Skip to main content

Ġenituri u Wlied

“Il-biża’ tal-Mulej hu l-bidu tat-tagħlim, iżda l-boloh jistmerru l-għerf u t-twiddib. Ibni, isma’ twiddib missierek u la titlaqx tagħlim ommok, għax ikunulek kuruna ħelwa ma’ rasek u ħannieqa madwar għonqok. Ibni, jekk iħajruk il-midinbin, tgħidilhomx ‘Iva.’ Jekk jgħidulek, ‘Ejja magħna, ħa nissajjaw biex noqtlu, nonsbu bil-moħbi għal min hu innoċenti; ħa nibilgħuhom ħajjin, bħal Xeol, u sħaħ bħal dawk li jinżlu fil-ħofra.’...Ibni, la timxix magħhom; warrab riġlejk minn triqathom” (Proverbji 1:7-12,15).

Ir-responsabbiltà tal-ulied hi sempliċi: it-tfal għandhom jobdu u jirrispettaw lill-ġenituri tagħhom. Mill-banda l-oħra, il-Mulej irid l-missirijiet u l-ommijiet iħarrġu lil uliedhom fi triqatu – vokazzjoni fiha nfisha!

Miskin għalih it-tifel ribelluż, li bi stinazzjoni jinjora l-ġenituri tiegħu u jgħaffeġ għal rasu. Minflok jilqa’ l-pariri siewja tagħhom, imsejsa fuq l-Iskrittura u l-esperjenza umana, iqishom tfixkil. Meta jitlaq għal rasu jkun qed jistieden illi jaqa’ fin-nasba tal-ħażen li tiswielu ħajtu stess.

Tfal, weġġħu ’ll-ġenituri tagħkom! Ħobbuhom u obduhom f’kollox sakemm kulma jikkmandawkom jaqbel mar-rieda t’Alla. Ikun għalikom l-isbaħ tiżjin tal-karattru tagħkom. Tikbru u ssiru l-irġiel u n-nisa kif iridkom il-Mulej, u tagħmlu unur lil dawk li ġabukom fid-dinja, u fuq kollox lill-Ħallieq tagħkom.

It-talb, it-twissijiet, l-appelli tal-ġenituri mhumiex fil-vojt. “Ibni, jekk tilqa’ kliemi u taħżen il-kmandamenti tiegħi ġo fik billi tagħti widen għall-għerf u tmejjel qalbek għall-fehma t-tajba, iva, jekk int issejjaħ id-dehen, u għall-fehma t-tajba int terfa’ leħnek, jekk tfittxu bħallikieku teżori moħbija, inti tifhem il-biża’ tal-Mulej, u ssib it-tagħrif t’Alla. Għax il-Mulej jagħti l-għerf u minn fommu ġej it-tagħrif u d-dehen. Hu jaħżen għerf kbir għan-nies sewwa; hu tarka għal min jimxi bl-onestà” (Proverbji 2:1-7).

Talba: “Missier, minnek tissemma kull familja fis-sema u fl-art. Agħti l-għerf u s-sensittività lill-ġenituri biex irabbu lil uliedhom fil-biża’ tiegħek u jgħallmuhom it-triq tas-sewwa. Lill-ulied żejjinhom b’ubbidjenza u sottomissjoni ġwejda, peress li int trid illi jitmexxew minn id il-ġenituri tagħhom. Rawwem fil-familja tiegħi spirtu ta’ mħabba, maħfra u sabar reċiproku.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Is-Sunnara Mistura

“Tkunux idolatri, bħal xi wħud minnhom; bħalma hu miktub: ‘In-nies poġġew jieklu u jixorbu, u qamu jilagħbu.’ M’għandniex niffornikaw, bħalma xi wħud minnhom iffornikaw, u mietu tlieta u għoxrin elf f’jum wieħed. M’għandniex inġarrbu lis-Sid, bħalma xi wħud minnhom ġarrbuh, u kienu meqrudin mis-serpenti; lanqas tgemgmu, kif xi wħud minnhom gemgmu, u kienu meqrudin mill-anġlu qerried. Issa dawn il-ħwejjeġ ġraw lil dawk in-nies bħala eżempji, u nkitbu bħala ammoniment għalina, li fuqna wasal it-twettiq taż-żminijiet. Għalhekk min jidhirlu li jinsab wieqaf fis-sod għandu joqgħod attent li ma jaqax! Ebda tiġrib ma qabadkom ħlief dak li hu komuni għall-umanità. Però Alla hu fidil, u mhux se jħallikom tkunu mġarrbin lil hinn milli kapaċi tifilħu, iżda mat-tiġrib jipprovdi l-ħruġ ukoll, ħalli tkunu tistgħu tissaportuh” (1 Korintin 10:6-13). It-tiġrib jippreżenta ruħu attraenti; iwiegħed il-kuntentizza, almenu kuntentizza temporanja. Imma qatt ma jiġi b’idejh vojta – joffrili s-sodisfa...

Is-Solitudni

“Kollox għandu żmienu, u kull ħaġa għandha waqtha taħt is-sema: waqt biex titwieled u waqt biex tmut; waqt li tħawwel u waqt li taqla’ l-imħawwel; waqt li toqtol u waqt li tfejjaq; waqt li tibki u waqt li tidħaq; waqt li tagħmel il-vistu u waqt li tiżfen; waqt li tarmi l-ġebel u waqt li tgeddes il-ġebel; waqt li titgħannaq u waqt li titbiegħed mit-tgħanniq; waqt li tfittex u waqt li titlef; waqt li terfa’ u waqt li tarmi; waqt li tqatta’ u waqt li tħit; waqt li tiskot u waqt li titkellem; waqt li tħobb u waqt li tobgħod; waqt ta’ gwerra u waqt ta’ sliem” (Ekkleżjażti 3:1-8). Is-solitudni, bħal-lupi bir-ragħwa f’ħalqu, tissajja fid-dellijiet tal-avversità, lesta biex taqbeż fuqi. Jgħidu fjakkola mkebbsa tgerrex lil-lupu u ma jersaqx lejk. Jheddek, imma jibqa’ distakkat. Il-fjakkola hi biss il-komunjoni li nista’ mmantni kostantement, bla interruzzjoni, mal-Missier. Imma rrid inżommha f’idi, mhux nitlaqa’ quddiem l-għarix. U nieħu ħsiebha, mhux nittraskuraha.  Inġerragħ is...