Skip to main content

Kliem il-Ħajja Eterna


“Ftakar f’kelmtek mal-qaddej tiegħek, li biha ttamajtni. Dan hu l-faraġ tiegħi fin-niket tiegħi, għax kelmtek tagħtini l-ħajja. L-imkabbrin daħqu ħafna bija; madankollu jien ma nerġax lura mil-liġi tiegħek. Niftakar fil-ġudizzji tiegħek ta’ dari, o Mulej, u nitfarraġ. Nagħdab għall-aħħar minħabba l-ħżiena li jitilqu l-liġi tiegħek. L-istatuti tiegħek huma l-għana tiegħi fid-dar tal-pellegrinaġġ tiegħi” (Salmi 119:49-54). 

Mhix ħaġa naturali nittamaw f’Kelmet Alla; hi bis-setgħa tiegħu biss illi naslu nagħmlu dan. Hu biss meta l-Ispirtu jikkonvinċina illi ngħajtu, “Mulej, għand min immorru? Int għandek il-kliem tal-ħajja eterna!” Hu biss meta widnejna jinfetħu illi nisimgħu l-istruzzjoni sabiex insejsu darna fuq il-blata, ċoè fuq it-tagħlim ta’ Sidna Ġesù. 

Fejn għandna tagħrif veru ta’ Ġesù, il-Kelma inkarnata, ikollna stima reali għall-Kelma skritturata, il-Bibbja Mqaddsa. L-istess Spirtu li għammar f’Ġesù ddetta l-veritajiet dwaru; u l-istess Spirtu jixhed dwar Ġesù fi qlub id-dixxipli. Bil-Kelma aħna ffavoriti b’ideat ċari, konċetti ġusti u fehmiet inkuraġġanti dwar il-grazzja u s-salvazzjoni. 

Hekk ninbnew fuq is-solidu u l-permanenti. Ingawdu l-isħaħ konfidenza u l-aqwa assigurazzjoni biex navvanzaw fil-fidi tagħna u noktru fit-tama. F’dil-qagħda nkunu kulma jmur ħerqana biex nersqu lejn it-tron t’Alla, li għalina sar tron mnejn nirċievu grazzja kontra grazzja. Hemm insemmgħu l-kawża tagħna, id-dieqa tagħna u r-radd il-ħajr. Hemm ukoll nikklejmjaw bi qlubija umli provvista għall-ħtiġijiet kollha tagħna. 

Meta nitmewtu fis-sentimenti konfortabbli u ferrieħa tagħna, meta kollox madwarna jilbes bixra vistuża, meta l-kuxjenza tikteb ħwejjeġ qarsa kontrina, fit-tali perjodi jkun qisu qawmien ġdid meta niftakru fl-imħabba inkalkolabbli tal-Missier lejna, fil-konkwista trijonfanti ta’ Ibnu għall-fidwa tagħna, u fil-ħidma kontinwa tal-Ispirtu fina sabiex nitħarrġu f’għixien ġust.

Talba: “Tabilħaqq, o Alla Trinità, int ittamajtna b’Kelmtek, u ma tibqax tiddiżappuntana. Int il-fonti ta’ kull barka, fawwara ta’ kull ġid, għajn ta’ kull tajjeb. Agħtina fehma korretta ta’ Kelmtek, ħalli biha nerfgħu ħarsitna ’l fuq, antiċipattivi għal aktar u aktar barkiet mill-id ħanina tiegħek. Ammen.”

