Skip to main content

La Tibżax!

“Imma int, Iżrael, int il-qaddej tiegħi, Ġakobb li jien għażiltek, nisel Abraħam ħabibi. Int li ħadtek minn truf l-art, u sejjaħtlek min-naħat bogħod tagħha, u għidtlek: ‘Int il-qaddej tiegħi; ħtartek u ma rmejtikx. La tibżax, għax jien miegħek; la tħarisx imwerwer madwarek, għax jien Alla tiegħek. Insaħħek, iva, nwieżnek b’leminti tal-ġustizzja tiegħi. Dawk kollha li huma mgħaddbin għalik jistħu u jiregħxu; ikunu qishom xejn. Dawk li jeħduha miegħek jintilfu’” (Isaija 41:8-11).

Tajjeb timxi bi prudenza, u meta taħseb li se taqa’, biża’ bħal dan jiswielek. Jiġu ħinijiet fuqna meta jkollna nixkanaw mal-art jekk kemm-il darba xi ħadd ma jissapportjaniex. Hawnhekk għandna das-sapport speċjali. Tajjeb tmil fuq l-id il-leminija t’Alla. Mhux biss idu, għalkemm iżżomm is-smewwiet u l-art f’posthom, iżda l-id il-leminija tiegħu: il-qawwa tiegħu mgħaqqda mas-sengħa, il-qawwa tiegħu fl-aħjar tagħha. 

Biex ikompli jgħollina, hu miktub: “Inwieżnek b’leminti tal-ħaqq tiegħi.” Dik l-id li juża biex iżomm il-qdusija tiegħu, u jesegwixxi s-sentenzi rjali tiegħu – din l-id se tkun mimduda biex twieżen lil dawk li jafdaw fih. Fil-periklu nibżgħu, iżda fis-sigurtà tagħna nifirħu. Ir-raġel imdawwar mill-Mulej, id-demonju ma jistgħux jaqilbuh.

Riġlejna jistgħu jkunu debboli, iżda l-leminija t’Alla hi bla fini fis-setgħa. It-triq tista’ tkun imħarbta, iżda l-Omnipotenti jżommna weqfin. Nistgħu nkomplu nterrqu bil-qlubija. M’aħniex se naqgħu. Ejjew immilu kontinwament fuqu. Alla qatt mhu se jwarrab qawwietu minna, għaliex il-ħaqq tiegħu jinsab magħna wkoll. Jibqa’ fidil għall-wegħda tiegħu, fidil għal Ibnu u allura fidil għalina. Kemm għandna nkunu kuntenti! Xi tgħid għalik innifsek?

Talba: “Aħbini taħt ġwenħajk, El Xaddaj; ħarisni u twarrabx minni mqar għal mument wieħed. Ħa nimxi fik u ħa tkun il-preżenza tiegħek il-protezzjoni tiegħi. Waħdi nogħtor u naqa’; miegħek nibqa’ stabbli u kkonfermat fil-fidi, għax int tweżinni. Iġbidni lejk biex inkun meħlus minn kull dnewwa jew ħsara spiritwali. Ammen.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Lejk Nerfa' Ħarsti

“Nerfa’ għajnejja lejn l-għoljiet, minn fejn tiġi l-għajnuna tiegħi. Mill-Mulej tiġi l-għajnuna tiegħi, hu li għamel is-sema u l-art. Hu ma jħallix lil riġlek jogħtor; dak li jħarsek ma jongħosx. Ara, dak li jħares lil Iżrael la jongħos u lanqas jorqod. Il-Mulej il-protettur tiegħek; il-Mulej hu dellek fuq lemintek. Ix-xemx ma tolqtokx binhar, lanqas il-qamar billejl. Il-Mulej iħarsek minn kull deni; hu iħarislek ruħek. Il-Mulej iħares il-ħruġ u d-dħul tiegħek, minn issa u għal dejjem ta’ dejjem” (Salmi 121:1-8). Huwa għaqal, anzi, dehen minn fuq, li nkunu kapaċi nagħtu direzzjoni korretta għall-mistennija u t-talb tagħna. Il-viżjoni tas-salmista hi ffokata strettament fuq id-destinazzjoni finali tiegħu, Ġerusalemm, u Sijon, l-għolja t’Alla. Mhux faċli twaħħal ħarstek fid-direzzjoni profitabbli, meta bosta attrazzjonijiet oħra jlellxu madwarna. Fi żmien il-prova, aħna ninstabu inklinati żżejjed biex niksbu għajnuna minn ħwejjeġ instabbli, biex insibuhom biss bħal qasba mġelġla l...

Alla u l-Atomu huma Inviżibbli

“Għax ir-rabja t’Alla qed tkun irrivelata mis-sema kontra kull empjetà u inġustizzja tal-bnedmin li jissopprimu l-verità fl-inġustizzja, għaliex dak li jista’ jkun magħruf dwar Alla hu evidenti għalihom, għax Alla lilhom immanifestah. Għax l-attributi inviżibbli tiegħu – kemm is-setgħa dejjiema kif ukoll in-natura divina tiegħu – jidhru distintivament mill-ħolqien tad-dinja, mifhuma mill-ħwejjeġ magħmula, tant li huma bla skuża” (Rumani 1:18-20). Alla mhu mkien, jew kullimkien? L-ateiżmu u l-Kristjaneżmu huma ż-żewġ pożizzjoni li ma jippretendu ebda inkonsistenza. Kwalunkwe filosofija bejniethom – deiżmu, anjostiċiżmu, edoniżmu, panteiżmu, u l-bqija – huma kollha kompromettenti. Jekk is-soċjetà tipprova tinbena fuq l-edoniżmu, pereżempju, ir-riżultat mhux diffiċli tindovinah bil-quddiem. Jirriżulta biss kaos u diżgwid.  Jekk Bin Marija mhuwiex ukoll Bin Alla, m’għandna ebda kawża soda kontra l-ateiżmu. Avolja xi atej huma biss atej fil-bnazzi, xorta rridu nkunu lesti nwa...