Skip to main content

Tkellem Biex Tiftiehem

“Ħa ma tipproċiedi l-ebda kelma mħassra minn fommkom, iżda biss kwalunkwe kelma tajba għall-edifikazzjoni ta’ ħaddieħor, skont kif tirrekjiedi l-okkażżjoni, sabiex tagħti grazzja ’l dawk li jisimgħuha. U tnikktux lill-Ispirtu s-Santu t’Alla, li bih kontu ssiġillati għal jum il-fidwa. Ħa jitwarrab minnkom kull imrar, għadab u rabja, għajjat klamoruż u diffamazzjoni, ma’ kull forma ta’ malizzja. Kunu benevolenti ma’ xulxin, kumpassjonali, u aħfru ’l xulxin, bħalma Alla ħafer lilkom fi Kristu” (Efesin 4:29-32).

Biex timxi, taħdem u tgħix ma’ ħaddieħor taħt l-istess saqaf, sistema effettiva ta’ komunikazzjoni hija prijorità. Importanti dejjem tinżamm fi stat funzjonabbli u effettiv, bla ma ssofri ħsara. Żewġ persuni ma jistgħux jimxu flimkien jekk ma jaqblux bejniethom.

Armonija kontinwa, progressiva u sodisfaċenti hija impossibbli mingħajr taħdit mibni fuq prinċipji bibliċi. Il-komunikazzjoni hi s-sengħa bażika meħtieġa biex nistabbilixxu u mmantnu relazzjonijiet sensibbli u sodi. Ma teżistix familja b’saħħitha b’komunikazzjoni batuta: hi l-qalb taż-żwieġ. Imqar koppji mhux Kristjani, li għandhom is-sens komun li jkunu relattivament trasparenti ma’ xulxin, igawdu żwieġ relattivament b’saħħtu. Almenu jiffunzjona.

Wara kull falliment matrimonjali ssib li jkun hemm tkissira serja fil-komunikazzjoni ġenwina. Hemm l-onestà u hemm l-isforzi, imma mhumiex jiftiehmu bejniethom. 

Darba, hu u għaddej minn lokalità residenzjali, wieħed frustier jinnota raġel ieħor jissara b’magna tal-ħasil fl-entratura tad-dar tiegħu. Il-barrani vvoluntiera biex jgħin, u l-ieħor feraħ bih. Iż-żewġt irġiel ħadmu flimkien u ħadu battikata. Wara xi minuti sforz bla ma avvanzaw imqar pulzier, waqfu t-tnejn u ċċassaw lejn xulxin, frustrati. Kienu totalment eżawriti. 

Finalment, meta ħadu n-nifs, il-barrani qal lil sid id-dar: “Tinkwetax! Bis-sewwa jew bid-dnewwa ndaħħluha, tafx!” 

“Xiex?” wieġbu l-ieħor mikdud. “Jien noħroġha rrid, mhux indaħħalha!”

Talba: “Nitolbuk, Missier, biex issaħħaħna fit-taħdit u d-diskors ta’ bejnietna. Insibuha diffiċli nesprimu lilna nfusna adegwatament; ġieli jitlagħlna u kultant naqgħu fil-muta. Faċli mmorru minn estrem għall-ieħor. Mexxina f’bilanċ sabiħ, fejn insiru kapaċi ninformaw, ngħallmu, inwissu, ninkuraġġixxu u nispiraw lil xulxin b’diskorsna, hekk illi nedifikaw lil xulxin u fl-istess ħin nagħtuk il-glorja. F’isem Ġesù, il-Kelma li bih għarraftna lilek innifsek, nitolbuk dan. Ammen.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Alla u l-Atomu huma Inviżibbli

“Għax ir-rabja t’Alla qed tkun irrivelata mis-sema kontra kull empjetà u inġustizzja tal-bnedmin li jissopprimu l-verità fl-inġustizzja, għaliex dak li jista’ jkun magħruf dwar Alla hu evidenti għalihom, għax Alla lilhom immanifestah. Għax l-attributi inviżibbli tiegħu – kemm is-setgħa dejjiema kif ukoll in-natura divina tiegħu – jidhru distintivament mill-ħolqien tad-dinja, mifhuma mill-ħwejjeġ magħmula, tant li huma bla skuża” (Rumani 1:18-20). Alla mhu mkien, jew kullimkien? L-ateiżmu u l-Kristjaneżmu huma ż-żewġ pożizzjoni li ma jippretendu ebda inkonsistenza. Kwalunkwe filosofija bejniethom – deiżmu, anjostiċiżmu, edoniżmu, panteiżmu, u l-bqija – huma kollha kompromettenti. Jekk is-soċjetà tipprova tinbena fuq l-edoniżmu, pereżempju, ir-riżultat mhux diffiċli tindovinah bil-quddiem. Jirriżulta biss kaos u diżgwid.  Jekk Bin Marija mhuwiex ukoll Bin Alla, m’għandna ebda kawża soda kontra l-ateiżmu. Avolja xi atej huma biss atej fil-bnazzi, xorta rridu nkunu lesti nwa...

Is-Solitudni

“Kollox għandu żmienu, u kull ħaġa għandha waqtha taħt is-sema: waqt biex titwieled u waqt biex tmut; waqt li tħawwel u waqt li taqla’ l-imħawwel; waqt li toqtol u waqt li tfejjaq; waqt li tibki u waqt li tidħaq; waqt li tagħmel il-vistu u waqt li tiżfen; waqt li tarmi l-ġebel u waqt li tgeddes il-ġebel; waqt li titgħannaq u waqt li titbiegħed mit-tgħanniq; waqt li tfittex u waqt li titlef; waqt li terfa’ u waqt li tarmi; waqt li tqatta’ u waqt li tħit; waqt li tiskot u waqt li titkellem; waqt li tħobb u waqt li tobgħod; waqt ta’ gwerra u waqt ta’ sliem” (Ekkleżjażti 3:1-8). Is-solitudni, bħal-lupi bir-ragħwa f’ħalqu, tissajja fid-dellijiet tal-avversità, lesta biex taqbeż fuqi. Jgħidu fjakkola mkebbsa tgerrex lil-lupu u ma jersaqx lejk. Jheddek, imma jibqa’ distakkat. Il-fjakkola hi biss il-komunjoni li nista’ mmantni kostantement, bla interruzzjoni, mal-Missier. Imma rrid inżommha f’idi, mhux nitlaqa’ quddiem l-għarix. U nieħu ħsiebha, mhux nittraskuraha.  Inġerragħ is...