Skip to main content

Diskors Bid-Dehen

“La taħsibx kif tagħmel il-ħsara lil għajrek huwa u qiegħed jgħammar bla biża’ miegħek. La tiġġieled ma’ ħadd għalxejn, jekk ma għamillek l-ebda deni. Ħu offiż hu aktar iebes biex jintrebaħ minn belt qawwija, u l-ġlied bejn l-aħwa qisu staneg ta’ kastell. Aħjar tgħammar f’rokna ta’ setaħ milli ma’ mara ġellieda f’dar kbira.” (Proverbji 3:29-30; 18:19; 25:24). 

Matul l-Assedju l-Kbir fl-1565, il-qawwiet Ottomani tħabtu u ssieltu biex jirbħu lil pajjiżna taħt idejhom. Għalkemm kienu ferm aktar numerużi minna, it-Torok iġġieldu għalxejn għal erba’ xhur sħaħ. Il-bliet Maltin, fortifikati bis-swar u balwardi godlija, kienu virtwalment inespjunabbli.

Hekk ukoll hu diffiċli tirbaħ lura l-ħbiberija ta’ ħu offiż. Anzi, dal-proverbju jwissina li hu aktar diffiċli tirbaħ lura lil ħuk milli tegħleb belt qawwija. Ma naħsibx li dan inkiteb biex naqtgħu qalbna milli nfittxu rikonċiljazzjoni f’waqtha. Jekk wieħed jistaqsi, x’inhi r-rikonċiljazzjoni? Hi t-tieni ħbiberija. Dan jibqa’ dmir li, għalkemm diffiċli, hu possibbli nwettquh bil-grazzja t’Alla. Dal-qawl ingħatalna aktarx biex jiftħilna moħħna għar-realtà. “Ħu offiż hu aktar iebes biex jintrebaħ minn belt qawwija.” Xi twissija hi din għalina biex ma noffendu lil ħadd!

Ħa jitwarrbu minna kull kburija, għira, ġlied, kliem iebes u tqasqis. Minflokhom, ħa nilbsu l-umiltà fil-qalb, abbinata mal-imħabba, għax l-imħabba tostor qabda dnubiet. Ħa nfittxu dejjem ngħinu lil xulxin, u nitkellmu l-verità fl-imħabba. Fuq kollox, ħalli nitħabtu biex nippriżervaw l-unità tal-Ispirtu fir-rabta tas-sliem. 

Magħquda annuna, inżarmaw il-balwardi; diviżi nitħarbtu, kif jidher mill-ħrafa antika dwar it-tliet barrin. Dawn kienu ħbieb primi, dejjem jirgħu flimkien fl-istess bur. Iljun kienu ilu jgħassilhom, b’għajnejh jixxenqu fit-tama li jaħtafhom bħala priża. Minkejja t-tnassis tiegħu, intebaħ li ftit kellu ċans kontrihom ġaladarba kienu l-ħin kollu qaqoċċa flimkien. 

X’għamel? Ġieh f’rasu jxerred xnigħat malizzjużi kontrihom, taparsi barri minnhom qed jgħir għal sħabu, u l-ieħor qed jissuspetta dwar l-oħrajn. Eventwalment, mimlija suspetti, ma baqgħux jafdaw lil xulxin, u fi żmien xahar evitaw il-kumpanija ta’ xulxin. Malli l-iljun ra illi rnexxielu jisparpaljahom, huma u jirgħu għal rashom, attakka wieħed minnhom u ġabu taħt snienu bla wisq diffikultà. L-għada qatel lill-ieħor, u l-pitgħda t-tielet wieħed.

Talba: “Ja Sid, daqskemm jiddependi minni, agħtini l-abbiltà u l-grazzja sabiex nippromwovi s-sliem u l-għaqda, mhux inkeskes u nifred. Nixtieq nara jiem hienja; għaldaqstant għinni nagħmel sarima ma’ fommi biex kull kelma li nlissen tkun għall-ġid u mhux għad-deni ta’ sħabi, għat-tifħir u mhux għall-malafama tiegħek. F’ġieħ Ibnek. Ammen.”

Comments

calengaccione said…
Slots Near Me - Closest Ones Casino in WA - MapyRO
Compare realtime 목포 출장샵 winning numbers 나주 출장안마 and winning 정읍 출장샵 numbers at popular 여수 출장안마 slots near you from 30+ providers. List of casinos with free 과천 출장샵 slots near you today.

Popular posts from this blog

Id-Drawwa

“Ġesù rritorna fis-setgħa tal-Ispirtu fil-Galilija, u r-rapport dwaru infirex mal-inħawi kollha. Hu għallem fis-sinagogi tagħhom, imfaħħar minn kulħadd. Mar f’Nażaret, fejn trabba, u skont id-drawwa tiegħu mar fis-sinagoga f’jum is-Sibt. U qam biex jaqra Tnewwillu l-iskroll tal-profeta Isaija. Fetaħ l-iskroll u sab il-post fejn kien hemm miktub: ‘L-Ispirtu tas-Sid fuqi għax unzjonani ħalli nxandar l-evanġelju lill-foqra. Bagħatni nipproklama l-liberazzjoni lill-ikkaptivati, u dawl mill-ġdid lill-għomja, nibgħat illiberati lill-oppressati, nipproklama s-sena favorevoli tas-Sid.’ Imbagħad gerbeb l-iskroll, raddu lill-attendent u ntnasab bilqiegħda. Għajnejn kulħadd fis-sinagoga kienu ssommati fuqu, u beda billi qalilhom, “Illum twettqet din l-Iskrittura li għadkom kemm smajtu’” (Luqa 4:14-21).  Hu sinifikanti ħafna kif hawn jingħad illi Ġesù attenda l-qima fis-sinagoga “skont id-drawwa tiegħu.”  Id-drawwa, imħaddma tajjeb u bil-għaqal, fiha valur imprezzabbli. Issirilna t-tien

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis

L-Art Hi Tal-Mulej

“L-art tal-Mulej, u kulma fiha; id-dinja, u dawk li jgħammru fiha. Fuq l-ibħra għamel is-sisien tagħha, u fis-sod waqqafha fuq ix-xmajjar. Min jitla’ fuq l-għolja tal-Mulej? Jew min joqgħod fil-post imqaddes tiegħu? Min għandu jdejh indaf u qalbu safja; min ma jagħtix ruħu għall-frugħa, u lanqas jaħlef bil-qerq. Bniedem bħal dan ikollu l-barka tal-Mulej, u l-ħaqq minn Alla tas-salvazzjoni tiegħu” (Salmi 24:1-5).  Ir-rivelazzjoni speċjali tikkonvinċini dwar is-saltna universali, u s-saltna ta’ ġustizzja, sliem u ferħ fl-Ispirtu. Ladarba Alla Trinità ħalaq kollox skont ir-rieda tiegħu, mela d-dinja, dak kollu viżibbli u inviżibbli, huwa tiegħu! La oriġinatur, pussessur! Dal-pilastru tal-verità jeħtieġ jibqa’ bla mittiefes, altrimenti r-reliġjon tagħna tisfa materjalista. Il-Mulej huwa Kreatur, mhux għas-sebħ u l-unur ta’ xi razza partikolari, jew imqar għall-bnedmin, imma għalih innifsu, u sekondarjament għall-ġid u l-barka tagħna. Distinzjonijiet u privileġġi pekuljari, nazzj