Skip to main content

Aċċerta Ruħek Mis-Sejħa tas-Sema

“‘Tgemgmux bejnietkom,’ Ġesù weġibhom. ‘Ħadd ma jista’ jiġi għandi jekk il-Missier li bagħatni ma jiġbdux, u jien għad inqajmu fl-aħħar jum. Hu miktub fil-Profeti: “Se jkunu lkoll mgħallmin minn Alla.” Kull min sema’ u tgħallem mingħand il-Missier jiġi għandi. Mhux għax xi ħadd ra lill-Missier ħlief min hu mingħand Alla; dan ra lill-Missier. Tassew, tassew ngħidilkom, min jemmen għandu l-ħajja eterna. Jien hu l-ħobż tal-ħajja” (Ġwanni 6:43-48).

Il-qagħda u l-assigurazzjoni tagħna, bħala sħab Kristu, jinsabu fuq pedament ċert. L-oriġni huwa mingħand Alla l-Missier, id-dispensa mill-Iben, u l-applikazzjoni mill-Ispirtu s-Santu. Huma ħielsa fil-Missier, żguri fl-Iben, u tagħna fl-Ispirtu. 

Din hi l-preżentazzjoni skritturali inkwantu s-salvazzjoni tagħna, mill-bidu sat-tmiem. Ara li ħadd minna ma jiddisprezza l-predestinazzjoni! Hemmhekk tinsab it-tama kollha tagħna, illi Alla appunta fdal minn ulied Adam sabiex infallibbilment ikunu salvati. Jekk dawn il-maħturin jistgħu qatt jintilfu, allura Ġesù Kristu jkun safa infidil ma’ Missieru, għax Alla l-Missier ħalla f’idejh din l-inkombenza u tah dan iċ-ċarġ, illi dawk kollha li hu kien jafhom minn qabel b’imħabba speċjali, Kristu għandu jirbaħhom, jippriżervahom sikuri, u jwassalhom biex ikunu miegħu fis-smewwiet, ħalli jaraw il-glorja tiegħu f’unità waħda mal-Missier u l-Ispirtu s-Santu. 

Quddiem dax-xenarju sublimi, hawn min ifettillu jiddisputi u jivvinta argumenti bla sens, flok ma jissottomettu ruħu għall-pjan kbir t’Alla Trinità. Tkun korsa wisq aħjar kieku t-tali nies ifittxu jindmu u jemmnu l-evanġelju, illum qabel għada. Ikun bil-bosta iżjed profitabbli għalihom jekk jappellaw lil Alla għall-grazzja biex jikkonvertu. 

Talba: “Mulej sovran, agħmilna bieżla fil-ħwejjeġ rivelati lilna. Huma x’inhuma l-għanijiet tiegħek għal kull wieħed u waħda minna, nistgħu naċċertaw irwieħna illi l-wegħdi tiegħek huma veraċi u affidabbli. Id-digrieti tas-sema huma misturin mill-vista tagħna, imma int tassigurana illi appena nindmu u nafdaw fik ċertament inkunu salvati. Immotivana biex nagħmlu s-sejħa u l-għażla tagħna ċerti għalina nfusna, fl-esperjenza tagħna, billi nimxu fil-mogħdija evanġelika, kotrana fl-imħabba.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Il-Mogħdrija

“Imma issa intom imisskom tneħħu dawn il-ħwejjeġ kollha: ir-rabja, l-għadab, il-malizzja, l-ikkalunnjar u diskors oxxen minn ħalqkom. Tigdbux lil xulxin, ladarba nżajtu l-bniedem il-qadim bil-prattiċi ħżiena tiegħu, u lbistu l-ġdid, li qed jiġġedded fit-tagħrif veru skont l-immaġni ta’ min ħalqu - tiġdid fejn m’hemmx distinzjoni bejn Grieg u Lhudi, ċirkonċiżjoni u inċirkonċiżjoni, barbaru, Skita, ilsir jew liberu, iżda Kristu hu kollox u f’kulħadd. Mela, bħala l-magħżulin t’Alla, qaddisin u maħbubin, ilbsu sentimenti ta’ mogħdrija, benevolenza, umiltà, manswetudini u paċenzja” (Kolossin 3:8-12).  Il-beninnità hi l-ispirtu ta’ trattament favorevoli, jew il-prattika kostanti u abitwali ta’ azzjonijiet amikevoli u benevolenti. Hemm żewġ prinċipji ewlenin fil-kostituzzjoni umana, li jwettqu serriegħa bla waqfien għall-predominanza: l-egoiżmu u l-benevolenza, jew il-beninnità. L-egoiżmu jikkonċentra s-sentimenti, ix-xewqat u l-azzjonijiet kollha fuq il-promozzjoni tal-benesseri i...

Diskors Bid-Dehen

“La taħsibx kif tagħmel il-ħsara lil għajrek huwa u qiegħed jgħammar bla biża’ miegħek. La tiġġieled ma’ ħadd għalxejn, jekk ma għamillek l-ebda deni. Ħu offiż hu aktar iebes biex jintrebaħ minn belt qawwija, u l-ġlied bejn l-aħwa qisu staneg ta’ kastell. Aħjar tgħammar f’rokna ta’ setaħ milli ma’ mara ġellieda f’dar kbira.” (Proverbji 3:29-30; 18:19; 25:24).  Matul l-Assedju l-Kbir fl-1565, il-qawwiet Ottomani tħabtu u ssieltu biex jirbħu lil pajjiżna taħt idejhom. Għalkemm kienu ferm aktar numerużi minna, it-Torok iġġieldu għalxejn għal erba’ xhur sħaħ. Il-bliet Maltin, fortifikati bis-swar u balwardi godlija, kienu virtwalment inespjunabbli. Hekk ukoll hu diffiċli tirbaħ lura l-ħbiberija ta’ ħu offiż. Anzi, dal-proverbju jwissina li hu aktar diffiċli tirbaħ lura lil ħuk milli tegħleb belt qawwija. Ma naħsibx li dan inkiteb biex naqtgħu qalbna milli nfittxu rikonċiljazzjoni f’waqtha. Jekk wieħed jistaqsi, x’inhi r-rikonċiljazzjoni? Hi t-tieni ħbiberija. Dan jibqa’ dmir...