Skip to main content

Aqbad mar-Realtà, mhux mal-Apparenti

“Biegħed idek minn fuqi, u tħallix il-biża’ tiegħek iwerwirni. Imbagħad sejjaħli int, u jien inwieġeb, jew ħallini nitkellem jien, u int weġibni. Kemm huma ħtijieti? Kemm huma dnubieti? Ħallini nkun naf ħżuniti u dnubi! L-għala tistor wiċċek u żżommni b’għadu tiegħek? Trid inti triegħed werqa tittajjar, jew tiġri wara tibna niexfa, biex fuqi tikteb kliem l-imrar, u twaħħalni bi dnubiet żgħoriti?” (Ġobb 13:21-26).

Irrelevanti kif inħossni, Alla jibqa’ reali. Il-Mulej jista’ jaħbi lilu nnifsu mill-vista ta’ niesu, imma bix-xieraq nibqa’ nafdah u nqabbad it-tama tiegħi fih, bħala l-ankra ta’ ruħi. Fil-ħbiberija tiegħi m’Alla, mhux dejjem neċessarjament inħossni qrib tiegħu, imma hemm distinzjoni bejn l-apparenza u r-realtà tal-esperjenza. 

David ukoll jappellalu minħabba dis-separzzjoni apparenti. Mulej, għalfejn iżżomm lilek innifsek distakkat minni, imbiegħed minn ruħi? Għaliex tinħbieli meta neħtieġek l-aktar? Għaliex tinjora l-għajta tiegħi għas-sokkors? Ġobb jesprimi sentimenti simili: immur lejn il-Lvant, imma mhuwiex hemm. Immur fil-Punent, imma ma nistax insibu. Ma narahx fit-Tramuntana, għax insatar. Indur lejn in-Nofsinhar, u frattant nibqa’ bla ma nsibu. Imma hu jaf fejn jien sejjer. U meta jkun ittestjani, bħad-deheb fil-griġjol fuq in-nar, jippronunzjani innoċenti.

Mela, għal dawk li konsistentement jibżgħu minnu d-distakk hu wieħed fittizju, għax wiegħed li ma jitlaqna qatt u qatt. Irrid, għalhekk, nevita żball komuni: illi nipprova nfittex esperjenza aktarx milli nfittex ’l Alla. Meta nħossni abbandunat u frattant nissokta nafdah, inkun qed inqimu bl-ifnad mod.

Talba: “Missier, meta tibgħatieli faċli, inroddlok ħajr. Meta ċ-ċirkostanzi jsiru iebsa, irrid inqimek u nservik xorta waħda. Għax imħabbtek mhijiex determinata minn ħwejjeġ għaddiena, iżda hi esibita fuq il-Kalvarju, meta tajtna lill-istess Ibnek biex ikun il-bidu u t-tmiem tal-barkiet kollha tiegħek għalina.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Lejk Nerfa' Ħarsti

“Nerfa’ għajnejja lejn l-għoljiet, minn fejn tiġi l-għajnuna tiegħi. Mill-Mulej tiġi l-għajnuna tiegħi, hu li għamel is-sema u l-art. Hu ma jħallix lil riġlek jogħtor; dak li jħarsek ma jongħosx. Ara, dak li jħares lil Iżrael la jongħos u lanqas jorqod. Il-Mulej il-protettur tiegħek; il-Mulej hu dellek fuq lemintek. Ix-xemx ma tolqtokx binhar, lanqas il-qamar billejl. Il-Mulej iħarsek minn kull deni; hu iħarislek ruħek. Il-Mulej iħares il-ħruġ u d-dħul tiegħek, minn issa u għal dejjem ta’ dejjem” (Salmi 121:1-8). Huwa għaqal, anzi, dehen minn fuq, li nkunu kapaċi nagħtu direzzjoni korretta għall-mistennija u t-talb tagħna. Il-viżjoni tas-salmista hi ffokata strettament fuq id-destinazzjoni finali tiegħu, Ġerusalemm, u Sijon, l-għolja t’Alla. Mhux faċli twaħħal ħarstek fid-direzzjoni profitabbli, meta bosta attrazzjonijiet oħra jlellxu madwarna. Fi żmien il-prova, aħna ninstabu inklinati żżejjed biex niksbu għajnuna minn ħwejjeġ instabbli, biex insibuhom biss bħal qasba mġelġla l...

Alla u l-Atomu huma Inviżibbli

“Għax ir-rabja t’Alla qed tkun irrivelata mis-sema kontra kull empjetà u inġustizzja tal-bnedmin li jissopprimu l-verità fl-inġustizzja, għaliex dak li jista’ jkun magħruf dwar Alla hu evidenti għalihom, għax Alla lilhom immanifestah. Għax l-attributi inviżibbli tiegħu – kemm is-setgħa dejjiema kif ukoll in-natura divina tiegħu – jidhru distintivament mill-ħolqien tad-dinja, mifhuma mill-ħwejjeġ magħmula, tant li huma bla skuża” (Rumani 1:18-20). Alla mhu mkien, jew kullimkien? L-ateiżmu u l-Kristjaneżmu huma ż-żewġ pożizzjoni li ma jippretendu ebda inkonsistenza. Kwalunkwe filosofija bejniethom – deiżmu, anjostiċiżmu, edoniżmu, panteiżmu, u l-bqija – huma kollha kompromettenti. Jekk is-soċjetà tipprova tinbena fuq l-edoniżmu, pereżempju, ir-riżultat mhux diffiċli tindovinah bil-quddiem. Jirriżulta biss kaos u diżgwid.  Jekk Bin Marija mhuwiex ukoll Bin Alla, m’għandna ebda kawża soda kontra l-ateiżmu. Avolja xi atej huma biss atej fil-bnazzi, xorta rridu nkunu lesti nwa...