Skip to main content

Il-Misterju tal-Providenza

“Ġakobb missierhom qalilhom: ‘Għamiltuni bla wlied: Ġużeppi m’għadux iżjed, u Simgħon m’għadux iżjed, u tridu tiħduli ’l Benjamin: dan kollu kontra tiegħi.’ U Ruben kellem lil missieru, qallu: ‘Oqtol liż-żewġ uliedi, jekk ma nġibulikx; agħtihuli f’idejja, u jien nerġa’ nġibulek.’ U Ġakobb qal: ‘Ibni ma jinżilx magħkom, għax ħuh miet, u baqa’ waħdu. Jekk jiġrilu xi għawġ fit-triq li sejrin fiha, tniżżlu x-xagħar abjad tiegħi f’Xeol” (Ġenesi 42:36-38). 

Ġakobb interpreta l-providenza divina u żbalja bl-ikrah. Ilmenta, “Kollox ġej kontrija,” mentri kollox attwalment kien favorih, għax Alla kien qed ihejji salvataġġ għalih u għal niesu.

Meta aħna jew qrabatna nimirdu jew insofru estremament ma jfissirx bilfors li Alla ‘nsiena.’ Oħt Lażżru qalet lil Ġesù, “Kieku kont hawn ħija ma kienx imut” (Ġwanni 11:21). Mur għidilha l-pjan kif kellu jiżvolġi! Anzi, nistgħu nkunu strumentali għall-wiri tal-glorja t’Alla. 

Meta niltaqgħu ma’ oppożizzjoni aħna u nagħmlu r-rieda magħrufa t’Alla ma jfissirx li Alla m’għandux pjaċir bil-mogħdijiet tagħna. Ħafna missjonarji u ħaddiema oħra għal saltnet Alla jispiċċaw f’ħabsijiet, inġustizzji perpetrati kontrihom, u saħansitra martirju, bħalma sofrew Jim Elliott u sħabu fl-Ekwador. 

Mill-banda l-oħra, meta kollox jiġina sonbor ma jfissirx bilfors li ngawdu t-tbissima t’Alla fuqna (Salmi 73:3f.,12f.).

Meta ma jkollokx suċċess viżibbli fil-ministeru tiegħek ma jfissirx bilfors li m’intix approvat minn Alla. Eżekjel, Isaija u profeti oħra qdew bl-ikbar fedeltà u frattant kienu mwissija mill-bidu li ma kinux se jkunu milqugħa. 

Meta jkollok suċċess immedjat u kontinwat jista’ jkun li qed tgawdi l-barka t’Alla, kif kellu Ħaggaj meta inkuraġġixxa lill-poplu jerġa’ jaqbad jibni t-tempju. Imma jista’ jkun il-kuntrarju – ara x’suċċessun kellhom il-profeti foloz! Il-popolarità, in-numri u ċ-ċapċip tan-nies huma irrelevanti: “dak li hu valutat fl-għoli fost il-bnedmin huwa detestazzjoni f’għajnejn Alla” (Luqa 16:15). Dan narawh illustrat f’Elija fit-taqtigħa qalbiena tiegħu kontra r-reliġjon tal-istat u l-erba’ mija u ħamsin profeta falz.

X’se nikkonkludu mela? Fil-providenza hemm ħafna misterju, u sikwit hija impenetrabbli, għax il-mogħdijiet t’Alla mhumiex il-mogħdijiet tagħna. Jibqa’ l-fatt innegabbli: Alla qed irieġi kollox. 

Talba: “Nadurawk u nberkuk, Mulej, għax is-saltna tiegħek fuq kollox taħkem. L-anġli jagħtuk qima, il-qaddisin fis-smewwiet jithennew fik, u l-ħolqien kollu jinseġ kontinwament ode ta’ tifħir lilek, l-oriġinatur tiegħu. Għallimna nużaw il-fakultajiet tagħna biex ningħaqdu magħhom f’innu universali lilek, o Alla Trinità.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Alla u l-Atomu huma Inviżibbli

“Għax ir-rabja t’Alla qed tkun irrivelata mis-sema kontra kull empjetà u inġustizzja tal-bnedmin li jissopprimu l-verità fl-inġustizzja, għaliex dak li jista’ jkun magħruf dwar Alla hu evidenti għalihom, għax Alla lilhom immanifestah. Għax l-attributi inviżibbli tiegħu – kemm is-setgħa dejjiema kif ukoll in-natura divina tiegħu – jidhru distintivament mill-ħolqien tad-dinja, mifhuma mill-ħwejjeġ magħmula, tant li huma bla skuża” (Rumani 1:18-20). Alla mhu mkien, jew kullimkien? L-ateiżmu u l-Kristjaneżmu huma ż-żewġ pożizzjoni li ma jippretendu ebda inkonsistenza. Kwalunkwe filosofija bejniethom – deiżmu, anjostiċiżmu, edoniżmu, panteiżmu, u l-bqija – huma kollha kompromettenti. Jekk is-soċjetà tipprova tinbena fuq l-edoniżmu, pereżempju, ir-riżultat mhux diffiċli tindovinah bil-quddiem. Jirriżulta biss kaos u diżgwid.  Jekk Bin Marija mhuwiex ukoll Bin Alla, m’għandna ebda kawża soda kontra l-ateiżmu. Avolja xi atej huma biss atej fil-bnazzi, xorta rridu nkunu lesti nwa...

Is-Sunnara Mistura

“Tkunux idolatri, bħal xi wħud minnhom; bħalma hu miktub: ‘In-nies poġġew jieklu u jixorbu, u qamu jilagħbu.’ M’għandniex niffornikaw, bħalma xi wħud minnhom iffornikaw, u mietu tlieta u għoxrin elf f’jum wieħed. M’għandniex inġarrbu lis-Sid, bħalma xi wħud minnhom ġarrbuh, u kienu meqrudin mis-serpenti; lanqas tgemgmu, kif xi wħud minnhom gemgmu, u kienu meqrudin mill-anġlu qerried. Issa dawn il-ħwejjeġ ġraw lil dawk in-nies bħala eżempji, u nkitbu bħala ammoniment għalina, li fuqna wasal it-twettiq taż-żminijiet. Għalhekk min jidhirlu li jinsab wieqaf fis-sod għandu joqgħod attent li ma jaqax! Ebda tiġrib ma qabadkom ħlief dak li hu komuni għall-umanità. Però Alla hu fidil, u mhux se jħallikom tkunu mġarrbin lil hinn milli kapaċi tifilħu, iżda mat-tiġrib jipprovdi l-ħruġ ukoll, ħalli tkunu tistgħu tissaportuh” (1 Korintin 10:6-13). It-tiġrib jippreżenta ruħu attraenti; iwiegħed il-kuntentizza, almenu kuntentizza temporanja. Imma qatt ma jiġi b’idejh vojta – joffrili s-sodisfa...