Skip to main content

Ruħ Mifnija

“F’dan niftakar jien, waqt li ruħi tinħall ġewwa fija, kif jien kont immur fil-ġemgħa, u neħodha f’dar Alla, fost l-għajjat ta’ ferħ u radd il-ħajr ta’ ġemgħa ferħana. Għaliex int mifnija, ruħ tiegħi? Għaliex int hekk imħawda ġewwa fija? Ittama f’Alla, għax jien nibqa’ nfaħħru; hu s-salvazzjoni tiegħi, u Alla tiegħi. Ruħi mifnija ġewwa fija; għalhekk fik niftakar, o Alla tiegħi, mill-art tal-Ġordan, mill-muntanji tal-Ħermon, u mill-muntanja ta’ Misgħar” (Salmi 42:4-6).

F’perjodu ta’ dieqa, il-ħsieb dwar ħabib għażiż, li kkonfortana fl-imgħoddi, għandu ħabta jissollevana. Jekk inkunu assigurati minn imħabbtu, ma niddubitawx kemm hu lest biex jassistina. X’barka inesprimibbli meta ngħixu f’familjarità qaddisa m’Alla tal-imħabba! David iferra’ liberament l-ilmenti tiegħu u jaqsam m’Alla l-għali tiegħu. Għalkemm ruħu kienet milwija fih, u d-dawl ħelu tal-ferħ kien mistur bi sħab fosk ta’ dieqa, frattant l-għajn penetranti tal-fidi tħares lil hinn minnu. Minkejja ċ-ċirkostanzi u s-sentimenti tiegħu, għandu komunikazzjoni diretta m’Alla. 

“O Alla tiegħi!” jgħidlu. Għalkemm dipressat, assedjat b’oskurità, xorta waħda jittama u jinkuraġġixxi ruħu. Nistgħu nħossuna qed negħrqu, frattant Ġesù hu fuq il-leminija tal-Maestà għan-nom tagħna. Tissograx tinsa dan! L-għadu tagħna m’għandux għalfejn jifraħ, għax xorta waħda niftakru f’Alla; ħsibijietna huma diretti lejh. 

Bħalissa jista’ jkun mudlam, iżda niftakar żminijiet mgħoddija ta’ dawl u mħabba. Jekk rasi tmil, Alla kapaċi jerfagħhieli. Id-dawl ta’ wiċċu rikonċiljat, f’Ġesù, diġà idda fuqi. Is-sħab jista’ jinterċetta l-veduta ferrieħa ta’ dan kollu, iżda Alla xorta waħda jarani, u jaf bija, u mhux se jirtira mħabbtu minni. Il-każ tiegħi jinsab quddiemu. Żminijiet ta’ freskezza jiġu mill-preżenza tiegħu. Hekk tirraġuna l-fidi. 

Jekk bħalissa għaddej mid-dlam, immedita fuq l-għanijiet tajba tiegħu, il-wegħdi rikki u l-grazzja ħielsa fi Kristu. Żomm sħiħ mal-kelma veraċi tiegħu. Inkunu qed nagħmlu l-aħjar użu mill-memorja meta niftakru t-trattamenti passati t’Alla magħna. Hu fidil, u mhux se jwarrabna għal dejjem.

Talba: “Faċilment ninsew, Mulej, Alla tagħna, illi int tmantni kontroll assolut fuq kull avveniment, fuq kull ħlejqa, fuq l-anġli u l-bnedmin. Ħa nifhmu illi l-glorja tiegħek hi mifruxa mas-smewwiet u l-art, u kollox hu tqil bis-sens tal-grandizza u l-maestà tiegħek. Għaldaqstant żommilna l-fiduċja tagħna fik, bla ma nivvaċċillaw, jiġri x’jiġri, għax int tafna b’isimna. Ammen.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Lejk Nerfa' Ħarsti

“Nerfa’ għajnejja lejn l-għoljiet, minn fejn tiġi l-għajnuna tiegħi. Mill-Mulej tiġi l-għajnuna tiegħi, hu li għamel is-sema u l-art. Hu ma jħallix lil riġlek jogħtor; dak li jħarsek ma jongħosx. Ara, dak li jħares lil Iżrael la jongħos u lanqas jorqod. Il-Mulej il-protettur tiegħek; il-Mulej hu dellek fuq lemintek. Ix-xemx ma tolqtokx binhar, lanqas il-qamar billejl. Il-Mulej iħarsek minn kull deni; hu iħarislek ruħek. Il-Mulej iħares il-ħruġ u d-dħul tiegħek, minn issa u għal dejjem ta’ dejjem” (Salmi 121:1-8). Huwa għaqal, anzi, dehen minn fuq, li nkunu kapaċi nagħtu direzzjoni korretta għall-mistennija u t-talb tagħna. Il-viżjoni tas-salmista hi ffokata strettament fuq id-destinazzjoni finali tiegħu, Ġerusalemm, u Sijon, l-għolja t’Alla. Mhux faċli twaħħal ħarstek fid-direzzjoni profitabbli, meta bosta attrazzjonijiet oħra jlellxu madwarna. Fi żmien il-prova, aħna ninstabu inklinati żżejjed biex niksbu għajnuna minn ħwejjeġ instabbli, biex insibuhom biss bħal qasba mġelġla l...

Alla u l-Atomu huma Inviżibbli

“Għax ir-rabja t’Alla qed tkun irrivelata mis-sema kontra kull empjetà u inġustizzja tal-bnedmin li jissopprimu l-verità fl-inġustizzja, għaliex dak li jista’ jkun magħruf dwar Alla hu evidenti għalihom, għax Alla lilhom immanifestah. Għax l-attributi inviżibbli tiegħu – kemm is-setgħa dejjiema kif ukoll in-natura divina tiegħu – jidhru distintivament mill-ħolqien tad-dinja, mifhuma mill-ħwejjeġ magħmula, tant li huma bla skuża” (Rumani 1:18-20). Alla mhu mkien, jew kullimkien? L-ateiżmu u l-Kristjaneżmu huma ż-żewġ pożizzjoni li ma jippretendu ebda inkonsistenza. Kwalunkwe filosofija bejniethom – deiżmu, anjostiċiżmu, edoniżmu, panteiżmu, u l-bqija – huma kollha kompromettenti. Jekk is-soċjetà tipprova tinbena fuq l-edoniżmu, pereżempju, ir-riżultat mhux diffiċli tindovinah bil-quddiem. Jirriżulta biss kaos u diżgwid.  Jekk Bin Marija mhuwiex ukoll Bin Alla, m’għandna ebda kawża soda kontra l-ateiżmu. Avolja xi atej huma biss atej fil-bnazzi, xorta rridu nkunu lesti nwa...