Skip to main content

Avvanz fit-Triq Korretta

“Imma għalija ma jkun qatt li niftaħar ħlief bis-salib ta’ Sidna Ġesù Kristu, li permezz tiegħu d-dinja hi misluba għalija, u jien għad-dinja. Għax la ċ-ċirkonċiżjoni mhi xi ħaġa u lanqas l-inċirkonċiżjoni, iżda li jgħodd huwa ħolqien ġdid. Dawk kollha li jimxu ma’ dir-regola, is-sliem u l-ħniena fuqhom, iva, fuq l-Iżrael t’Alla” (Galatin 6:14-16).

Personalità integrata u bilanċjata hi ħaġa desiderabbli. Ħadd ma jista’ jikkritika kwalunkwe tentattiv biex ngħollu l-livell tal-għixien fis-soċjetà u ngħallmu lin-nies ikunu pjaċevoli u edukati. Kull mezz mediku, ekonomiku u politiku għandu jintuża biex nipproduċu dinja aħjar bl-ikbar ammont ta’ nies ċivili, ħielsa mill-faqar, l-isfruttament u l-inġustizzja. Il-gvernijiet messhom jimmiraw biex il-gid komuni tad-dinja jitqassam b’tali mod biex ebda individwu ma jsofri l-karestija u l-ġuħ. 

Ħa ngħidu għas-saħħa tal-argument li wettaqna dan kollu. Ma jfissirx illi wasalna. Salvajniehom materjalment; spiritwalment għadhom fl-agħar predikament possibbli. Jekk pajjiżna jimtela b’ċittadini galbati, kuntenti bil-pulitizza u l-edukazzjoni tagħhom infushom, bla ma jixxenqu għal iktar, bla ma jfittxu lil Alla l-ħaj, xorta waħda jkunu għadhom fi bżonn urġenti ta’ salvazzjoni. Abbli nies bħal dawn, ċivilizzati, ikunu wisq iżjed diffiċli biex jitnissel fihom sens ta’ ħtija u kundanna quddiem it-tron divin. 

Il-miljorament materjali mhuwiex fidwa. Il-fidwa wkoll timmiljora lill-bniedem, issa stess, u ttejbu wisq wisq iżjed milli qatt seta’ jimmaġina. Bid-don tas-salvazzjoni, Alla jaqleb kreaturi tiegħu f’uliedu. Mhux sempliċement jillapazza: qed jipproduċi speċi ġdida ta’ bnedmin. Mhux bħal meta tgħallem żiemel biex jaqbeż ix-xatba aħjar, iżda bħal meta tittrasforma żiemel fi ħlejqa mġewnħa. Naturalment, appik jitfaċċawlu l-ġwienaħ, jarma jogħla fuq ix-xtabi u anke bini. Imma jista’ jkun hemm perjodu meta l-ġwienaħ ikunu għadhom qed jispontaw. F’dak l-istadju ma jkunx kapaċi jtir. Jekk teżaminah dak il-ħin, bit-tumbati, jew ħotbiet, fuq spallejh, ħadd ma jkun jista’ jindovina illi għad ikunu ġwienaħ. Għall-kuntrarju, jidher pjuttost stramb fil-għajn. 

Talba: “Missier, ma jixraqilniex illi nissetiljaw għal xi ħaġa inqas milli ddeterminajt int għalina. Tkun traġedja għalina nassumu illi jekk nedukaw ruħna allura wasalna. Int trid li t-tagħrif nutilizzawh għall-avvanz spiritwali tagħna, u kull ħaġa oħra għall-glorja tiegħek. Fakkarna fl-ideal tiegħek, biex ma naqgħux lura. F'ġieħ Ibnek Ġesù, ammen.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Lejk Nerfa' Ħarsti

“Nerfa’ għajnejja lejn l-għoljiet, minn fejn tiġi l-għajnuna tiegħi. Mill-Mulej tiġi l-għajnuna tiegħi, hu li għamel is-sema u l-art. Hu ma jħallix lil riġlek jogħtor; dak li jħarsek ma jongħosx. Ara, dak li jħares lil Iżrael la jongħos u lanqas jorqod. Il-Mulej il-protettur tiegħek; il-Mulej hu dellek fuq lemintek. Ix-xemx ma tolqtokx binhar, lanqas il-qamar billejl. Il-Mulej iħarsek minn kull deni; hu iħarislek ruħek. Il-Mulej iħares il-ħruġ u d-dħul tiegħek, minn issa u għal dejjem ta’ dejjem” (Salmi 121:1-8). Huwa għaqal, anzi, dehen minn fuq, li nkunu kapaċi nagħtu direzzjoni korretta għall-mistennija u t-talb tagħna. Il-viżjoni tas-salmista hi ffokata strettament fuq id-destinazzjoni finali tiegħu, Ġerusalemm, u Sijon, l-għolja t’Alla. Mhux faċli twaħħal ħarstek fid-direzzjoni profitabbli, meta bosta attrazzjonijiet oħra jlellxu madwarna. Fi żmien il-prova, aħna ninstabu inklinati żżejjed biex niksbu għajnuna minn ħwejjeġ instabbli, biex insibuhom biss bħal qasba mġelġla l...

O Alla, Inqimek u Nadurak

“Għaldaqstant, neħħu kull ħmieġ morali u ħażen tant prevalenti, u bil-manswetudini ilqgħu l-kelma mħawla fikom, li kapaċi ssalva erwieħkom. Imma siru għammiela tal-kelma, u mhux sempliċement semmiegħa, altrimenti tilludu lilkom infuskom. Għax jekk xi ħadd hu semmiegħ tal-kelma u mhux għammiel, dan donnu raġel li jikkonsidra l-wiċċ naturali tiegħu f’mera: appena ħares lejh innifsu, telaq, u malajr nesa liema speċi ta’ persuna kien. Imma min jittawwal b’attenzjoni fil-liġi perfetta, il-liġi tal-libertà, u jkompli fiha, mhux isir semmiegħ li jinsa iżda jpoġġiha fil-prattika, dan se jkun imbierek f’għemilu” (Ġakbu 1:21-25). Prijorità numru wieħed: nitgħallem insir qejjiem. “Adoro Te.” Hi ċentrali, u kollox suppost jirrivolvi magħha, bħalma l-pjaneti jduru max-xemx. Attwalment mhuwiex hekk. Għad hemm x’wieħed jaqdef. Sakemm nibqgħu naduraw xogħolna b’tant impenn, u naħdmu b’tant serjetà fil-logħob tagħna, il-probabbiltà tkun li nibqgħu nilagħbu fil-qima tagħna. Frattant Alla Tr...