar bl-addoċċ u bla sensittività aktar iżżarma milli tibni. Hemm mod u mod. Hija xi ħaġa evidenti, pereżempju, illi l-ħaddied l-ewwel isaħħan il-metall fil-forġa, jifformah, u wara jwebbsu b’ilma kiesaħ. Xi ħaġa hekk irridu nittrattaw ma’ ħuna li qed joffendi: l-ewwel saħħnu b’kommendazzjoni mistħoqqa għall-virtù u l-avvanz tiegħu, imbagħad tih bil-martell tat-twiddib sakemm tarah wasal

Ara, Għemil Idejh!

“Hu u għaddej ra bniedem għami mit-twelid. Id-dixxipli tiegħu staqsewh, ‘Rabbi, min dineb, dar-raġel jew il-ġenituri tiegħu, biex twieled għami?’ Ġesù wieġeb, ‘La dan ma dineb u lanqas il-ġenituri tiegħu, iżda ġralu hekk sabiex ikunu esibiti l-opri t’Alla fih. Jeħtiġilna naħdmu l-opri ta’ min bagħatni sakemm għadu l-jum; ġej il-lejl meta ħadd ma jkun jista’ jaħdem. Filwaqt li jien fid-dinja, jien dawl id-dinja.’ Wara li qal dan, beżaq fl-art u għamel tikka tajn bil-bżieq, u applikalu t-tajn m’għajnejh. Qallu, ‘Mur inħasel fil-menqgħa ta’ Siloam’ (li tfisser Mibgħut). Għalhekk mar u nħasel, u ġie lura jara” (Ġwanni 9:1-7). Kif ninterpreta l-providenza divina? Alla għandu ħakma u kontroll sħiħ fuq il-ħolqien tiegħu, fuq il-kbar u żgħar, maħturin u reprobati, anġli u demonji, ġnus u individwi, bhejjem u bnedmin. Isostni kollox u jmexxi kollox biex jintlaħaq l-għan komprensiv u ultimu tiegħu. Imma kif nistgħu ninterpretawha? Kif se nfissru għalina nfusna dak li jiġrilna u dak l

Aqbad mar-Realtà, mhux mal-Apparenti

“Biegħed idek minn fuqi, u tħallix il-biża’ tiegħek iwerwirni. Imbagħad sejjaħli int, u jien inwieġeb, jew ħallini nitkellem jien, u int weġibni. Kemm huma ħtijieti? Kemm huma dnubieti? Ħallini nkun naf ħżuniti u dnubi! L-għala tistor wiċċek u żżommni b’għadu tiegħek? Trid inti triegħed werqa tittajjar, jew tiġri wara tibna niexfa, biex fuqi tikteb kliem l-imrar, u twaħħalni bi dnubiet żgħoriti?” (Ġobb 13:21-26). Irrelevanti kif inħossni, Alla jibqa’ reali. Il-Mulej jista’ jaħbi lilu nnifsu mill-vista ta’ niesu, imma bix-xieraq nibqa’ nafdah u nqabbad it-tama tiegħi fih, bħala l-ankra ta’ ruħi. Fil-ħbiberija tiegħi m’Alla, mhux dejjem neċessarjament inħossni qrib tiegħu, imma hemm distinzjoni bejn l-apparenza u r-realtà tal-esperjenza.  David ukoll jappellalu minħabba dis-separzzjoni apparenti. Mulej, għalfejn iżżomm lilek innifsek distakkat minni, imbiegħed minn ruħi? Għaliex tinħbieli meta neħtieġek l-aktar? Għaliex tinjora l-għajta tiegħi għas-sokkors? Ġobb jesprimi senti