Skip to main content

Ara, Għemil Idejh!

“Hu u għaddej ra bniedem għami mit-twelid. Id-dixxipli tiegħu staqsewh, ‘Rabbi, min dineb, dar-raġel jew il-ġenituri tiegħu, biex twieled għami?’ Ġesù wieġeb, ‘La dan ma dineb u lanqas il-ġenituri tiegħu, iżda ġralu hekk sabiex ikunu esibiti l-opri t’Alla fih. Jeħtiġilna naħdmu l-opri ta’ min bagħatni sakemm għadu l-jum; ġej il-lejl meta ħadd ma jkun jista’ jaħdem. Filwaqt li jien fid-dinja, jien dawl id-dinja.’ Wara li qal dan, beżaq fl-art u għamel tikka tajn bil-bżieq, u applikalu t-tajn m’għajnejh. Qallu, ‘Mur inħasel fil-menqgħa ta’ Siloam’ (li tfisser Mibgħut). Għalhekk mar u nħasel, u ġie lura jara” (Ġwanni 9:1-7).

Kif ninterpreta l-providenza divina? Alla għandu ħakma u kontroll sħiħ fuq il-ħolqien tiegħu, fuq il-kbar u żgħar, maħturin u reprobati, anġli u demonji, ġnus u individwi, bhejjem u bnedmin. Isostni kollox u jmexxi kollox biex jintlaħaq l-għan komprensiv u ultimu tiegħu.

Imma kif nistgħu ninterpretawha? Kif se nfissru għalina nfusna dak li jiġrilna u dak li jiġri madwarna u fid-dinja? Nieħdu ftit eżempji u mbagħad minnhom niġbdu konklużjoni.

Meta xi ħadd isofri traġedja kbira ma jfissirx li hu neċessarjament eħżen mill-bqija. In-nies mitlufa jassumu wisq u għandhom bżonn ikunu kkoreġuti. Meta waqa’ t-torri ta’ Silwam qatgħuha li l-vittmi tat-traġedja kienu midinbin kbar. Bl-istess mod, inqisu l-katastrofi (tsunami fl-Asja), terremoti (normalment f’inħawi fejn it-tectonic plates iħokku ma’ xulxin), vulkani (Ħerkulaneum, Pompej), diżastri tal-ajru u l-baħar, bħalma kienet l-għarqa tat-Titanic. Mhux bilfors il-vittmi ta’ dawn l-avvenimenti koroh kienu agħar min-nies li tħallew ħajjin warajhom. 

Meta kollox jiġi ‘kontrik’ taqax għall-konklużjoni li Alla abbandunak. Altru! Qis il-ġrajja ta’ David ippersegwitat, Ġobb milqut u mqaxqax. Cowper, il-poeta Ingliż, jgħid: “Wara providenza biċ-ċiera hemm wiċċ imbissem.”

Naraw ukoll kif id-dixxipli ħaddnu perspettiva dejqa wisq: hemm aktar minn żewġ alternattivi għala r-raġel twieled għama. M’għaddilhomx minn rashom li seta’ ġralu hekk biex sebħ il-Mulej ikun manifestat fih.

Talba: “Missier omnipotenti, nemmnu fil-providenza divina li biha tmexxi u taħkem fuq il-ħolqien tiegħek, iżżommu fl-eżistenza, u twassal kollox għall-għan aħħari tiegħu. Nafu wkoll li s-smewwiet u l-art huma mimlija bil-glorja tiegħek. Għallimna naraw għemilek kull fejn inħarsu, u nammiraw mogħdijietek, avolja sikwit ma nifhmuhomx.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Lejk Nerfa' Għajnejja

“Lejk nerfa’ għajnejja, o int li tgħammar fis-smewwiet. Ara, bħalma għajnejn il-qaddejja jħarsu lejn id sidhom, u bħalma għajnejn il-qaddejja jħarsu lejn sidtha, hekk għajnejna jħarsu lejn il-Mulej, Alla tagħna, sakemm ikollu ħniena minna. Ħenn għalina, o Mulej, ħenn għalina, għax aħna mxebbgħin għall-aħħar bit-tgħajjir. Ruħna mxebbgħa żżejjed biż-żebliħ ta’ dawk li huma paxxuti, u bit-tgħajjir tal-imkabbrin” (Salmi 123:1-4).  Huwa adatt li aħna nitolbu għar-rilif mill-istmellija. Sakemm għandna n-nifs, huwa preġju u żina għalina li nfittxu ’l Alla għall-għajnuna u gwida. Evidentement das-salm huwa t-tnegħida ta’ wieħed (ma’ fidili sħabu oħrajn) li jinsab fl-arena, f’sitwazzjoni iebsa, imkeskes minn nies ħżiena u mgħobbi bl-istmellija u d-disgust tagħhom.  Imma Alla, li jippermetti d-dwejjaq jinvistana biex sikwit jgħammar magħna, jista’ jneħħih, isostnina taħtu jew jislet il-ġid minnu. Kif jista’ Alla jwarrab talb bħal dan, kif imlissen hawn? Alla kapaċi u difatti ...

Il-Mogħdrija

“Imma issa intom imisskom tneħħu dawn il-ħwejjeġ kollha: ir-rabja, l-għadab, il-malizzja, l-ikkalunnjar u diskors oxxen minn ħalqkom. Tigdbux lil xulxin, ladarba nżajtu l-bniedem il-qadim bil-prattiċi ħżiena tiegħu, u lbistu l-ġdid, li qed jiġġedded fit-tagħrif veru skont l-immaġni ta’ min ħalqu - tiġdid fejn m’hemmx distinzjoni bejn Grieg u Lhudi, ċirkonċiżjoni u inċirkonċiżjoni, barbaru, Skita, ilsir jew liberu, iżda Kristu hu kollox u f’kulħadd. Mela, bħala l-magħżulin t’Alla, qaddisin u maħbubin, ilbsu sentimenti ta’ mogħdrija, benevolenza, umiltà, manswetudini u paċenzja” (Kolossin 3:8-12).  Il-beninnità hi l-ispirtu ta’ trattament favorevoli, jew il-prattika kostanti u abitwali ta’ azzjonijiet amikevoli u benevolenti. Hemm żewġ prinċipji ewlenin fil-kostituzzjoni umana, li jwettqu serriegħa bla waqfien għall-predominanza: l-egoiżmu u l-benevolenza, jew il-beninnità. L-egoiżmu jikkonċentra s-sentimenti, ix-xewqat u l-azzjonijiet kollha fuq il-promozzjoni tal-benesseri i...