Comments

Popular posts from this blog

Qawwija fid-Dgħufija

“U mqar jekk l-evanġelju tagħna hu mgħotti, hu mgħotti biss għal dawk li qed jintilfu. Fil-każ tagħhom l-alla ta’ daż-żmien għema mħuħ il-miskredenti, sabiex ma jiddix fuqhom it-tidwil tal-evanġelju tal-glorja ta’ Kristu, li hu l-immaġni t’Alla. Għax mhux lilna nfusna nippritkaw, iżda ’l Kristu Ġesù bħala s-Sid, u aħna nfusna l-qaddejja tagħkom minħabba Ġesù. Għax Alla, li qal, ‘Ħa jiddi d-dawl mid-dlam,’ huwa dak li idda fi qlubna għat-tidwil tat-tagħrif tal-glorja t’Alla f’wiċċ Kristu. Imma għandna dat-teżor f’reċipjenti xaqqufin sabiex jintwera li din l-eċċessività tas-setgħa tappartieni għal Alla u mhijiex minna nfusna” (2 Korintin 4:3-7). Hemm kontinwità fil-fidi: ninsabu f’suċċessjoni ta’ demm martri. Ħa ngħaddu t-torċa minn id għall-oħra, minn ġenerazzjoni għall-oħra. Apparti l-fidili fil-knisja stabbilita, insibu n-Novatjani, id-Donatisti, il-Valdiżi (seklu 12), l-Albiġiżi (seklu 13), il-Lollardi (wara Wiklef fis-seklu erbatax), l-Aħwa Boħemjani (seklu 15), u l-Anabattis...

Lejk Nerfa' Ħarsti

“Nerfa’ għajnejja lejn l-għoljiet, minn fejn tiġi l-għajnuna tiegħi. Mill-Mulej tiġi l-għajnuna tiegħi, hu li għamel is-sema u l-art. Hu ma jħallix lil riġlek jogħtor; dak li jħarsek ma jongħosx. Ara, dak li jħares lil Iżrael la jongħos u lanqas jorqod. Il-Mulej il-protettur tiegħek; il-Mulej hu dellek fuq lemintek. Ix-xemx ma tolqtokx binhar, lanqas il-qamar billejl. Il-Mulej iħarsek minn kull deni; hu iħarislek ruħek. Il-Mulej iħares il-ħruġ u d-dħul tiegħek, minn issa u għal dejjem ta’ dejjem” (Salmi 121:1-8). Huwa għaqal, anzi, dehen minn fuq, li nkunu kapaċi nagħtu direzzjoni korretta għall-mistennija u t-talb tagħna. Il-viżjoni tas-salmista hi ffokata strettament fuq id-destinazzjoni finali tiegħu, Ġerusalemm, u Sijon, l-għolja t’Alla. Mhux faċli twaħħal ħarstek fid-direzzjoni profitabbli, meta bosta attrazzjonijiet oħra jlellxu madwarna. Fi żmien il-prova, aħna ninstabu inklinati żżejjed biex niksbu għajnuna minn ħwejjeġ instabbli, biex insibuhom biss bħal qasba mġelġla l...

O Alla, Inqimek u Nadurak

“Għaldaqstant, neħħu kull ħmieġ morali u ħażen tant prevalenti, u bil-manswetudini ilqgħu l-kelma mħawla fikom, li kapaċi ssalva erwieħkom. Imma siru għammiela tal-kelma, u mhux sempliċement semmiegħa, altrimenti tilludu lilkom infuskom. Għax jekk xi ħadd hu semmiegħ tal-kelma u mhux għammiel, dan donnu raġel li jikkonsidra l-wiċċ naturali tiegħu f’mera: appena ħares lejh innifsu, telaq, u malajr nesa liema speċi ta’ persuna kien. Imma min jittawwal b’attenzjoni fil-liġi perfetta, il-liġi tal-libertà, u jkompli fiha, mhux isir semmiegħ li jinsa iżda jpoġġiha fil-prattika, dan se jkun imbierek f’għemilu” (Ġakbu 1:21-25). Prijorità numru wieħed: nitgħallem insir qejjiem. “Adoro Te.” Hi ċentrali, u kollox suppost jirrivolvi magħha, bħalma l-pjaneti jduru max-xemx. Attwalment mhuwiex hekk. Għad hemm x’wieħed jaqdef. Sakemm nibqgħu naduraw xogħolna b’tant impenn, u naħdmu b’tant serjetà fil-logħob tagħna, il-probabbiltà tkun li nibqgħu nilagħbu fil-qima tagħna. Frattant Alla Tr...