Skip to main content

Ruħ u Ġisem Glorifikati

“Hekk ukoll se jkun fir-resurrezzjoni tal-mejtin. Il-ġisem hu miżrugħ fil-korruzzjoni, hu rxoxtat fl-inkorruttibilità. Hu miżrugħ fid-diżunur, hu rxoxtat fil-glorja; hu miżrugħ fid-dgħufija, hu rxoxtat fis-setgħa. Hu miżrugħ ġisem naturali, hu rxoxtat ġisem spiritwali. Jekk hemm ġisem naturali, hemm ukoll ġisem spiritwali. Hekk hu miktub: ‘L-ewwel bniedem Adam sar ruħ ħajja’; l-aħħar Adam hu spirtu li jagħti l-ħajja. L-ispiritwali mhuwiex l-ewwel, iżda n-naturali; imbagħad l-ispiritwali. L-ewwel bniedem kien mill-art, tat-trab; it-tieni bniedem hu s-Sid mis-sema. Bħalma kien il-bniedem tat-trab, hekk ukoll dawk tat-trab, u bħalma hu l-bniedem tas-sema, hekk ukoll dawk tas-sema” (1 Korintin 15:42-48).

Hija ħaġa taqbel mas-sapjenza u l-ġustizzja governattiva t’Alla illi l-istess ġisem li kien imsieħeb mar-ruħ fid-dnub jew fl-indiema jkollu sehem magħha fil-pwieni tal-Infern jew fil-feliċità smewwitija. 

Hekk l-Iskrittura tiddikjara profetikament, b’diversi modi u tixbihat, illi l-ġisem, miżrugħ fit-taħsir, għad jitqajjem fl-inkorruttibbiltà; il-ġisem li jkun ċeda għall-mewt ikun irxoxtat għall-immortalità fl-Aħħar Jum. Ir-ruħ u l-ġisem huma ż-żewġ partijiet essenzjali tal-bniedem: Alla hekk ikkostitwiena. U għalkemm l-inugwaljanza hi kbira fl-operazzjonijiet tagħhom inkwantu l-qdusija, frattant il-qbil u l-armonija tagħhom hija neċessarja. Azzjonijiet tajba huma ppjanati skont il-fehma u r-riżoluzzjoni tal-ispirtu, ossija r-ruħ, imma jiġu mwettqa bil-ministeru tal-laħam, il-membri diversi ta’ ġisimna. 

Kull grazzja tesprimi lilha nfisha f’atti viżibbli mill-ġisem. Fid-dieqa tal-indiema l-ġisem jissupplixxi d-dmugħ, fis-sawm l-aptit tiegħu hu mrażżan, fir-ringrazzjament l-ilsien jitħaddem f’tifħir rikonoxxenti lill-Mulej. Il-vittorji kollha fuq il-pjaċir sensibbli u l-uġigħ huma ottenuti mir-ruħ f’konġunzjoni mal-ġisem. 

Issa Alla, fit-tjieba kbira tiegħu, ra illi m’għandux jittratta lir-ruħ radikalment differenti mill-għamara li fiha għexet. Jekk ir-ruħ għandha tkun hienja għall-eternità, il-ġisem m’għandux jintesa fit-trab. Ir-ruħ mhix se tkun glorifikata fil-Ġenna, u l-ġisem mormi f’qiegħ l-art. Mindu bdew l-eżistenza tagħhom, it-tnejn ġrew flimkien fl-istess tellieqa, mill-ġuf fejn tnisslu, sal-aħħar nifs. Allura Alla ddetermina li jieħu premju wieħed, jew inkella kastig wieħed. Għax hawnhekk il-ġisem jakkumpanja lir-ruħ f’ubbidjenza u tbatijiet, fl-eżultanza u d-dieqa. Għalhekk meta l-kuruna tal-purità jew il-palma tal-martirju tingħata mill-Imħallef tas-sema u l-art quddiem kulħadd, kemm ir-ruħ kif ukoll il-ġisem, flimkien, jieħdu sehem mill-istess unur. 

