Skip to main content

Kemm Hu Kbir Ismek!

“O Mulej, Sid tagħna, kemm hu kbir ismek fl-art kollha! Int li qegħidt il-glorja tiegħek ’il fuq mis-smewwiet. Minn fomm it-tfal u t-trabi int ħriġt il-qawwa, minħabba l-għedewwa tiegħek, biex issikket lill-għadu u lil dak li jivvendika ruħu. Meta nħares lejn is-smewwiet tiegħek, għemil subgħajk, il-qamar u l-kwiekeb li int għamilt, x’inhu l-bniedem biex int tiftakar fih, u bin il-bniedem biex tieħu ħsiebu...O Mulej Sidna, kemm hu kbir ismek fl-art kollha!” (Salmi 8:1-4,9). 

L-isem t’Alla, kif esibit fl-Iskrittura tiegħu, hu kemm isem glorjuż, mimli maestà, kif ukoll isem grazzjuż, mimli ħniena. It-titli nfushom t’Alla huma virtwalment promessi mgħoddija lil niesu. Meta hu msejjaħ xemx, tarka, torri potenti, kenn u wirt, x’ifisser dan jekk mhux illi nistgħu ngawdu fih kulma hu sinifikat b’dawn il-metafori? 

It-titli ta’ Kristu l-istess: il-ħobż tal-ħajja, id-dawl tad-dinja, it-triq, i-verità, id-dielja, il-qawmien. X’inhuwa dawn jekk mhux worant għall-fidili biex, imseħbin miegħu, isarrfu s-sinifikat ta’ dawn it-tixbihat għalihom infushom? 

Qis ukoll l-appellazzjonijiet tal-Ispirtu: l-Ispirtu tal-verità, tal-qdusija, tal-glorja, tal-grazzja, tas-supplikazzjoni, l-Ispirtu li jissiġilla u jixhed. B’dawn ir-rikkezzi quddiemha l-fidi tikkonkludi li hu proprjament hekk għall-avvanz u l-barka tagħna. 

Ismu jwassalna biex inqimuh, għax hu manjifiċenti; ismu hu wkoll garanzija ta’ mħabbtu, għax fl-enti tiegħu hu mħabba. L-unika raġuni għala sirna reċipjenti ta’ mħabbtu hija mħabbtu. Il-kawża u l-motiv ta’ mħabbtu lejna jinsabu biss fih innifsu. M’hemm la porzjon u lanqas proporzjon fina biex jiġbdu mħabbtu lejna. M’hemm ebda attrazzjoni jew ġmiel fina li jġiegħlu merżuq wieħed ta’ mħabbtu biex jiddi fuqna. 

Għax Alla hu mbierek fis-sovranità tiegħu. Ħadd mhu kompetenti biex jagħtih parir. It-tafal ma jistax jinforma lill-fuħħari. Alla hu sovran għax hu Alla; hu l-kawża tal-kawżi kollha. Is-sovranità tiegħu hi manifestata glorjożament fid-digrieti eterni tiegħu u fil-providenzi temporali. Alla jiżvela l-maestà stupenda tiegħu fl-ogħla smewwiet, il-ġustizzja terribbli tiegħu fl-Infern tal-indannati, it-treġija għarfa u setgħana tiegħu matul il-kontinenti u fuq l-oċeani; imma l-imħabba u l-ħniena, hekk ineffabbli, jinvestihom u jesibihom fil-miġemgħa tal-maħturin tiegħu hawn fuq l-art. 

Talba: “O Alla nfaħħruk minħabba Ibnek Maħbub, Ġesù illi miet u issa ħdejk hu merfugħ, eżaltat fl-ogħla smewwiet. Bih għandna l-konfidenza illi nsejħulek ‘Abba, Missier.’ Bih għandna aċċess fil-preżenza tiegħek. B’ismu nappellawlek biex tagħnina b’għotjiet tajba, kif difatti tagħmek. Għax int kabbart ismek u Kelmtek fuq kollox. Ħalleluja!”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Alla u l-Atomu huma Inviżibbli

“Għax ir-rabja t’Alla qed tkun irrivelata mis-sema kontra kull empjetà u inġustizzja tal-bnedmin li jissopprimu l-verità fl-inġustizzja, għaliex dak li jista’ jkun magħruf dwar Alla hu evidenti għalihom, għax Alla lilhom immanifestah. Għax l-attributi inviżibbli tiegħu – kemm is-setgħa dejjiema kif ukoll in-natura divina tiegħu – jidhru distintivament mill-ħolqien tad-dinja, mifhuma mill-ħwejjeġ magħmula, tant li huma bla skuża” (Rumani 1:18-20). Alla mhu mkien, jew kullimkien? L-ateiżmu u l-Kristjaneżmu huma ż-żewġ pożizzjoni li ma jippretendu ebda inkonsistenza. Kwalunkwe filosofija bejniethom – deiżmu, anjostiċiżmu, edoniżmu, panteiżmu, u l-bqija – huma kollha kompromettenti. Jekk is-soċjetà tipprova tinbena fuq l-edoniżmu, pereżempju, ir-riżultat mhux diffiċli tindovinah bil-quddiem. Jirriżulta biss kaos u diżgwid.  Jekk Bin Marija mhuwiex ukoll Bin Alla, m’għandna ebda kawża soda kontra l-ateiżmu. Avolja xi atej huma biss atej fil-bnazzi, xorta rridu nkunu lesti nwa...

Is-Solitudni

“Kollox għandu żmienu, u kull ħaġa għandha waqtha taħt is-sema: waqt biex titwieled u waqt biex tmut; waqt li tħawwel u waqt li taqla’ l-imħawwel; waqt li toqtol u waqt li tfejjaq; waqt li tibki u waqt li tidħaq; waqt li tagħmel il-vistu u waqt li tiżfen; waqt li tarmi l-ġebel u waqt li tgeddes il-ġebel; waqt li titgħannaq u waqt li titbiegħed mit-tgħanniq; waqt li tfittex u waqt li titlef; waqt li terfa’ u waqt li tarmi; waqt li tqatta’ u waqt li tħit; waqt li tiskot u waqt li titkellem; waqt li tħobb u waqt li tobgħod; waqt ta’ gwerra u waqt ta’ sliem” (Ekkleżjażti 3:1-8). Is-solitudni, bħal-lupi bir-ragħwa f’ħalqu, tissajja fid-dellijiet tal-avversità, lesta biex taqbeż fuqi. Jgħidu fjakkola mkebbsa tgerrex lil-lupu u ma jersaqx lejk. Jheddek, imma jibqa’ distakkat. Il-fjakkola hi biss il-komunjoni li nista’ mmantni kostantement, bla interruzzjoni, mal-Missier. Imma rrid inżommha f’idi, mhux nitlaqa’ quddiem l-għarix. U nieħu ħsiebha, mhux nittraskuraha.  Inġerragħ is...