Skip to main content

Libertà!

“Mosè tela’ ħdejn Alla, u l-Mulej għajjatlu mill-muntanja u qallu: ‘Hekk tgħid lil dar Ġakobb u tgħid lil ulied Iżrael: “Intom rajtu x’għamilt lill-Eġizzjani u kif erfajtkom fuq ġwinħajn ajkla, u ġibtkom lejja. Għalhekk issa, jekk tassew tisimgħu kliemi u tħarsu l-patt tiegħi, intom tkunu t-teżor partikolari tiegħi fost il-popli kollha – għax l-art kollha tiegħi – u tkunu għalija saltna ta’ qassisin u ġens imqaddes”’” (Esodu 19:3-6).

L-Emanċipatur tagħna ħabbar is-Sena tal-Ġublew, tertaq il-ktajjen u kissrilna l-qjud, u fetaħ il-kanċell tal-ħabs. Hu nnifsu jirrilaxxjana, jerfagħna fi ħdanu u jagħtina f’idejna d-Dikjarazzjoni tal-Indipendenza, ossija, li minn issa ’l quddiem ninsabu dipendenti fuqu. 

“Tassew, tassew ngħidilkom,” iddikjara Ġesù, “kull min jagħmel id-dnub hu l-ilsir tad-dnub. Issa l-ilsir ma jibqax fid-dar għal dejjem, imma l-iben jibqa’ għal dejjem. Mela jekk l-Iben jilliberakom se tkunu realment liberi. Kull min jagħmel id-dnub hu l-ilsir tad-dnub, imma jekk l-Iben jagħmilhom ħelsin tkun ħelsin tabilħaqq” (Ġwanni 8:34-36). Il-libertà permanenti, anzi eterna, hi dawl li għalih id-Dawl tad-dinja miet fid-dlumija. 

Forsi xi wħud jibżgħu mil-libertà għax il-libertà timponi obbligi sagri. Forsi wkoll din hi r-raġuni għala t-tirannija (morali, politika, edukattiva) hi dejjem aktar organizzata mil-libertà. Avolja meħlusin, abbli għadhom jirraġunaw fihom infushom li huwa aktar sikur għalihom jibqgħu fil-kalzri, jew almenu qrib tiegħu, milli jimirħu fil-wesgħat tal-libertà, bħal għażżiela fuq il-muntanji. Iġibu rwieħhom bħal-Lhud fid-deżert, mhedda mill-ġuħ u l-għatx. Qabdu jmaqmqu illi kien wisq aħjar kieku baqgħu l-Eġittu, jieklu l-ħjar, it-tewm u l-kurrat! Tant kellhom mentalità kolonjali illi ma setgħux japprezzaw il-libertà. 

Wara storja mtawla ta’ dominanzi minn potenzi frustieri, bħala ġens għandna miżura ta’ libertà wisq aktar minn qatt qabel. Il-libertà vera hi libertà fl-usa’ sens tagħha; ristretta għall-politika hi biss libertà instabbli, imma l-libertà mill-kefrija ta’ Faragħun twitti t-triq għal identità isħaħ, u rabta ma’ Sid sovran wieħed. 

Talba: “Missier, ħa nkunu konvinti quddiemek kif il-ħelsien hu l-iprem okkażżjoni biex nagħmlu aħjar minn qatt qabel. Min hu meħlus ma jistax jikkuntenta meta jqis li sħabu għadhom fi priġunerija kiefra. Għandu r-responsabbiltà jdoqq it-trumbetta, iqajjem lil sħabu minn nagħas, u f’isem il-Liberatur imexxihom barra għal għajn ix-xemx, bil-fejqan fuq ġwenħajha. Kun int l-Emaċipaur tagħhom! Inqeda bina biex inħabbrulhom it-tnedija tal-Ġublew! O li naraw aktar u aktar nies meħlusa, għalik u għall-glorja tiegħek; bi Kristu Ibnek. Ammen.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Il-Mogħdrija

“Imma issa intom imisskom tneħħu dawn il-ħwejjeġ kollha: ir-rabja, l-għadab, il-malizzja, l-ikkalunnjar u diskors oxxen minn ħalqkom. Tigdbux lil xulxin, ladarba nżajtu l-bniedem il-qadim bil-prattiċi ħżiena tiegħu, u lbistu l-ġdid, li qed jiġġedded fit-tagħrif veru skont l-immaġni ta’ min ħalqu - tiġdid fejn m’hemmx distinzjoni bejn Grieg u Lhudi, ċirkonċiżjoni u inċirkonċiżjoni, barbaru, Skita, ilsir jew liberu, iżda Kristu hu kollox u f’kulħadd. Mela, bħala l-magħżulin t’Alla, qaddisin u maħbubin, ilbsu sentimenti ta’ mogħdrija, benevolenza, umiltà, manswetudini u paċenzja” (Kolossin 3:8-12).  Il-beninnità hi l-ispirtu ta’ trattament favorevoli, jew il-prattika kostanti u abitwali ta’ azzjonijiet amikevoli u benevolenti. Hemm żewġ prinċipji ewlenin fil-kostituzzjoni umana, li jwettqu serriegħa bla waqfien għall-predominanza: l-egoiżmu u l-benevolenza, jew il-beninnità. L-egoiżmu jikkonċentra s-sentimenti, ix-xewqat u l-azzjonijiet kollha fuq il-promozzjoni tal-benesseri i...

Diskors Bid-Dehen

“La taħsibx kif tagħmel il-ħsara lil għajrek huwa u qiegħed jgħammar bla biża’ miegħek. La tiġġieled ma’ ħadd għalxejn, jekk ma għamillek l-ebda deni. Ħu offiż hu aktar iebes biex jintrebaħ minn belt qawwija, u l-ġlied bejn l-aħwa qisu staneg ta’ kastell. Aħjar tgħammar f’rokna ta’ setaħ milli ma’ mara ġellieda f’dar kbira.” (Proverbji 3:29-30; 18:19; 25:24).  Matul l-Assedju l-Kbir fl-1565, il-qawwiet Ottomani tħabtu u ssieltu biex jirbħu lil pajjiżna taħt idejhom. Għalkemm kienu ferm aktar numerużi minna, it-Torok iġġieldu għalxejn għal erba’ xhur sħaħ. Il-bliet Maltin, fortifikati bis-swar u balwardi godlija, kienu virtwalment inespjunabbli. Hekk ukoll hu diffiċli tirbaħ lura l-ħbiberija ta’ ħu offiż. Anzi, dal-proverbju jwissina li hu aktar diffiċli tirbaħ lura lil ħuk milli tegħleb belt qawwija. Ma naħsibx li dan inkiteb biex naqtgħu qalbna milli nfittxu rikonċiljazzjoni f’waqtha. Jekk wieħed jistaqsi, x’inhi r-rikonċiljazzjoni? Hi t-tieni ħbiberija. Dan jibqa’ dmir...