Skip to main content

Iżjed, Iżjed, Iżjed!

“La tirgħibx għal dar għajrek; la tirgħibx għal marti għajrek, u la għall-qaddej tiegħu, u la l-qaddejja tiegħu, la għall-gendus tiegħu u la l-ħmar tiegħu, u lanqas xejn milli hu ta’ għajrek” (Esodu 20:17). 

Il-ġelożija hi rgħiba passiva; u r-rgħiba attiva hi l-forza li ssuq l-industrija ’l quddiem. Mingħajrha ma jiġi reġistrat ebda progress; u xi kwalità ta’ progress hu dan? Ir-rgħiba toktor aktar ma joktor il-munzell tad-deheb. Ara taqbilx: il-povertà trid xi ħwejjeġ, il-lussu ħafna, imma r-rgħiba tiddomanda kollox. 

Il-katastrofi morali tagħna ma nosservawhx f’li għandna imma f’xi rridu, għax meta rridu u nirgħibu, il-gost jitgħarraq, bħal meta tħalli kejk barra fix-xita. M’għandniex għalfejn nipprovawha, imma probabbilment veru, li r-rgħiba u d-disperazzjoni ma jafu bl-ebda fruntiera. Dawn jikbru minn fuq xiex jieklu. L-ossessjoni biex nimmultiplikaw l-għana tagħna hi sors maġġuri tal-miżerja tagħna; f’dil-ferneżija, nabbandunaw pjaċir wieħed meta nafu li se niksbu wieħed akbar. 

Ġirja sfrenata, maqbudin fil-kurrent; irridu nlebbtu bla m’għandna destinazzjoni ċara quddiemna. Fid-deffa tal-insanità, lanqas biss nintebħu bil-passjonijiet jiggwerraw fina nfusna. Inlebilbu bla ma nottienu, allura nobogħdu lil dak u l-ieħor, li apparentament ottenew qabilna u iżjed minna. Fir-realtà, sikwit l-ambizzjoni hi biss rgħiba mistura. Nirgħibu u ma jirnexxilniex, għaldaqstant nillatikaw u nikkwistonjaw. Anke meta nitolbu, nitolbu żmerċ, biex nonfqu fuq il-pjaċiri tagħna (ara Ġakbu 4:1-3).

Talba: “Missier, għerfek hu definittivament l-aħjar. Aħfrilna talli sikwit naġixxu fuq il-premessa illi l-intelliġenza u l-għerf tagħna huma aħjar. Ikkonvinċina illi inqas ma nippretendu, aktar hemm ċans li niltaqgħu mal-kuntentizza, u wisq aktar minn hekk, inkunu qed nonoraw is-sovranità tiegħek fuqna. F’isem Kristu Ibnek, ammen.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Il-Mogħdrija

“Imma issa intom imisskom tneħħu dawn il-ħwejjeġ kollha: ir-rabja, l-għadab, il-malizzja, l-ikkalunnjar u diskors oxxen minn ħalqkom. Tigdbux lil xulxin, ladarba nżajtu l-bniedem il-qadim bil-prattiċi ħżiena tiegħu, u lbistu l-ġdid, li qed jiġġedded fit-tagħrif veru skont l-immaġni ta’ min ħalqu - tiġdid fejn m’hemmx distinzjoni bejn Grieg u Lhudi, ċirkonċiżjoni u inċirkonċiżjoni, barbaru, Skita, ilsir jew liberu, iżda Kristu hu kollox u f’kulħadd. Mela, bħala l-magħżulin t’Alla, qaddisin u maħbubin, ilbsu sentimenti ta’ mogħdrija, benevolenza, umiltà, manswetudini u paċenzja” (Kolossin 3:8-12).  Il-beninnità hi l-ispirtu ta’ trattament favorevoli, jew il-prattika kostanti u abitwali ta’ azzjonijiet amikevoli u benevolenti. Hemm żewġ prinċipji ewlenin fil-kostituzzjoni umana, li jwettqu serriegħa bla waqfien għall-predominanza: l-egoiżmu u l-benevolenza, jew il-beninnità. L-egoiżmu jikkonċentra s-sentimenti, ix-xewqat u l-azzjonijiet kollha fuq il-promozzjoni tal-benesseri i...

Is-Sunnara Mistura

“Tkunux idolatri, bħal xi wħud minnhom; bħalma hu miktub: ‘In-nies poġġew jieklu u jixorbu, u qamu jilagħbu.’ M’għandniex niffornikaw, bħalma xi wħud minnhom iffornikaw, u mietu tlieta u għoxrin elf f’jum wieħed. M’għandniex inġarrbu lis-Sid, bħalma xi wħud minnhom ġarrbuh, u kienu meqrudin mis-serpenti; lanqas tgemgmu, kif xi wħud minnhom gemgmu, u kienu meqrudin mill-anġlu qerried. Issa dawn il-ħwejjeġ ġraw lil dawk in-nies bħala eżempji, u nkitbu bħala ammoniment għalina, li fuqna wasal it-twettiq taż-żminijiet. Għalhekk min jidhirlu li jinsab wieqaf fis-sod għandu joqgħod attent li ma jaqax! Ebda tiġrib ma qabadkom ħlief dak li hu komuni għall-umanità. Però Alla hu fidil, u mhux se jħallikom tkunu mġarrbin lil hinn milli kapaċi tifilħu, iżda mat-tiġrib jipprovdi l-ħruġ ukoll, ħalli tkunu tistgħu tissaportuh” (1 Korintin 10:6-13). It-tiġrib jippreżenta ruħu attraenti; iwiegħed il-kuntentizza, almenu kuntentizza temporanja. Imma qatt ma jiġi b’idejh vojta – joffrili s-sodisfa...