Ta’ dan l-arranġament għandna bħala garanti r-reżurrezzjoni ta’ Kristu fil-ġisem veru tiegħu, għax hu “l-ewwel frott ta’ dawk li raqdu.”

Talba: “O Alla, int l-Imħallef tas-sema u l-art. Persważi illi int tiġġudika b’rettitudni sħiħa. Skont l-għemejjel tagħna troddilna lura. Nappellawlek, mela, sabiex bil-perseveranza fl-għemil it-tajjeb infittxu l-glorja, l-unur u l-immortalità, ħalli b’hekk nassiguraw ruħna illi ninsabu fil-grazzja tiegħu, u werrieta tal-ħajja ta’ dejjem, bil-medjazzjoni effikaċi ta’ Ibnek Ġesù.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Lejk Nerfa' Għajnejja

“Lejk nerfa’ għajnejja, o int li tgħammar fis-smewwiet. Ara, bħalma għajnejn il-qaddejja jħarsu lejn id sidhom, u bħalma għajnejn il-qaddejja jħarsu lejn sidtha, hekk għajnejna jħarsu lejn il-Mulej, Alla tagħna, sakemm ikollu ħniena minna. Ħenn għalina, o Mulej, ħenn għalina, għax aħna mxebbgħin għall-aħħar bit-tgħajjir. Ruħna mxebbgħa żżejjed biż-żebliħ ta’ dawk li huma paxxuti, u bit-tgħajjir tal-imkabbrin” (Salmi 123:1-4).  Huwa adatt li aħna nitolbu għar-rilif mill-istmellija. Sakemm għandna n-nifs, huwa preġju u żina għalina li nfittxu ’l Alla għall-għajnuna u gwida. Evidentement das-salm huwa t-tnegħida ta’ wieħed (ma’ fidili sħabu oħrajn) li jinsab fl-arena, f’sitwazzjoni iebsa, imkeskes minn nies ħżiena u mgħobbi bl-istmellija u d-disgust tagħhom.  Imma Alla, li jippermetti d-dwejjaq jinvistana biex sikwit jgħammar magħna, jista’ jneħħih, isostnina taħtu jew jislet il-ġid minnu. Kif jista’ Alla jwarrab talb bħal dan, kif imlissen hawn? Alla kapaċi u difatti ...

Id-Drawwa

“Ġesù rritorna fis-setgħa tal-Ispirtu fil-Galilija, u r-rapport dwaru infirex mal-inħawi kollha. Hu għallem fis-sinagogi tagħhom, imfaħħar minn kulħadd. Mar f’Nażaret, fejn trabba, u skont id-drawwa tiegħu mar fis-sinagoga f’jum is-Sibt. U qam biex jaqra Tnewwillu l-iskroll tal-profeta Isaija. Fetaħ l-iskroll u sab il-post fejn kien hemm miktub: ‘L-Ispirtu tas-Sid fuqi għax unzjonani ħalli nxandar l-evanġelju lill-foqra. Bagħatni nipproklama l-liberazzjoni lill-ikkaptivati, u dawl mill-ġdid lill-għomja, nibgħat illiberati lill-oppressati, nipproklama s-sena favorevoli tas-Sid.’ Imbagħad gerbeb l-iskroll, raddu lill-attendent u ntnasab bilqiegħda. Għajnejn kulħadd fis-sinagoga kienu ssommati fuqu, u beda billi qalilhom, “Illum twettqet din l-Iskrittura li għadkom kemm smajtu’” (Luqa 4:14-21).  Hu sinifikanti ħafna kif hawn jingħad illi Ġesù attenda l-qima fis-sinagoga “skont id-drawwa tiegħu.”  Id-drawwa, imħaddma tajjeb u bil-għaqal, fiha valur imprezzabbli. Issiril...