Skip to main content

Is-Supremazija tal-Imħabba

“L-imħabba qatt ma tispiċċa. Imma sew jekk hemm doni ta’ profeziji, għad ikunu aboliti; jew ilsna, għad jehdew; jew tagħrif, għad jkun abolit. Għax nafu parzjalment u nipprofetizzaw parzjalment, imma meta jiġi l-perfett, il-parzjali se jkun abolit. Meta kont tifel, tkellimt bħal tifel, ħsibt bħal tifel, irraġunajt bħal tifel. Meta sirt raġel, warrabt il-ħwejjeġ tiflin. Għax bħalissa naraw immaġni mċajpra, qisu f’mera, imma mbagħad naraw wiċċ imb wiċċ. Bħalissa naf parzjalment, imma mbagħad inkun naf fis-sħiħ, bħalma wkoll intgħaraft fis-sħiħ. Għalhekk issa jibqgħu dawn it-tlieta: il-fidi, it-tama u l-imħabba. Imma l-ikbar minn dawn hi l-imħabba” (1 Korintin 13:8-13).

Bħalma l-imrieżaq jiġu mix-xemx, u frattant mhumiex ix-xemx, hekk ukoll l-imħabba u l-mogħdrija tagħna, għalkemm mhumiex Alla, huma mingħandu biss, avolja huma biss xbieha fqira u debboli tiegħu, rifless bati tan-natura tiegħu. Jekk hemm il-miżerikordja f’qalbna, tittraċċja s-sors tagħha mill-funtana perenni tal-ħniena. Jekk fina hemm dawl l-imħabba, hu raġġ mix-xemx potenti ta’ mħabbtu. 

L-imħabba matura hi dejjem superstiti – tgħix aktar fit-tul mill-għedewwa, tentazzjonijiet, oppożizzjoni, afflizzjoni, persekuzzjoni, perikli u kwalunkwe theddid ieħor. Il-mottu tagħha hu, “Nulli cedo,” ma naqa’ għal ħadd. Hi bħax-xemx: ix-xemx tibda titla’ fiċ-ċirku tagħha, u ma terġax lura sakemm tkun laħqet l-appan tagħha. 

L-imħabba ma tagħti xejn ħlief lilha nfisha, u ma tieħu xejn ħlief minnha nfisha. L-imħabba ma tippossedix bħalma mhix posseduta; għax l-imħabba hi suffiċjenti għall-imħabba. 

Anke dawk li mhumiex favoriti b’rivelazzjoni speċjali jħossu l-indispensabbiltà tal-imħabba, kif mingħajrha m’aħna xejn. “Uri l-imħabba lill-kreaturi kollha,” tgħid it-tradizzjoni Ħinduwista, “u tkun ferħan; għax meta tħobb kollox, tkun tħobb lill-Mulej, għax hu kollox f’kollox.” Fost il-pagani fl-Oċċident jissemmgħu l-istess sentimenti. Seneka, wieħed minnhom, jiddikjara, “Ħadd ma jista’ jgħix kuntent jekk jistma biss lilu nnifsu, li jdawwar kollox għall-vantaġġ tiegħu waħdu. Trid tgħix għal ħaddieħor, jekk tixtieq tgħix għalik innifsek.”

Ir-riċerka psikjatrika tikkonfermalna illi huwa biss meta verament inkunu nafu u nifhmu illi għandna perjodu limitat fuq l-art – u li m’għandna ebda mod kif nindunaw illi għalqitilna l-kera – illi mbagħad nibdew ngħixu kull ġurnata fil-milja tagħha, bħallikieku hi l-unika waħda li fadlilna.

Talba: “Ma ħallejtniex fl-ambigwu, Mulej! Bl-imħabba jkollna r-rieda nestendu lilna nfusna bl-għan li l-azzjoni tkun ta’ nutriment għall-kobor spiritwali tal-proxxmu u għall-ferħ akbar tagħna nfusna. Ħa tkun tabilħaqq il-qalb benevolenti u beninna li l-aktar tixbah lilek. Iva, agħti widen għar-rikjesta tagħna, f’isem Ġesù. Ammen.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Lejk Nerfa' Ħarsti

“Nerfa’ għajnejja lejn l-għoljiet, minn fejn tiġi l-għajnuna tiegħi. Mill-Mulej tiġi l-għajnuna tiegħi, hu li għamel is-sema u l-art. Hu ma jħallix lil riġlek jogħtor; dak li jħarsek ma jongħosx. Ara, dak li jħares lil Iżrael la jongħos u lanqas jorqod. Il-Mulej il-protettur tiegħek; il-Mulej hu dellek fuq lemintek. Ix-xemx ma tolqtokx binhar, lanqas il-qamar billejl. Il-Mulej iħarsek minn kull deni; hu iħarislek ruħek. Il-Mulej iħares il-ħruġ u d-dħul tiegħek, minn issa u għal dejjem ta’ dejjem” (Salmi 121:1-8). Huwa għaqal, anzi, dehen minn fuq, li nkunu kapaċi nagħtu direzzjoni korretta għall-mistennija u t-talb tagħna. Il-viżjoni tas-salmista hi ffokata strettament fuq id-destinazzjoni finali tiegħu, Ġerusalemm, u Sijon, l-għolja t’Alla. Mhux faċli twaħħal ħarstek fid-direzzjoni profitabbli, meta bosta attrazzjonijiet oħra jlellxu madwarna. Fi żmien il-prova, aħna ninstabu inklinati żżejjed biex niksbu għajnuna minn ħwejjeġ instabbli, biex insibuhom biss bħal qasba mġelġla l...

Alla u l-Atomu huma Inviżibbli

“Għax ir-rabja t’Alla qed tkun irrivelata mis-sema kontra kull empjetà u inġustizzja tal-bnedmin li jissopprimu l-verità fl-inġustizzja, għaliex dak li jista’ jkun magħruf dwar Alla hu evidenti għalihom, għax Alla lilhom immanifestah. Għax l-attributi inviżibbli tiegħu – kemm is-setgħa dejjiema kif ukoll in-natura divina tiegħu – jidhru distintivament mill-ħolqien tad-dinja, mifhuma mill-ħwejjeġ magħmula, tant li huma bla skuża” (Rumani 1:18-20). Alla mhu mkien, jew kullimkien? L-ateiżmu u l-Kristjaneżmu huma ż-żewġ pożizzjoni li ma jippretendu ebda inkonsistenza. Kwalunkwe filosofija bejniethom – deiżmu, anjostiċiżmu, edoniżmu, panteiżmu, u l-bqija – huma kollha kompromettenti. Jekk is-soċjetà tipprova tinbena fuq l-edoniżmu, pereżempju, ir-riżultat mhux diffiċli tindovinah bil-quddiem. Jirriżulta biss kaos u diżgwid.  Jekk Bin Marija mhuwiex ukoll Bin Alla, m’għandna ebda kawża soda kontra l-ateiżmu. Avolja xi atej huma biss atej fil-bnazzi, xorta rridu nkunu lesti nwa...