Skip to main content

Radd il-Ħajr

“Ftakar fil-patt tiegħu magħhom, u sogħob bih skont il-kobor tat-tjieba tiegħu. Għamel ukoll li jsibu l-ħniena ta’ dawk kollha li kienu jassruhom. Salvana, o Mulej, Alla tagħna, u iġmagħna minn fost il-ġnus, biex inroddu ħajr lill-isem qaddis tiegħek, u biex niftaħru bit-tifħir tiegħek. Imbierek il-Mulej, Alla ta’ Iżrael, minn dejjem għal dejjem! U ħa jgħid il-poplu kollu, ‘Ammen! Faħħru lill-Mulej’” (Salmi 106:45-48).

Raġel xwejjaħ u fqir instab bieżel iħawwel l-għoros tat-tuffieħ u jlaqqam. Żagħżugħ, biex jinkih, interrompieh. “Nann,” qallu, “hemm x’int tagħmel tfekren, bħallikieku għad għandek it-tama li se tiekol mill-frott ta’ dawn is-sġajriet?” 

L-anzjan iddritta u warrab l-għodda minn idejh. Qallu, “Ibni, xi ħadd żmien ilu, qabel twelidt jien, indenja jħawwel is-siġar tal-frott għalija, biex ikolli x’niekol. Issa qed inħawwel għal ħaddieħor, avolja ma nafx min se jiekol minnhom, sabiex il-mafkar tal-gratitudni tiegħi jibqa’ jeżisti meta nkun għaddejt għad-dinja l-oħra.”

Meta tħossok grat bla ma tesprimi l-gratitudni tiegħek tkun qed tkartas rigal mingħajr ma tagħtih. Għaldaqstant meta tistenbaħ filgħodu, rodd ħajr għad-dawl mieles u beninn tal-jum f’żgħoritu. Rodd ħajr għal nifsek u saħħtek, għall-kolazzjon u l-kafè jfuħ fl-istanjata. Rodd ħajr għall-ferħ fil-ħajja, li jisponta naturalment bħalma n-nebbiet jidher wara ħalba xita. Jekk ma ssib ebda raġuni għala jmissek trodd il-ħajr, ibqa’ assigurat li d-difett jinsab fik biss. 

Platun nadar madwaru bin-nuċċali mċajpar tan-natura, u elenka diversi raġunijiet għala jmissu jkun grat. L-ewwel, qal, għax Alla ħalaqni bniedem, u mhux bhima. It-tieni, għax twieled Grieg, u mhux barbaru. It-tielet, mhux biss kien Grieg, imma filosfu wkoll. 

Il-Kristjani, li huma rreġistrati fi skola aktar kredibbli, imrobbija taħt is-sorveljanza tas-Sid sovran, idawru n-nixxiegħa tal-gratitudni tagħhom f’direzzjoni oħra. Huma mbierka fi Kristu b’kull barka spiritwali fl-imkejjen tas-smewwiet (Efesin 1:3). Hi barka fiha nfisha meta jipprovaw jgħoddu barkiethom. 

Talba: “Grazzi, o Alla, talli ħlaqtna skont xbihetek. Grazzi talli sejjaħtilna b’sejħa qaddisa mill-massa tal-umanità, u kkostitwejtna wliedek. Grazzi talli tajtna d-don tal-fedeltà u l-perseveranza ħalli nibqgħu naqduk il-jiem kollha t’għomorna. Grazzi talli taqleb kollox għall-ġid ulitmu tagħna. Grazzi talli wegħidtna illi għad jasal jum meta tilqagħna fid-dar eterna tiegħek, fejn naraw il-glorja tiegħek, u timsaħ kull demgħa minn għajnejna. Għandna għalfejn nirringrazzjawk tabilħaqq!”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Lejk Nerfa' Ħarsti

“Nerfa’ għajnejja lejn l-għoljiet, minn fejn tiġi l-għajnuna tiegħi. Mill-Mulej tiġi l-għajnuna tiegħi, hu li għamel is-sema u l-art. Hu ma jħallix lil riġlek jogħtor; dak li jħarsek ma jongħosx. Ara, dak li jħares lil Iżrael la jongħos u lanqas jorqod. Il-Mulej il-protettur tiegħek; il-Mulej hu dellek fuq lemintek. Ix-xemx ma tolqtokx binhar, lanqas il-qamar billejl. Il-Mulej iħarsek minn kull deni; hu iħarislek ruħek. Il-Mulej iħares il-ħruġ u d-dħul tiegħek, minn issa u għal dejjem ta’ dejjem” (Salmi 121:1-8). Huwa għaqal, anzi, dehen minn fuq, li nkunu kapaċi nagħtu direzzjoni korretta għall-mistennija u t-talb tagħna. Il-viżjoni tas-salmista hi ffokata strettament fuq id-destinazzjoni finali tiegħu, Ġerusalemm, u Sijon, l-għolja t’Alla. Mhux faċli twaħħal ħarstek fid-direzzjoni profitabbli, meta bosta attrazzjonijiet oħra jlellxu madwarna. Fi żmien il-prova, aħna ninstabu inklinati żżejjed biex niksbu għajnuna minn ħwejjeġ instabbli, biex insibuhom biss bħal qasba mġelġla l...

Alla u l-Atomu huma Inviżibbli

“Għax ir-rabja t’Alla qed tkun irrivelata mis-sema kontra kull empjetà u inġustizzja tal-bnedmin li jissopprimu l-verità fl-inġustizzja, għaliex dak li jista’ jkun magħruf dwar Alla hu evidenti għalihom, għax Alla lilhom immanifestah. Għax l-attributi inviżibbli tiegħu – kemm is-setgħa dejjiema kif ukoll in-natura divina tiegħu – jidhru distintivament mill-ħolqien tad-dinja, mifhuma mill-ħwejjeġ magħmula, tant li huma bla skuża” (Rumani 1:18-20). Alla mhu mkien, jew kullimkien? L-ateiżmu u l-Kristjaneżmu huma ż-żewġ pożizzjoni li ma jippretendu ebda inkonsistenza. Kwalunkwe filosofija bejniethom – deiżmu, anjostiċiżmu, edoniżmu, panteiżmu, u l-bqija – huma kollha kompromettenti. Jekk is-soċjetà tipprova tinbena fuq l-edoniżmu, pereżempju, ir-riżultat mhux diffiċli tindovinah bil-quddiem. Jirriżulta biss kaos u diżgwid.  Jekk Bin Marija mhuwiex ukoll Bin Alla, m’għandna ebda kawża soda kontra l-ateiżmu. Avolja xi atej huma biss atej fil-bnazzi, xorta rridu nkunu lesti nwa...