Skip to main content

Dikjarat Ġust u Magħmul Ġust

“Mela billi għandna dawn il-wegħdi, maħbubin, ħa nippurifikaw lilna nfusna minn kull kontaminazzjoni tal-ġisem u tal-ispirtu, u nipperfezzjonaw t-tqaddis tagħna fil-biża’ t’Alla. Agħmlu l-wisa’ għalina fi qlubkom. M’għamilna ħsara lil ebda wieħed, ma kkorrompejna ’l ħadd, ma vvantaġġjajna ruħna minn ebda wieħed. Ma ngħidx dan għall-kundanna tagħkom, għax għidt qabel illi intom tinsabu fi qlubna biex immutu flimkien u ngħixu flimkien magħkom. Għandi kunfidenza kbira fikom, għandi ħafna ftaħir bikom. Imtlejt bil-faraġ; ninsab imfawwar bil-ferħ fl-afflizzjoni kollha tagħna.” (2 Korintin 7:1-4).

Din hi l-istedina u l-appell, anzi, il-kmand definittiv għal dawk li ntmessu bil-grazzja divina. Il-qdusija la tgħatti u lanqas tpatti; ma tħallas ebda dejn. Qatt ma nistgħu nkunu milqugħa quddiem Alla bl-opri. Tagħmel x’tagħmel u tagħmel kemm tagħmel, tibqa’ indenju avolja tagħmel dmirek kollu (Luqa 17:10). Mingħajr il-grazzja, l-opri tagħna huma maħmuġa fid-dawl tal-qdusija assoluta t’Alla.

Bil-medjazzjoni ta’ Kristu waħdu nistgħu nieqfu quddiem Alla. Ir-raġuni nsibuha fir-riparazzjoni adegwata li wettaq storikament. Biha biss aħna milqugħin. 

Iżda tkun salvat, jew mifdi, minn Kristu jfisser mhux biss ġustifikazzjoni – dikjarat ġust quddiem mill-Missier bħala Mħallef tiegħek – imma wkoll taqdis, ċoè, issir progressivament ġust. Alla ma jsalva lil ħadd biex jibqa’ jgħaffeġ u jiffanga fi dnubietu, lanqas biex jagħmel kompromessi jew namur miegħu. Hi kontradizzjoni! 

Għall-kuntrarju l-Bibbja toffrielna argument wieħed kontra l-ieħor għala jmissna nfittxu l-qdusija bħala target importantissmu matul għomorna, speċjalment mill-konverżjoni tagħna ’l quddiem. 

Il-qdusija indispensabbli għax il-leħen tas-Salvatur, tal-appostli tiegħu, u ta’ Alla l-Missier jikkmanda l-qdusija. Skop ewlieni għala Kristu ġie fid-dinja huwa proprjament biex niesu jitnaddfu minn kull tinġis u jkunu mġedda bil-ħasil tal-ilma bil-Kelma. Kristu ħa l-piena tad-dnub, u kisser il-madmad tiegħu minn fuq spallejna, biex issa “d-dnub ma jiddominax aktar fuqna, għax m’għadniex taħt il-liġi, imma taħt il-grazzja” (Rumani 6:14).

Fi kliem ieħor, l-ubbidjenza qaddisa u evanġelika tagħna hija evidenza konkreta li nħobbu lil Ġesù fis-sinċerità. Il-konfort preżenti u l-assigurazzjoni f’ruħna jiddependu fuq il-qdusija. Biha tingħatalna fil-wisa’ entratura fis-saltna eterna (2 Pietru 1:5-11).

Mingħajr qdusija fuq l-art, kif se tgawdi l-Ġenna? It-trasformazzjoni li għaddejjin minnha bħalissa hi tħejjija għall-glorja. Dan proċess neċessarju. Pariri għal min hu bil-għatx għall-qdusija: ibda u spiċċa fi Kristu, issa. Ibqa’ fi Kristu. Hu biss il-manna u l-ilma li jissodisfa.

Talba: “O Alla Missierna, inroddulek ħajr talli fornejtna bir-riżorsi meħtieġa biex attwalment nimxu fit-tiġdid tal-ħajja. Tajtna Kelmtek: biha nitgħallmu, inkunu mċanfra u mwiddba, kif ukoll trenjati fil-mogħdijiet tal-ġustizzja. Bl-Ispirtu tiegħek tgħammar kontinwament magħna biex l-isforz tagħna ma jkunx għażiq fl-ilma. M’għandna xejn li hu nieqes jew insuffiċjenti! Tajtna kulma hu meħtieġ għall-ħajja u t-tjieba. Foħrija lilek għall-indokriment tiegħek favur tagħna. Ammen.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Il-Mogħdrija

“Imma issa intom imisskom tneħħu dawn il-ħwejjeġ kollha: ir-rabja, l-għadab, il-malizzja, l-ikkalunnjar u diskors oxxen minn ħalqkom. Tigdbux lil xulxin, ladarba nżajtu l-bniedem il-qadim bil-prattiċi ħżiena tiegħu, u lbistu l-ġdid, li qed jiġġedded fit-tagħrif veru skont l-immaġni ta’ min ħalqu - tiġdid fejn m’hemmx distinzjoni bejn Grieg u Lhudi, ċirkonċiżjoni u inċirkonċiżjoni, barbaru, Skita, ilsir jew liberu, iżda Kristu hu kollox u f’kulħadd. Mela, bħala l-magħżulin t’Alla, qaddisin u maħbubin, ilbsu sentimenti ta’ mogħdrija, benevolenza, umiltà, manswetudini u paċenzja” (Kolossin 3:8-12).  Il-beninnità hi l-ispirtu ta’ trattament favorevoli, jew il-prattika kostanti u abitwali ta’ azzjonijiet amikevoli u benevolenti. Hemm żewġ prinċipji ewlenin fil-kostituzzjoni umana, li jwettqu serriegħa bla waqfien għall-predominanza: l-egoiżmu u l-benevolenza, jew il-beninnità. L-egoiżmu jikkonċentra s-sentimenti, ix-xewqat u l-azzjonijiet kollha fuq il-promozzjoni tal-benesseri i...

Diskors Bid-Dehen

“La taħsibx kif tagħmel il-ħsara lil għajrek huwa u qiegħed jgħammar bla biża’ miegħek. La tiġġieled ma’ ħadd għalxejn, jekk ma għamillek l-ebda deni. Ħu offiż hu aktar iebes biex jintrebaħ minn belt qawwija, u l-ġlied bejn l-aħwa qisu staneg ta’ kastell. Aħjar tgħammar f’rokna ta’ setaħ milli ma’ mara ġellieda f’dar kbira.” (Proverbji 3:29-30; 18:19; 25:24).  Matul l-Assedju l-Kbir fl-1565, il-qawwiet Ottomani tħabtu u ssieltu biex jirbħu lil pajjiżna taħt idejhom. Għalkemm kienu ferm aktar numerużi minna, it-Torok iġġieldu għalxejn għal erba’ xhur sħaħ. Il-bliet Maltin, fortifikati bis-swar u balwardi godlija, kienu virtwalment inespjunabbli. Hekk ukoll hu diffiċli tirbaħ lura l-ħbiberija ta’ ħu offiż. Anzi, dal-proverbju jwissina li hu aktar diffiċli tirbaħ lura lil ħuk milli tegħleb belt qawwija. Ma naħsibx li dan inkiteb biex naqtgħu qalbna milli nfittxu rikonċiljazzjoni f’waqtha. Jekk wieħed jistaqsi, x’inhi r-rikonċiljazzjoni? Hi t-tieni ħbiberija. Dan jibqa’ dmir...