Skip to main content

Il-Waħx tal-Infern

“Imbagħad jgħid ukoll lil dawk fuq ix-xellug, ‘Itilqu minn quddiemi, ja misħutin, fin-nar etern ippreparat għax-xitan u l-anġli tiegħu. Għax kont bil-ġuħ u ma tajtunix niekol, għatxan u ma sqejtunix, kont barrani u ma lqajtunix, għarwien u ma leffiftunix, marradi u fil-kalzri u ma żortunix.’ Imbagħad iwieġbu huma wkoll, ‘Ja Sid, meta rajniek ġewħan jew għatxan jew barrani jew għarwien jew marradi jew fil-kalzri, u ma servejniekx?’ Imbagħad iweġibhom, ‘Tassew ngħidilkom, daqskemm m’għamiltux ma’ wieħed minn dawn l-iżgħar, lanqas m’għamiltu miegħi.’ U dawn għad imorru fil-kastig etern, imma l-ġusti fil-ħajja eterna” (Mattew 25:41-46).

Waqt li l-Ġenna nistgħu nqabbluha ma’ għolja, l-Infern jixbah ħofra. L-Infern hu ċ-ċentru li fih il-linji kollha tad-dnub u l-miżerja jikkonverġu. Hu s-sikka li fuqha l-iġfna tal-piraterija morali jinkaljaw. Hu t-tmiem inevitabbli għall-istinat u l-ġifa, bħalma x-xmajjar eventwalment jarmu ilmijiethom fl-ibħra vasti, u bħalma x-xmajjar, meta jispiċċaw fil-baħar, jitilfu l-ismijiet individwali tagħhom u jsiru magħrufa biss bħala l-baħar, hekk ukoll, il-ħażen ta’ dil-ħajja, meta jirriżolvi ruħu, jinsa l-ismijiet privati tiegħu – adulterju, idolatrija, serq, qtil, gideb, għira, mibegħda – u jsir magħruf biss bħala Infern. 

Hemm, fl-Infern, jiddominaw id-dlam, in-nar u l-ktajjen: lingwaġġ figurattiv li ċertament jagħtina x’nifhmu li r-realtà nfisha hi wisq agħar milli kif inġarrbu dawn il-ħwejjeġ hawnhekk. 

L-agħar fattur hu dan: l-Infern jibqa’ sakemm tibqa’ l-Ġenna, għal tul l-eternità. It-turmenti tal-mitlufa jdumu għal dejjem. Għal dejjem! Kieku d-dinja u l-baħar kollu kienu ramel, u kull miljun sena jiġi għasfur u jnaqqar ramla ċkejkna waħda, jgħaddi ħafna żmien qabel il-munzell enormi tar-ramel jispiċċa. Frattant, kieku wara dak iż-żmien kollu l-indannati jkunu jistgħu jinħelsu, kien ikun hemm xi tama, imma “d-duħħan tat-turment tagħhom jitla’ għal dejjem ta’ dejjem, u ma għandhomx mistrieħ la billejl u lanqas bi nhar” (Rivelazzjoni 14:11). “Id-duda tagħhom ma tmutx, u n-naf ma jintefiex” (Mark 9:46). “Għal dejjem” hi pronunzja li taqsam il-qalb.

Talba: “Kemm hu importanti, Missier, illi nżommu lilna nfusna f’imħabbtek waqt li nistennew bil-ħerqa l-miżerikordja ta’ Sidna Ġesù biex nitwasslu għall-ħajja eterna. Frattant seddaq fina dik il-kumpassjoni lejn il-mitlufa biex bl-evanġelju naħtfuhom min-nar, u nħennu għal oħrajn bil-biża’, bla ma niddakkru mill-ħażen tagħhom, f’ġieħ ismek il-kbir.” 

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Lejk Nerfa' Ħarsti

“Nerfa’ għajnejja lejn l-għoljiet, minn fejn tiġi l-għajnuna tiegħi. Mill-Mulej tiġi l-għajnuna tiegħi, hu li għamel is-sema u l-art. Hu ma jħallix lil riġlek jogħtor; dak li jħarsek ma jongħosx. Ara, dak li jħares lil Iżrael la jongħos u lanqas jorqod. Il-Mulej il-protettur tiegħek; il-Mulej hu dellek fuq lemintek. Ix-xemx ma tolqtokx binhar, lanqas il-qamar billejl. Il-Mulej iħarsek minn kull deni; hu iħarislek ruħek. Il-Mulej iħares il-ħruġ u d-dħul tiegħek, minn issa u għal dejjem ta’ dejjem” (Salmi 121:1-8). Huwa għaqal, anzi, dehen minn fuq, li nkunu kapaċi nagħtu direzzjoni korretta għall-mistennija u t-talb tagħna. Il-viżjoni tas-salmista hi ffokata strettament fuq id-destinazzjoni finali tiegħu, Ġerusalemm, u Sijon, l-għolja t’Alla. Mhux faċli twaħħal ħarstek fid-direzzjoni profitabbli, meta bosta attrazzjonijiet oħra jlellxu madwarna. Fi żmien il-prova, aħna ninstabu inklinati żżejjed biex niksbu għajnuna minn ħwejjeġ instabbli, biex insibuhom biss bħal qasba mġelġla l...

Alla u l-Atomu huma Inviżibbli

“Għax ir-rabja t’Alla qed tkun irrivelata mis-sema kontra kull empjetà u inġustizzja tal-bnedmin li jissopprimu l-verità fl-inġustizzja, għaliex dak li jista’ jkun magħruf dwar Alla hu evidenti għalihom, għax Alla lilhom immanifestah. Għax l-attributi inviżibbli tiegħu – kemm is-setgħa dejjiema kif ukoll in-natura divina tiegħu – jidhru distintivament mill-ħolqien tad-dinja, mifhuma mill-ħwejjeġ magħmula, tant li huma bla skuża” (Rumani 1:18-20). Alla mhu mkien, jew kullimkien? L-ateiżmu u l-Kristjaneżmu huma ż-żewġ pożizzjoni li ma jippretendu ebda inkonsistenza. Kwalunkwe filosofija bejniethom – deiżmu, anjostiċiżmu, edoniżmu, panteiżmu, u l-bqija – huma kollha kompromettenti. Jekk is-soċjetà tipprova tinbena fuq l-edoniżmu, pereżempju, ir-riżultat mhux diffiċli tindovinah bil-quddiem. Jirriżulta biss kaos u diżgwid.  Jekk Bin Marija mhuwiex ukoll Bin Alla, m’għandna ebda kawża soda kontra l-ateiżmu. Avolja xi atej huma biss atej fil-bnazzi, xorta rridu nkunu lesti nwa...