Skip to main content

Is-Sinjur u l-Fqir

“Ikel bil-kotra tagħti x-xagħra maħduma tal-fqir, iżda dan kollu jista’ jintilef minħabba nuqqas ta’ ġustizzja. Aħjar ftit bis-sewwa minn kotra ta’ dħul bla ġustizzja. Il-fqir mibgħud imqar minn qrabatu, iżda dawk li jħobbu l-għonja huma bil-kotra. Mhux sewwa tikkundanna lil min hu ġust, u ssawwat nies ta’ ġieħ minħabba s-sewwa tagħhom” (Proverbji 13:23; 14:20; 16:8; 17:26).

“Il-fqir mibgħud imqar minn qrabatu.” Dal-proverbju hu stampa ta’ mistħija. Jurina l-egoiżmu prevalenti fl-umanità. Il-fqar, għax huma fqar, jisfaw imwarrbin saħansitra minn dawk li suppost huma qrabathom. 

Huwa minnu li sikwit il-bniedem, bi stupidaġni, ifaqqar lilu nnifsu. Il-povertà faċilment tista’ tinstab bħala l-effett dirett u l-konsegwenza tad-dnub u l-vizzju. Is-sakranazz jixrob ġidu stess, bħalma jagħmel it-tazza bl-inbid, sal-qiegħ nett, u ma jħalli xejn. Il-mara vanaglorjuża xxidd ġidha madwarha, fl-ilbies lussuż li fuqu taħli ġidha. Min hu llampikat għal-logħob tal-ażżard jispiċċa biex jirhan kulma għandu, u jwaqqa’ lilu nnifsu fi stat miżerabbli. Il-kontenzjuż jiftaħ kawża kontra ġaru, biex jiggratifika s-sens ta’ vendetta fih, ħalli wara li jirbaħlu fil-qorti, isib li ħela saħħtu u ħinu. Meta wieħed hu kelb tiegħu nnifsu, fl-aħħar jintebaħ li kien għadu tiegħu nnifsu, u faqqar lilu nnifsu. Imma hemm faqar li wieħed jitwieled fih, bla ma jkollu tort għall-qagħda miskina tiegħu. 

Mill-banda l-oħra, is-sinjur awtomatikament jiġbor madwaru ċorma ħbieb. Wieħed jissuspetta li s-sinjur, bħall-fqir, ftit għandu ħbieb ġenwini. Il-ħbieb tas-sinjur iħobbu aktarx l-għana tiegħu, iżjed milli jħobbu lilu. “Ħafna jżiegħlu b’min hu jdejh miftuħa, u kulħadd ħabib ta’ min iħobb jagħti l-għotjiet” (Proverbji 19:6). Appena ċ-ċirkostanzi jinbidlu u s-sinjur jitlef l-għana tiegħu, il-miżegħda ħbieb tiegħu tgħosfor u tiżvinta fix-xejn.

X’kuntrast mal-imħabba ta’ Mulejna. “Intom tafu l-grazzja ta’ Sidna Ġesù Kristu, li, għalkemm kien għani, sar fqir minħabba fikom, biex permezz tal-faqar tiegħu intom tistagħnu” (2 Korintin 8:9). “Hu jeħles lill-fqir meta jsejjaħlu u lill-imsejken ukoll, u lil dak li m’għandu ’l ħadd min jgħinu (Salmi 72:12).

Bħala applikazzjoni prattika, immedita fuq dan il-pass: “Imbagħad qal ukoll lil dak li stiednu: meta tagħti xi pranzu jew ikla, la ssejjaħx lil ħbiebek, u lanqas lil ħutek, u lanqas lil qrabatek, u lanqas lill-ġirien għonja tiegħek, li ma jistidnukx huma wkoll, u jpattulek. Imma meta tagħmel stedina, sejjaħ lill-foqra, lill-magħtubin, liż-żopop, lill-għomja: u tkun imbierek; għax ma jistgħux ipattulek: imma jinrtaddlek fil-qawmien tan-nies ġusti” (Luqa 14:12-14).

Talba: “Tħalliniex naġixxu, Mulej, bil-parzjalità jew bil-favoritiżmu. O li naslu sabiex naraw in-nies bħala dinjitużi lkoll, sew jekk sinjuri inkella foqra, sew jekk intelliġenti inkella injoranti, sew jekk Maltin inkella frustieri. Fakkarna illi l-kumpensa finali tat-tajjeb maħdum minna nirċevuha mingħandek, fuq il-merti ta’ Kristu Ibnek.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Lejk Nerfa' Għajnejja

“Lejk nerfa’ għajnejja, o int li tgħammar fis-smewwiet. Ara, bħalma għajnejn il-qaddejja jħarsu lejn id sidhom, u bħalma għajnejn il-qaddejja jħarsu lejn sidtha, hekk għajnejna jħarsu lejn il-Mulej, Alla tagħna, sakemm ikollu ħniena minna. Ħenn għalina, o Mulej, ħenn għalina, għax aħna mxebbgħin għall-aħħar bit-tgħajjir. Ruħna mxebbgħa żżejjed biż-żebliħ ta’ dawk li huma paxxuti, u bit-tgħajjir tal-imkabbrin” (Salmi 123:1-4).  Huwa adatt li aħna nitolbu għar-rilif mill-istmellija. Sakemm għandna n-nifs, huwa preġju u żina għalina li nfittxu ’l Alla għall-għajnuna u gwida. Evidentement das-salm huwa t-tnegħida ta’ wieħed (ma’ fidili sħabu oħrajn) li jinsab fl-arena, f’sitwazzjoni iebsa, imkeskes minn nies ħżiena u mgħobbi bl-istmellija u d-disgust tagħhom.  Imma Alla, li jippermetti d-dwejjaq jinvistana biex sikwit jgħammar magħna, jista’ jneħħih, isostnina taħtu jew jislet il-ġid minnu. Kif jista’ Alla jwarrab talb bħal dan, kif imlissen hawn? Alla kapaċi u difatti ...

Id-Drawwa

“Ġesù rritorna fis-setgħa tal-Ispirtu fil-Galilija, u r-rapport dwaru infirex mal-inħawi kollha. Hu għallem fis-sinagogi tagħhom, imfaħħar minn kulħadd. Mar f’Nażaret, fejn trabba, u skont id-drawwa tiegħu mar fis-sinagoga f’jum is-Sibt. U qam biex jaqra Tnewwillu l-iskroll tal-profeta Isaija. Fetaħ l-iskroll u sab il-post fejn kien hemm miktub: ‘L-Ispirtu tas-Sid fuqi għax unzjonani ħalli nxandar l-evanġelju lill-foqra. Bagħatni nipproklama l-liberazzjoni lill-ikkaptivati, u dawl mill-ġdid lill-għomja, nibgħat illiberati lill-oppressati, nipproklama s-sena favorevoli tas-Sid.’ Imbagħad gerbeb l-iskroll, raddu lill-attendent u ntnasab bilqiegħda. Għajnejn kulħadd fis-sinagoga kienu ssommati fuqu, u beda billi qalilhom, “Illum twettqet din l-Iskrittura li għadkom kemm smajtu’” (Luqa 4:14-21).  Hu sinifikanti ħafna kif hawn jingħad illi Ġesù attenda l-qima fis-sinagoga “skont id-drawwa tiegħu.”  Id-drawwa, imħaddma tajjeb u bil-għaqal, fiha valur imprezzabbli. Issiril...