Skip to main content

Fortizza Soda

“Alla hu l-kenn u l-qawwa tagħna, għajnuna pronta dejjem fid-dwejjaq. Għalhekk ma nibżgħux imqar jekk l-art titriegħed u l-muntanji jiġġarrfu f’nofs il-baħar, u l-ilmijiet jgħajtu u jirgħaw, u l-muntanji jitheżżu bit-tqanqil tagħhom...Biżżejjed! Kunu afu li jien Alla; jien nitgħolla fuq il-ġnus, jien nitgħolla fuq l-art! Alla tal-eżerċti magħna; Alla ta’ Ġakobb il-fortizza tagħna” (Salmi 46:1-3,10-11).

M’hemmx għalfejn tfittex it-trabil, għax it-trabil żgur ifittex lilek. Fl-agħar perjodi Luteru kien jgħid lill-kollegi tiegħu: “Ejjew inkantaw Salm 46, u ħallihom jagħmlu l-agħar li kapaċi jagħmlu.” Minn das-salm silet il-ħsieb għal Ein feste Burg ist unser Gott, ċoè, Fortizza soda hu Alla tagħna. 

Ikompli jgħid: “Ngħannu das-salm għat-tifħir t’Alla, għax Alla jinsab preżenti magħna; jippriżerva u jiddefendi l-knisja u ’l Kelmtu bis-setgħa u mirakolożament, kontra l-ispirti fanatiċi u x-xtabi tal-Infern, kontra l-mibegħda implakabbli tax-xitan, u l-assalti tad-dinja, il-laħam u d-dnub.” 

Hu salm ta’ konsolazzjoni, profetiku dwar il-knisja, il-Belt t’Alla. Iħajjarna biex, għall-konfort u l-protezzjoni, nirrikorru lejn Alla waħdu. L-attributi, it-titli u l-wegħdi tiegħu juru li hu għaref u jħobb. 

Hu speċjalment għaqli meta nleħħu għal Alla f’jum l-avversità. Skop wieħed tal-afflizzjoni huwa biex nirritornaw lejn El Eljon – Alla l-Ogħla (Ġenesi 14:19). Bħala d-dixxipli, jew studenti, tiegħu, ir-Rabbi ta’ Nażaret jgħaddina minn sillabu li ma nistgħux niffrankawh. Mingħajr tribulazzjoni, nibqgħu trabi. Huwa kors indispensabbli għall-fidili. Ladarba ppersegwitaw lilu, il-Ġust u l-Perfett, x’nippretendu aħna?

Aktar ma nkunu provati aktar jintwera kemm il-konfidenza tagħna hi msejsa fis-sod; mhix sentiment impaħpaħ, li x’ħin tagħsar ma ssib xejn ħlief fwar. F’dal-wied ta’ dmugħ Alla ma ħalliniex b’idna f’idna. Ir-riżorsi għan-nies t’Alla jinsabu fin-nixxiegħa perpetwa ta’ barkiet għad-dispożizzjoni tagħna, f’Ġesù Kristu. Il-preżenza tiegħu mal-knisja, kif wegħidna, tassigura l-istabbiltà u s-sukkors propizju tagħha. Mela l-knisja sikura. Ma tistax tkun invaduta: il-ħitan tagħha huma salvazzjoni.

Id-dinja tista’ triegħi u thedded, imma jkollha tilbet. Kull oppożizzjoni għad iddub, la jindaħal il-Mulej.

Frattant hemm tama għall-pagani, mhux “fl-innoċenza” tagħhom, lanqas fil-virtujiet taparsi tagħhom, jew fl-injoranza tagħhom li fl-aħħar mill-aħħar hi bla skuża. Tamithom tinsab biss fil-ħniena t’Alla, fil-patt tal-fidwa, għax hu profetizzat li għandhom sehem minnu.

John Wesley kien iħobb itenni: “L-aħjar fost kollox hu, Alla jinsab magħna.” U dak li ngħad mat-tlett elef sena ilu għadu jgħodd sal-lum: “Alla tal-eżerċti magħna!”

Talba: “O Alla, is-saħħa u l-fortitudni tagħna, bħala l-knisja tiegħek, tinsab filli nirrenunzjaw saħħitna stess u naħarbu biex nistkennu fl-omnipotenza divina. Tabilħaqq, int kont u tibqa’ r-rifuġju ta’ niesek u l-konkwistatur tal-ġnus. Mela rċievi mingħandna barka, ġieħ u unur, issa u għall-eternità. Ammen.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Lejk Nerfa' Ħarsti

“Nerfa’ għajnejja lejn l-għoljiet, minn fejn tiġi l-għajnuna tiegħi. Mill-Mulej tiġi l-għajnuna tiegħi, hu li għamel is-sema u l-art. Hu ma jħallix lil riġlek jogħtor; dak li jħarsek ma jongħosx. Ara, dak li jħares lil Iżrael la jongħos u lanqas jorqod. Il-Mulej il-protettur tiegħek; il-Mulej hu dellek fuq lemintek. Ix-xemx ma tolqtokx binhar, lanqas il-qamar billejl. Il-Mulej iħarsek minn kull deni; hu iħarislek ruħek. Il-Mulej iħares il-ħruġ u d-dħul tiegħek, minn issa u għal dejjem ta’ dejjem” (Salmi 121:1-8). Huwa għaqal, anzi, dehen minn fuq, li nkunu kapaċi nagħtu direzzjoni korretta għall-mistennija u t-talb tagħna. Il-viżjoni tas-salmista hi ffokata strettament fuq id-destinazzjoni finali tiegħu, Ġerusalemm, u Sijon, l-għolja t’Alla. Mhux faċli twaħħal ħarstek fid-direzzjoni profitabbli, meta bosta attrazzjonijiet oħra jlellxu madwarna. Fi żmien il-prova, aħna ninstabu inklinati żżejjed biex niksbu għajnuna minn ħwejjeġ instabbli, biex insibuhom biss bħal qasba mġelġla l...

Alla u l-Atomu huma Inviżibbli

“Għax ir-rabja t’Alla qed tkun irrivelata mis-sema kontra kull empjetà u inġustizzja tal-bnedmin li jissopprimu l-verità fl-inġustizzja, għaliex dak li jista’ jkun magħruf dwar Alla hu evidenti għalihom, għax Alla lilhom immanifestah. Għax l-attributi inviżibbli tiegħu – kemm is-setgħa dejjiema kif ukoll in-natura divina tiegħu – jidhru distintivament mill-ħolqien tad-dinja, mifhuma mill-ħwejjeġ magħmula, tant li huma bla skuża” (Rumani 1:18-20). Alla mhu mkien, jew kullimkien? L-ateiżmu u l-Kristjaneżmu huma ż-żewġ pożizzjoni li ma jippretendu ebda inkonsistenza. Kwalunkwe filosofija bejniethom – deiżmu, anjostiċiżmu, edoniżmu, panteiżmu, u l-bqija – huma kollha kompromettenti. Jekk is-soċjetà tipprova tinbena fuq l-edoniżmu, pereżempju, ir-riżultat mhux diffiċli tindovinah bil-quddiem. Jirriżulta biss kaos u diżgwid.  Jekk Bin Marija mhuwiex ukoll Bin Alla, m’għandna ebda kawża soda kontra l-ateiżmu. Avolja xi atej huma biss atej fil-bnazzi, xorta rridu nkunu lesti nwa...