Skip to main content

Biża'

“Ħa tissokta l-imħabba fraterna. Tinsewx l-ospitalità, għax b’din xi wħud, bla ma ndunaw, ospitaw l-anġli. Ftakru fil-priġunieri, bħallikieku kkalzrati magħhom, u fl-immaltrattati, ladarba intom infuskom ukoll tinsabu fil-ġisem. Iż-żwieġ għandu jkun onorat minn kulħadd, u s-sodda matrimonjali mhix ikkontaminata, għax Alla għad jiġġudika l-fornikaturi u l-adulteri. Ħa tkun il-manjiera ta’ ħajjitkom mingħajr imħabba għall-flus, u kunu kuntenti bil-ħwejjeġ li għandkom, għax Alla nnifsu qal, ‘Żgurament mhu se nħallik, lanqas qatt mhu se nabbandunak’ - biex hekk aħna nistgħu ngħidu kunfidentament, ‘Is-Sid sokkoratur tiegħi; mhux se nibża’. X’jista’ jagħmilli l- bniedem?’” (Ebrej 13:1-6).

Peress li Alla qatt mhu se jitlaqna jew iħallina, nistgħu nkunu kuntenti b’dawk il-ħwejjeġ li għandna. Ladarba l-Mulej hu tagħna, ma nistgħux nitħallew mingħajr ħabib, teżor u dar. Din l-assigurazzjoni taqtagħlna kull rabta mal-bnedmin: ma niddependu fuq ħadd ħliefu. Alla hu l-padrun tagħna; m’għandniex għalfejn immilu quddiem il-bniedem. Il-messaġġ tagħna nistgħu ngħadduh bil-qlubija, u nisfidaw il-kontradizzjoni.

Min jibża’ minn Alla m’għandu ebda biża’ ieħor. Tant imissna ninżlu b’reverenza quddiem Sid il-ħolqien illi t-theddid tal-persekutur l-iżjed ħani u kburi ma jkollu ebda effett fuqna, bħalma t-tisfira tar-riħ ma tiskormentaniex. Il-bniedem illum ma jistax jagħmel wisq kontrina bħalma seta’ jagħmel fi żmien l-appostli. Strumenti ta’ tortura m’għadhomx moda. Il-papiet tneżżgħu mis-setgħa li jaħarqu l-pellegrini. Jekk is-segwaċi tal-għalliema foloz jipprovaw jużaw żebliħ u tmaqdir kiefer kontrina, ma nistagħġbux, għax in-nies ta’ did-dinja ma jistgħux iħobbu n-nisel tas-sema. X’se nagħmlu mela? Ikollna nissaportu t-tgħajjir u l-kritika. B’daqshekk mhux se jkissrulna għadamna. 

Talba: “Għinna int, Mulej, Alla tagħna. Lejk nerfgħu ħarsitna u fik immantnu tamitna. F’ismek agħtina li nuru qlubija u konfidenza. L-għadu hu wegħri, iżda int infinitament isħaħ minn kull oppożizzjoni. Meta l-infidili jinkorlaw u jobżqu r-ragħwa kontrina, żommna fis-sod, bla ma nitriegħu u bla ma nibżgħu.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Alla u l-Atomu huma Inviżibbli

“Għax ir-rabja t’Alla qed tkun irrivelata mis-sema kontra kull empjetà u inġustizzja tal-bnedmin li jissopprimu l-verità fl-inġustizzja, għaliex dak li jista’ jkun magħruf dwar Alla hu evidenti għalihom, għax Alla lilhom immanifestah. Għax l-attributi inviżibbli tiegħu – kemm is-setgħa dejjiema kif ukoll in-natura divina tiegħu – jidhru distintivament mill-ħolqien tad-dinja, mifhuma mill-ħwejjeġ magħmula, tant li huma bla skuża” (Rumani 1:18-20). Alla mhu mkien, jew kullimkien? L-ateiżmu u l-Kristjaneżmu huma ż-żewġ pożizzjoni li ma jippretendu ebda inkonsistenza. Kwalunkwe filosofija bejniethom – deiżmu, anjostiċiżmu, edoniżmu, panteiżmu, u l-bqija – huma kollha kompromettenti. Jekk is-soċjetà tipprova tinbena fuq l-edoniżmu, pereżempju, ir-riżultat mhux diffiċli tindovinah bil-quddiem. Jirriżulta biss kaos u diżgwid.  Jekk Bin Marija mhuwiex ukoll Bin Alla, m’għandna ebda kawża soda kontra l-ateiżmu. Avolja xi atej huma biss atej fil-bnazzi, xorta rridu nkunu lesti nwa...

Is-Sunnara Mistura

“Tkunux idolatri, bħal xi wħud minnhom; bħalma hu miktub: ‘In-nies poġġew jieklu u jixorbu, u qamu jilagħbu.’ M’għandniex niffornikaw, bħalma xi wħud minnhom iffornikaw, u mietu tlieta u għoxrin elf f’jum wieħed. M’għandniex inġarrbu lis-Sid, bħalma xi wħud minnhom ġarrbuh, u kienu meqrudin mis-serpenti; lanqas tgemgmu, kif xi wħud minnhom gemgmu, u kienu meqrudin mill-anġlu qerried. Issa dawn il-ħwejjeġ ġraw lil dawk in-nies bħala eżempji, u nkitbu bħala ammoniment għalina, li fuqna wasal it-twettiq taż-żminijiet. Għalhekk min jidhirlu li jinsab wieqaf fis-sod għandu joqgħod attent li ma jaqax! Ebda tiġrib ma qabadkom ħlief dak li hu komuni għall-umanità. Però Alla hu fidil, u mhux se jħallikom tkunu mġarrbin lil hinn milli kapaċi tifilħu, iżda mat-tiġrib jipprovdi l-ħruġ ukoll, ħalli tkunu tistgħu tissaportuh” (1 Korintin 10:6-13). It-tiġrib jippreżenta ruħu attraenti; iwiegħed il-kuntentizza, almenu kuntentizza temporanja. Imma qatt ma jiġi b’idejh vojta – joffrili s-sodisfa...