Skip to main content

Kollox Skont il-Pjan

“U nafu illi Alla jaħdem kollox flimkien għall-ġid ta’ dawk li jħobbu ’l Alla, għal dawk li huma msejħin skont l-għan tiegħu. Għax lil min kien jafhom minn qabel, Alla wkoll ippredestinahom biex ikunu kkonformati mal-immaġni t’Ibnu, ħalli jkun hu l-primoġenitu fost ħafna aħwa. U ’l min ippredestinahom, lil dawn ukoll sejjaħ; ’l min sejjaħ, lil dawn ukoll iġġustifika; ’l min iġġustifika, lil dawn ukoll igglorifika” (Rumani 8:28-30).

Alla jippermetti l-ħażin jikber mat-tajjeb. Isawwab il-grazzja komuni tiegħu fuq kulħadd, xi ftit jew wisq, xi darba jew oħra, bħalma jtella’ x-xemx tiegħu u jibgħat ix-xita fuq il-ġust u l-inġust indiskriminatament. Alla ma jiġġudikax lill-ħażin apertament u immedjatament. Tana biss illustrazzjonijiet li ċertament għad ikun iġġudikat u kkundannat. Il-qagħda esterna tiegħek – soċjali, nazzjonali, fiżika, intellettwali, domestika – ma tirriflettix l-atteġġjament t’Alla lejk. Tista’ tkun fqir materjalment u għani spiritwalment. 

Sħab il-patrijarka Ġobb, kif ukoll Ġobb innifsu, huma xi wħud minn dawk li provaw jinterpretaw il-providenza, u għarrielhom. Ħasbu u ddikjaraw bosta ħwejjeġ naiv u bla sens, filwaqt li Alla nnifsu jurina l-għan tiegħu, kemm hu mimli kumpassjoni u ħniena.

Alla jaħbi lilu nnifsu daqskemm jiżvela lilu nnifsu. Aktarx milli ninterpretaw il-providenza għarfa u inskrutabbli tiegħu, ejjew nifhmu u nobdu l-Kelma rivelata, għax il-ħwejjeġ moħbija huma tal-Mulej, imma l-ħwejjeġ mikxufa huma għalina u għal uliedna, biex inwettqu l-kelmiet kollha tal-liġi tiegħu (Dewteronomju 29:29). Nobdu, jiġri x’jiġri, anke jekk jirriżulta għall-ħsara u l-iżvantaġġ tagħna, għax nemmnu li “Alla jaqleb kollox għall-ġid ta’ dawk li jħobbuh” (Rumani 8:28), anke huma u għaddejjin mid-dlam. 

Talba: “Missier u Alla suprem, tabilħaqq, il-pala tas-saram tħaffer ir-riżerva ta’ konfort ifnad, u tagħmel aktar wisa’ għall-konsolazzjoni tiegħek. Nagħrfu li wlied id-dawl jistgħu għal xi żmien jimxu fid-dalma, b’vistu u dieqa fuqhom, biss meta joħorġu minnha, jiddu iżjed u iżjed. Mela tħalliniex nitfixklu jew niskandalizzaw ruħna. Aħna nafdaw fik; għinna fin-nuqqas ta’ fiduċja tagħna fik. Ammen.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Lejk Nerfa' Għajnejja

“Lejk nerfa’ għajnejja, o int li tgħammar fis-smewwiet. Ara, bħalma għajnejn il-qaddejja jħarsu lejn id sidhom, u bħalma għajnejn il-qaddejja jħarsu lejn sidtha, hekk għajnejna jħarsu lejn il-Mulej, Alla tagħna, sakemm ikollu ħniena minna. Ħenn għalina, o Mulej, ħenn għalina, għax aħna mxebbgħin għall-aħħar bit-tgħajjir. Ruħna mxebbgħa żżejjed biż-żebliħ ta’ dawk li huma paxxuti, u bit-tgħajjir tal-imkabbrin” (Salmi 123:1-4).  Huwa adatt li aħna nitolbu għar-rilif mill-istmellija. Sakemm għandna n-nifs, huwa preġju u żina għalina li nfittxu ’l Alla għall-għajnuna u gwida. Evidentement das-salm huwa t-tnegħida ta’ wieħed (ma’ fidili sħabu oħrajn) li jinsab fl-arena, f’sitwazzjoni iebsa, imkeskes minn nies ħżiena u mgħobbi bl-istmellija u d-disgust tagħhom.  Imma Alla, li jippermetti d-dwejjaq jinvistana biex sikwit jgħammar magħna, jista’ jneħħih, isostnina taħtu jew jislet il-ġid minnu. Kif jista’ Alla jwarrab talb bħal dan, kif imlissen hawn? Alla kapaċi u difatti ...

Id-Drawwa

“Ġesù rritorna fis-setgħa tal-Ispirtu fil-Galilija, u r-rapport dwaru infirex mal-inħawi kollha. Hu għallem fis-sinagogi tagħhom, imfaħħar minn kulħadd. Mar f’Nażaret, fejn trabba, u skont id-drawwa tiegħu mar fis-sinagoga f’jum is-Sibt. U qam biex jaqra Tnewwillu l-iskroll tal-profeta Isaija. Fetaħ l-iskroll u sab il-post fejn kien hemm miktub: ‘L-Ispirtu tas-Sid fuqi għax unzjonani ħalli nxandar l-evanġelju lill-foqra. Bagħatni nipproklama l-liberazzjoni lill-ikkaptivati, u dawl mill-ġdid lill-għomja, nibgħat illiberati lill-oppressati, nipproklama s-sena favorevoli tas-Sid.’ Imbagħad gerbeb l-iskroll, raddu lill-attendent u ntnasab bilqiegħda. Għajnejn kulħadd fis-sinagoga kienu ssommati fuqu, u beda billi qalilhom, “Illum twettqet din l-Iskrittura li għadkom kemm smajtu’” (Luqa 4:14-21).  Hu sinifikanti ħafna kif hawn jingħad illi Ġesù attenda l-qima fis-sinagoga “skont id-drawwa tiegħu.”  Id-drawwa, imħaddma tajjeb u bil-għaqal, fiha valur imprezzabbli. Issiril...