Skip to main content

L-Għaqli u l-Iblah

“Wieħed għaref jisma’ twiddib missieru, iżda l-kiesaħ ma jismax iċ-ċanfir. Ċanfira tagħmel aktar impressjoni fuq l-għaqli minn mitt daqqa fuq l-iblah. Min jgħid lill-ħażin, ‘Inti ġust,’ il-poplu jisħtu, u l-ġnus jistkerrħuh. Imma dawk li jċanfru lill-ħażin jaħbtilhom tajjeb, u fuqhom tinżel barka u ġid. Canfira fid-deher aħjar minn imħabba mistura. Fidili l-ġrieħi ta’ ħabib, iżda qarrieq il-bews ta’ għadu. Min iwiddeb lil xi ħadd, wara jkunu jafuhulu aktar minn dak li jmelles b’ilsienu” (Proverbji 13:1; 17:10; 24:24-25; 27:5-6; 28:23).

Spiss fil-Ktieb tal-Proverbji nisimgħu dwar l-għaqli u l-iblah. Hawnhekk issirilna l-osservazzjoni li l-għaqli hu l-bniedem li jaċċetta ċanfira, filwaqt li l-iblah ma jismax meta jiġi mwiddeb.

L-għaqli hu l-individwu li meta żbalja, u xi ħadd jurih fejn u kif għotor, jammetti d-debolizza u jfittex jirranġa kollox bla dewmien, bla inkejja jew skużi. Ma joqgħodx jara kif se jiġġustifika lilu nnifsu; u lanqas jipprova jwaddab it-tort fuq ħaddieħor. Ma jeħodhiex kontra min ċanfru, anke jekk dan, għas-saħħa tal-argument, ma ċanfrux bl-imħabba iżda aktarx b’ċerta herra jew ksuħat. L-għaref hu responsabbli biżżejjed biex jammetti l-iżball; jara kif isewwi s-sitwazzjoni biex kollox jerġa’ għan-normal. Lil min liemu, flok jistmerru, jirrispettah.

L-iblah maqtugħ tifsila oħra. Mhux talli ċanfira ma tħalli ebda effett fuqu, iżda lanqas mitt daqqa fuq dahru mhuma biżżejjed. L-iblah apparentement ma jitgħallem qatt – injorant mogħmi fl-injoranza u l-bluha tiegħu. 

Kif tikkonsidra lilek innifsek: għaref jew iblah? X’effett għandha fuqek ċanfira ta’ ħabib, jew tal-ġenituri tiegħek, jew tal-Kelma ta’ Alla pritkata, jew tal-kuxjenza tiegħek innifsek?

Talba: “Mulej, int għandek ħabta tinkuraġġina u anke twiddibna permezz ta’ nies oħra qrib tagħna, li jirrelataw u jagħmluha magħna. Rawwem fija dehen mis-sema biex nagħraf illi meta nkun ikkoreġut imissni nagħti widen u nirriforma ruħi. Aħfirli kemm-il darba webbist qalbi kontra ċ-ċanfira tiegħek. Inkwantu l-futur, ja Sid, nixtieq ninbidel; ibdilni fix-xbieha tiegħek.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Il-Mogħdrija

“Imma issa intom imisskom tneħħu dawn il-ħwejjeġ kollha: ir-rabja, l-għadab, il-malizzja, l-ikkalunnjar u diskors oxxen minn ħalqkom. Tigdbux lil xulxin, ladarba nżajtu l-bniedem il-qadim bil-prattiċi ħżiena tiegħu, u lbistu l-ġdid, li qed jiġġedded fit-tagħrif veru skont l-immaġni ta’ min ħalqu - tiġdid fejn m’hemmx distinzjoni bejn Grieg u Lhudi, ċirkonċiżjoni u inċirkonċiżjoni, barbaru, Skita, ilsir jew liberu, iżda Kristu hu kollox u f’kulħadd. Mela, bħala l-magħżulin t’Alla, qaddisin u maħbubin, ilbsu sentimenti ta’ mogħdrija, benevolenza, umiltà, manswetudini u paċenzja” (Kolossin 3:8-12).  Il-beninnità hi l-ispirtu ta’ trattament favorevoli, jew il-prattika kostanti u abitwali ta’ azzjonijiet amikevoli u benevolenti. Hemm żewġ prinċipji ewlenin fil-kostituzzjoni umana, li jwettqu serriegħa bla waqfien għall-predominanza: l-egoiżmu u l-benevolenza, jew il-beninnità. L-egoiżmu jikkonċentra s-sentimenti, ix-xewqat u l-azzjonijiet kollha fuq il-promozzjoni tal-benesseri i...

Diskors Bid-Dehen

“La taħsibx kif tagħmel il-ħsara lil għajrek huwa u qiegħed jgħammar bla biża’ miegħek. La tiġġieled ma’ ħadd għalxejn, jekk ma għamillek l-ebda deni. Ħu offiż hu aktar iebes biex jintrebaħ minn belt qawwija, u l-ġlied bejn l-aħwa qisu staneg ta’ kastell. Aħjar tgħammar f’rokna ta’ setaħ milli ma’ mara ġellieda f’dar kbira.” (Proverbji 3:29-30; 18:19; 25:24).  Matul l-Assedju l-Kbir fl-1565, il-qawwiet Ottomani tħabtu u ssieltu biex jirbħu lil pajjiżna taħt idejhom. Għalkemm kienu ferm aktar numerużi minna, it-Torok iġġieldu għalxejn għal erba’ xhur sħaħ. Il-bliet Maltin, fortifikati bis-swar u balwardi godlija, kienu virtwalment inespjunabbli. Hekk ukoll hu diffiċli tirbaħ lura l-ħbiberija ta’ ħu offiż. Anzi, dal-proverbju jwissina li hu aktar diffiċli tirbaħ lura lil ħuk milli tegħleb belt qawwija. Ma naħsibx li dan inkiteb biex naqtgħu qalbna milli nfittxu rikonċiljazzjoni f’waqtha. Jekk wieħed jistaqsi, x’inhi r-rikonċiljazzjoni? Hi t-tieni ħbiberija. Dan jibqa’ dmir...