Skip to main content

Patt Dejjiemi

“Alla ta’ Iżrael tkellem, il-Blata ta’ Iżrael qalli, ‘Min jaħkem fuq in-nies għandu jkun ġust, jaħkem bil-biża’ tal-Mulej. U hu jkun bħad-dawl tas-sebħ, xħin titla’ x-xemx f’għodwa bla sħab, u tnibbet il-ħaxix tari mill-art, bid-dija tagħha wara x-xita.’ Mhix hekk dari quddiem Alla, ladarba hu għamel miegħi patt dejjiem, imħejji f’kollox, u mħares? Mhux hu li jnissel il-ħelsien tiegħi kollu u kulma nixtieq?” (2 Samwel 23:3-5).

Din mhix wegħda waħda iżda ħemel ta’ wegħdi – kaxxa ta’ perli leqqiena. Ir-rabta, jew patt, li l-Mulej Alla għamel ma’ David hi l-arka li fiha jinġabar kollox. Mill-patt divin inixxu l-barkiet għall-fidili tiegħu.

Hawn għandna rekordjati l-aħħar kliem ta’ David, iżda jistgħu jkunu tiegħi llum. Hawnhekk għandna tnegħida: m’għandix kollox kif nixtieq jien. Hemm il-provi, it-tħassib u d-dnubiet. Dawn jagħmlu l-imħabba tiegħi iebsa.

Hawnhekk għandna solliev: “Hu għamel miegħi patt dejjiem.” Jaħwe ntrabat miegħi bi pleġġ, u ssiġilla l-patt bid-demm ta’ Kristu. Jien marbut m’Alla tiegħi, u hu miegħi.

Dan iġib fi prominenza kbira s-sigurtà, ladarba dal-patt hu għal dejjem, imħejji f’kollox u mħares. M’hemm xejn minn xiex tibża’ tul il-ġirja tas-snin, minħabba xi inċertezza jew xi fattur minsi. Il-patt hu pedament solidu; fuqu tista’, u jmissek, tibni fil-ħajja u fil-mewt. Hu l-inizjattiva t’Alla lejna, u allura nagħrfu kemm tabilħaqq hu favur il-maħturin tiegħu.

David iħoss ċertu sodisfazzjon. Jaf li hu salvat, u Alla jitgħaxxaq bih. Il-patt m’Alla hu dak kollu li nistgħu nixtiequ. Nidħlu biex nieħdu sehem f’dal-patt billi nafdaw fi Kristu bħala s-Sid u s-Salvatur tagħna. 

Innota d-differenza bih u mingħajru: “Għaldaqstant ftakru illi darba intom, il-Ġentili mit-twelid, imsejħin ‘l-Inċirkonċiżjoni’ mill-hekk imsejħa ‘ċ-Ċirkonċiżjoni’ (magħmula fil-ġisem b’id il-bniedem) – ftakru illi f’dak iż-żmien kontu mingħajr Kristu, frustieri għaċ-ċittadinanza ta’ Iżrael u barranin għall-pattijiet tal-wegħda, ma kellkomx tama u bla Alla fid-dinja. Imma issa fi Kristu Ġesù intom li darba kontu bogħod sirtu qrib bid-demm ta’ Kristu” (Efesin 2:11-13). 

Talba: “Inroddlok ħajr, Missier, illi bl-operazzjoni misterjuża tal-Ispirtu tiegħek wassaltni biex indur b’fidi sempliċi lejn il-Mulej Ġesù, il-Medjatur u l-Garanti tal-patt, biex nirċevih bħala kollox f’kollox għalija. Għinni biex kuljum infittex inservih bħala s-Sultan suprem tiegħi, b’rabta dejjiema miegħu. Ammen.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Lejk Nerfa' Ħarsti

“Nerfa’ għajnejja lejn l-għoljiet, minn fejn tiġi l-għajnuna tiegħi. Mill-Mulej tiġi l-għajnuna tiegħi, hu li għamel is-sema u l-art. Hu ma jħallix lil riġlek jogħtor; dak li jħarsek ma jongħosx. Ara, dak li jħares lil Iżrael la jongħos u lanqas jorqod. Il-Mulej il-protettur tiegħek; il-Mulej hu dellek fuq lemintek. Ix-xemx ma tolqtokx binhar, lanqas il-qamar billejl. Il-Mulej iħarsek minn kull deni; hu iħarislek ruħek. Il-Mulej iħares il-ħruġ u d-dħul tiegħek, minn issa u għal dejjem ta’ dejjem” (Salmi 121:1-8). Huwa għaqal, anzi, dehen minn fuq, li nkunu kapaċi nagħtu direzzjoni korretta għall-mistennija u t-talb tagħna. Il-viżjoni tas-salmista hi ffokata strettament fuq id-destinazzjoni finali tiegħu, Ġerusalemm, u Sijon, l-għolja t’Alla. Mhux faċli twaħħal ħarstek fid-direzzjoni profitabbli, meta bosta attrazzjonijiet oħra jlellxu madwarna. Fi żmien il-prova, aħna ninstabu inklinati żżejjed biex niksbu għajnuna minn ħwejjeġ instabbli, biex insibuhom biss bħal qasba mġelġla l...

Alla u l-Atomu huma Inviżibbli

“Għax ir-rabja t’Alla qed tkun irrivelata mis-sema kontra kull empjetà u inġustizzja tal-bnedmin li jissopprimu l-verità fl-inġustizzja, għaliex dak li jista’ jkun magħruf dwar Alla hu evidenti għalihom, għax Alla lilhom immanifestah. Għax l-attributi inviżibbli tiegħu – kemm is-setgħa dejjiema kif ukoll in-natura divina tiegħu – jidhru distintivament mill-ħolqien tad-dinja, mifhuma mill-ħwejjeġ magħmula, tant li huma bla skuża” (Rumani 1:18-20). Alla mhu mkien, jew kullimkien? L-ateiżmu u l-Kristjaneżmu huma ż-żewġ pożizzjoni li ma jippretendu ebda inkonsistenza. Kwalunkwe filosofija bejniethom – deiżmu, anjostiċiżmu, edoniżmu, panteiżmu, u l-bqija – huma kollha kompromettenti. Jekk is-soċjetà tipprova tinbena fuq l-edoniżmu, pereżempju, ir-riżultat mhux diffiċli tindovinah bil-quddiem. Jirriżulta biss kaos u diżgwid.  Jekk Bin Marija mhuwiex ukoll Bin Alla, m’għandna ebda kawża soda kontra l-ateiżmu. Avolja xi atej huma biss atej fil-bnazzi, xorta rridu nkunu lesti nwa...